Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għas-Saħħa – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba minnu.

Ftehim settorali għall-Emergency Ambulance Responders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim settorali ffirmat bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-UĦM, għall-Emergency Ambulance Responders impjegati mas-settur pubbliku?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hija prassi stabbilita li l-kontenut tal-ftehimiet settorali jiġi trattat b’kunfidenzjalità peress li jinvolvi parti jew partijiet terzi mill-Gvern iżda li jirrappreżentaw il-ħaddiema tiegħu. Ir-ripożitorju legali tat-tali ftehimiet huwa d-DIER.

Ministeru għas-Saħħa – kuntratti ma’ influencers

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru u/jew kwalunkwe awtoritajiet/aġenziji li jaqgħu taħtu għandhomx kuntratti ma’ influencers biex jippromwovu l-ħidma tal-istess Ministeru u/jew aġenziji lill-udjenza tagħhom fuq pjattaformi tal-media soċjali? Jekk iva, jista’ għal kull kuntratt jgħid kemm intefqu flus fi promozzjonijiet sa mill-bidu tal-ftehim?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma jeżisti l-ebda kuntratt ma’ influencers biex jippromwovu l-ħidma tal-Ministeru u/jew aġenziji.

Sptar Mater Dei – operazzjonijiet li ġew kanċellati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm tħassru operazzjonijiet bejn Jannar 2022 u April 2023, maqsuma xahar b'xahar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu msemmi minnu l-operazzjonijiet li tħassru jew ġew posposti kienu minħabba direttivi industrijali jew minħabba problemi fis-saħħa tal-pazjent.

Inhalers fil-lista tal-POYC

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi l-ismijiet ta' inhalers imniżżlin fil-lista tal-POYC u liema minnhom kienu out of stock f'dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Terbutaline inhaler kien out of stock għal erbat ijiem bejn Marzu u Mejju. Hawn taħt mehmuż hija l-lista tal-inhalers imniżżlin fil-lista tal-POYC. BECLOMETASONE DIPROPIONATE 50µG/DOSE(200D) INHALER METERED-DOSE IPRATROPIUM BROMIDE 20µG/DOSE(200D) INHALER METERED-DOSE SALBUTAMOL 100µG/DOSE(200D) INHALER METERED-DOSE BECLOMETASONE DIPROPIONATE 250µG/DOSE(200D) INHALER METERED-DOSE BUDESONIDE 200µG/DOSE(100D-200D) INHALER METERED-DOSE SALMETEROL XINAFOATE 25µG/DOSE(120D) INHALER METERED-DOSE BUDESONIDE 100µG/DOSE(200D) INHALER DRY POWDER FLUTICASONE PROPIONATE 250µG/DOSE(60D) INHALER METERED-DOSE TERBUTALINE SULFATE 500µG/DOSE(100D-120D) INH POWDER BR-ACT FLUTICASONE PROPIONATE 50µG/DOSE(120D) INHALER METERED-DOSE LONG ACTING MUSCARINIC RECEPTOR ANTAGONIST INH, POWDER.

Ministeru għas-Saħħa – lista tal-mediċini out of stock fuq il-website

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex mhux qed tiġi ppubblikata l-lista tal-medicini out of stock fuq il-website tal-Ministeru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 8605.

Sptar Mater Dei – użu ta’ singular packed drapes fis-swali tal-operazzjonijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex fis-swali tal-operazzjonijiet qed jintużaw singular packed drapes minflok il-universal drapes sets li kienu jkunu ppakkjati erbgħa, erbgħa b’konsegwenza li dan qed iwassal għal ħela ta' riżorsi u aktar skart ġenerat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-single packed drapes intużaw minflok il-universal drapes bħala miżura temporanja peress li kien hemm diffikultà bis-supply tal-Universal drapes.

