Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rabat, Għawdex — Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità tar- Rabat, Għawdex u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? U jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex li hemm ħames pjazez u tmin zoni oħra li huma meqjusa bħala spazji miftuħa fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali għandu pjanijiet biex jiġu maħluqa spazji oħra fir-Rabat, b’mod partikolari l-playingfield ta’ Triq taħt Putirjal li ġiet devoluta lill-Kunsill Lokali. Il-Kunsill Lokali ma ssottomettiex applikazzjonijiet ma’ Project Green.

Il-Birgu — Spazju Miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20490 u jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità tal-Birgu u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew biex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Birgu li hemm tmin spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazzez fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali ssottometta żewġ applikazzjonijiet ma’ Project Green u għad m’huwiex infurmat dwar l-eżitu tagħhom.

Għajn Tuffieħa — Torri tal-Għassa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir eżatt mit-Torri tal-Għassa f’Għajn Tuffieħa u għaliex ix-xogħol għadu lanqas biss beda wara iktar minn sena u nofs minn meta saret il-ħsara minħabba maltempata u jagħti indikazzjoni meta għandu jitlesta x-xogħol fuqu? Jista’ jgħid ukoll jekk l-iscaffolding li ċċirkondat miegħu huwiex sigur u jekk sarx b’mod professjonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21150.

Forti Ricasoli — Direttorat tar-Restawr - Dħul mill-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm pagamenti daħħal jew x’introjtu daħħal mill-kirjiet id-Direttorat tar-Restawr biex jintuża Forti Ricasoli għall-filming ta’ films f’pajjiżna? Jista’ wkoll jipprovdi lista tal-isem tal-films u kemm ħallsu kull produzzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — Obbligu tal-Patrimonju

Question

Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni ċara tal-kriterji adottati mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali biex jistabbilixxu liema features jew strutturi li għandhom valur kulturali, jistgħu jitkissru jew jinħattu suġġett li jitħallas ‘obbligu tal-patrimonju’ (heritage obligation)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-kriterji għal valur li jingħata lil patrimonju kulturali kemm dak mibni kif ukoll arkeoloġiku, joħorġu mill-Pjan ta’ Struttura (Structure Plan-1990) fejn il-bini jista’ jingħata tlett gradi differenti, u l-arkeoloġija ħames gradi. Dak il-patrimonju li jiġi meqjus li huwa ta’ valur baxx skond il-kriterji msemmija qabel, jista’ jiġi meqjus li jkun suġġett għal Heritage Obligation, skond Artiklu 59(3) tal-Att tal-Patrimonju Kulturali.

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — Obbligu tal-Patrimonju - Metodoloġija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-metodoloġija adottata mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali biex jistabbilixxu l-ammont li jrid jitħallas bħala ‘obbligu tal-patimonju’ (heritage obligation)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ammonti jiġu stabbiliti skont skeda interna tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-skeda interna.

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — Obbligu tal-Patrimonju - Persuni inkarigati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali inkarigati biex jistabbilixxu liema features jew strutturi li għandhom valur kulturali jistgħu jitkissru jew jinħattu suġġett li jitħallas ‘obbligu tal-patimonju’ (heritage obligation) u l-ammont li jrid jitħallas bħala ‘obbligu tal-patimonju’ (heritage obligation)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li d-deċiżjoni finali tkun tas-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali.

Santa Venera — Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità ta Santa Venera u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? U jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera li hemm żewġ pjazez u ħames ġonna fil-lokalità li huma meqjusa bħala spazji miftuħa. Il-Kunsill Lokali issottometta żewġ applikazzjonijiet ma’ Project Green fejn waħda għal ġnien Romeo Romano ġiet aċċettata u l-oħra le. Il-Kunsill għandu pjanijiet għall-futur biex jiġu maħluqa spazji oħra fil-lokalità.