Sptar Mater Dei – ħruġ ta’ skart

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhu l-piż ta' skart maħruġ mill-Isptar Mater Dei u liema minnu kien destinat għall-inċineratur, landfill jew riċiklar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-iskart maħruġ mil-Isptar Mater Dei jinqasam kif turi t-tabella t'hawn taħt: Waste Type EWC Code Disposal/Treatment Location Totals Units Discarded equipment containing hazardous components other than those mentioned in 16 02 09 to 16 02 12 (beds) 16 02 03* Recycle 2,570 kg Discarded equipment containing chlorofluorocarbons, HCFC, HFC (fridges) 16 02 11* Recycle 330 kg Discarded equipment containing hazardous components other than those mentioned in 16 02 09 to 16 02 12 (mixed WEEE) 16 02 13* Recycle 25,100 kg Lead batteries 16 06 01* Recycle 1,151 kg Mixture of concrete, bricks, tiles and ceramics other than those mentioned in 17 01 06 17 01 07 licensed quarry 36,000 kg Waste whose collection and disposal is subject to special requirements to prevent infection (clinical) 18 01 03* Thermal Treatment at Wasteserv or Abroad 767,464 kg Chemicals consisting of or containing dangerous substances 18 01 06* Thermal Treatment Abroad 2,457 kg Cytotoxic and cytostatic medicines 18 01 08* Thermal Treatment Abroad 16,435 kg Paper and cardboard / Plastic 20 01 01 20 01 39 Recycle 71,795 kg Fluorescent tubes and other mercury-containing waste (light bulbs) 20 01 21* Recycle 730 kg Mixed municipal waste 20 03 01 Wasteserv Environmental Complex 2,002,000 kg Bulky waste 20 03 07 Wasteserv Environmental Complex 546,280 kg

Sptar Mater Dei — kontenituri tal-iskart riċiklat

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il kontenitur tal-iskart riċiklat jinsab fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Isptar Mater Dei hemm 237 Recyclable Trible bag holders mifruxin madwar l-isptar.

Sahra minn carers

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhu n-numru ta' sigħat maħduma sahra minn: a. carers Third Country Nationals (TCN) (kemm li huma mqabbdin direttament kif ukoll permezz ta' aġenzija tax-xogħol); b. carers Maltin; u ċ. carers li jiġu minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Aġenziji tax-xogħol — xogħol ta' carer

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma r-rekwiżiti biex tagħmel xogħol bħala carer permezz ta' aġenziji tax-xogħol?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bir-rekwiżiti biex tagħmel xogħol bħala carer.

Persuni li ddaħħlu l-isptar bi Chronic Obstructive Pulmonary Disease, Occupational Lung Diseases u Pulmonary Hypertension

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8563, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija kollha kemm hi (intera) u jgħid x’kienet l-età u minn liema reġjun kienu ġejjin il-persuni li ddaħħlu l-isptar isofru minn Chronic Obstructive Pulmonary Disease (COPD), Occupational Lung Diseases u Pulmonary Hypertension?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabelli t'hawn taħt: COPD by Region Region 2017 2018 2019 2020 2021 2022 Jan 2023 Feb 2023 Gozo 2 0 0 2 4 0 0 0 Northern District 157 145 182 110 119 157 26 18 Northern Harbour District 330 300 308 215 245 278 35 24 South Eastern District 128 152 178 124 114 138 20 13 Southern Harbour District 253 264 312 200 197 235 37 27 Western District 112 136 121 83 86 95 18 13 Unknown 2 2 2 0 1 1 0 0 Occupational Lung Diseases by Region Region 2017 2018 2019 2020 2021 2022 Jan 2023 Feb 2023 Gozo 0 0 0 0 0 0 0 0 Northern District 1 0 1 0 0 0 0 0 Northern Harbour District 1 0 1 0 2 3 1 0 South Eastern District 2 0 2 1 1 0 0 0 Southern Harbour District 2 0 1 0 2 2 0 0 Western District 1 0 0 2 1 0 0 0 Pulmonary Hypertension by Region Region 2017 2018 2019 2020 2021 2022 Jan 2023 Feb 2023 Gozo 0 0 0 0 2 0 0 0 Northern District 2 0 0 0 1 1 0 0 Northern Harbour District 5 7 2 3 1 2 0 0 South Eastern District 1 1 2 4 1 3 0 0 Southern Harbour District 5 3 4 2 6 3 0 1 Western District 6 1 2 3 1 1 0 0

Asthma — Persuni li ddaħħlu l-isptar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm iddaħħlu persuni l-isptar isofru minn asthma mill-2013 sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’kienet l-età tagħhom u minn liema reġjun kienu ġejjin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – stennija tal-pazjenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7856, filwaqt illi nifhem li l-istennija ta’ pazjent fl-Emerġenza tvarja skont il-każ, u kien proprju għalhekk li tlabt sabiex tingħata figura dwar l-istennija medja, u allura irrispettivament mill-każ, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet l-istennija medja ta’ pazjent fl-Emerġenza minn meta jirreġistra sal-punt li tittieħed deċiżjoni medika ta’ jekk jingħatax sodda f’ward jew jintbagħatx lura d-dar wara li jingħata kura jew dijanjosi mit-tobba fl-Emerġenza għal kull xahar minn Jannar tal-2022 sad-data ta' meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija u kull sena matul l-aħħar għaxar snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 7856.

Pazjenti li jużaw il-mediċina Eyelea

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid dawk il-pazjenti li ma jistgħux jużaw mediċina oħra ħlief l-Eyelea u ma jifilħux jixtruha, x’suppost jagħmlu biex ma jitilfux il-vista t’għajnejhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tender biex tinġieb u tibda tintuża mediċina ekwivalenti għall-Eyelea ġie aġġudikat.

Mediċini out of stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li fil-bidu ta’ Mejju 2023 kien hemm madwar 30 mediċina essenzjali out of stock? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni li hemm dawn il-mediċini out of stock u x’qed jagħmel il-Gvern biex isolvi din il-problema?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 24 mediċini bħalissa out of stock: 8 mediċini huma affettwati bi kwistjoni ta’ provenjenza. 3 mediċini huma affettwati minn recall 7 mediċini huma affettwati minn kunsinna li ttardjat. 6 mediċini qed nistennew il-kunsinna.

Lista ta’ mediċini out of stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn il-lista ta’ mediċini out of stock mhux qed toħroġ kull ġimgħa kif kien isir sas-7 ta’ Novembru 2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-lista ta’ mediċini out of stock baqgħet tkun ippubblikata b’mod regolari. L-aħħar li kienet ippubblikata kien fil-15 ta’ Mejju.

Rabat, Għawdex – Ċentru tas-Saħħa ġdid – ftuħ

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-proġett ta’ Ċentru tas-Saħħa ġdid fir-Rabat, Għawdex, li ilu jiġi mwiegħed diversi snin? Jista’ jgħid f’dawn l-aħħar xhur jekk kinux għaddejjin xi tip ta' xogħlijiet fuq dan iċ-Ċentru tas-Saħħa ġdid u jekk iva x’kien qed isir? Meta hu ppjanat (xahar u sena) li jinfetaħ uffiċjalment għall-pubbliku?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa l-ġdid fir-Rabat, Għawdex għaddej u huwa ppjanat li jiftaħ lejn l-aħħar ta’ din is-sena.

Pagamenti lil kumpaniji

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6834 kollha kemm hi (intera) u jgħid minn meta ġew iffirmati l-kuntratti mal-kumpaniji, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, sal-lum, u kemm kienu l-pagamenti li ngħataw lil dawn il-kumpaniji, sena b'sena? Jista' jinkludi wkoll f'dawn l-ammonti kull pagamenti li ngħataw, anke dawk li ma kenux skont il-kuntratt? Jista' jgħid kemm ġew miżmuma minn dawn l-ammonti għal nuqqasijiet ta' dawn il-kumpaniji, sena b' sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 6980.

Kimoterapija Fluorouracil out of stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-kimoterapija Fluorouracil qiegħda out of stock u jagħti l-ġranet li kienet out of stock? Jista’ jgħid ukoll jekk għadhiex out of stock u meta ser tiġi lura in stock?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina 5 Fluorouracil qiegħda in stock.