Is-Siġġiewi — Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità tas-Siġġiewi u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? U jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li hemm numru ta’ spazji miftuħa li jinkludu ħames ġonna, erba’ pjazez u żoni oħra fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali ma ssottometta l-ebda applikazzjoni ma’ Project Green.

Tas-Sliema — Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità ta’ Tas-Sliema u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? U jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' tas-Sliema li hemm tliet pjazez u erba’ żoni kkunsidrati bħala spazji miftuħa fil-lokalità. Filwaqt li l-Kunsill Lokali ma ssottometta l-ebda applikazzjoni lil Project Green, għandu pjanijiet biex jiġu maħluqa spazji oħra fil-Lokalità.

San Ġiljan — Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità ta San Ġiljan u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? U jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali San Ġiljan li hemm tliet pjazez u tliet żoni oħra li huma meqjusa bħala spazji miftuħa fil-lokalità. Filwaqt li l-Kunsill Lokali għandu pjanijiet biex jiġu maħluqa spazji oħra f’San Ġiljan, il-kunsill ma ssottometta l-ebda applikazzjoni ma’ Project Green.

San Pawl il-Baħar — Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità ta San Pawl il-Baħar u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? U jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li hemm żewġ pjazez, seba’ ġonna u żewġ zoni oħra li huma meqjusa bħala spazji miftuħa fil-lokalità. Fi Frar 2023 saru żewġ applikazzjonijiet ma’ Project Green għar-rinovar ta’ Ġnien Olimpiku u Ġnien fi Triq l-Erba’ Mwieżeb. L-applikazzjoni tar-rinovar ta’ Ġnien Olimpiku ma ġietx aċċettata. F’ta l-Erba’ Mwieżeb sar Pocket Garden f’parti żgħira min dan il-ġnien li ser ikun jismu Ġnien Kacey Sciberras. Saru wkoll diskussjonijiet b’mod informali fuq biċċa art fi Triq il-Port Ruman biswit l-iskola tal-Qawra.

Ta’ Xbiex — Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità ta’ Xbiex u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? U jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ta’ Xbiex li hemm żoni li jinsabu bejn il-blokok tal-qasam tal-bini tal-Gvern li huma meqjusa bħala spazji miftuħa fil-lokalità. Għalkemm il-Kunsill Lokali għandu interess illi jagħmel xogħol ta’ tisbiħ fil-lokalità permezz ta’ proġett ma’ Project Green, s’issa ma ssottometta l-ebda applikazzjoni.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Konsulenti/Persons of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux konsulenti jew persons of trust li jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Jekk hemm, jista’ jgħid kemm huma mill-Unjoni Ewropea u kemm huma Third Country Nationals?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-konsulenti/persons of trust jiġu impjegati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Minnhom ħadd m’huwa mill-Unjoni Ewropea (barra l-Maltin) jew Third Country Nationals.

Għajn Tuffieħa — Torri tal-Għassa - Manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni meħtieġa fuq it-Torri tal-Għassa, f’Għajn Tuffieħa, li kien ġarrab ħsarat fil-maltempata ta' Frar tas-sena l-oħra, u li ilu għal bosta xhur armat bl-iscaffolding?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li qegħdin isiru taħditiet bejn entitajiet differenti fosthom l-Aġenzija għar-Reġenerazzjoni taż-żoni Turistici fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika, l-Awtorità’ tal-Artijiet fil-Ministeru għall-Artijet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali u d-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali sabiex isiru ix-xogħlijiet meħtieġa. Bi preparazzjoni saret id-dokumentazzjoni tal-ħsarat u l-istimi tax-xogħolijiet neċessarji mid-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni waqt li l-Awtorità’ tal-Artijiet ipprovdiet l-armar sabiex il-ħsara ma tkomplix tikber.

Iż-Żurrieq — Ċisterni u artifatti storiċi fl-inħawi tan-Nigret

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għamlitx studji dwar artifatti possibilment storiċi u ċisterni li ġew skoperti waqt il-proċess ta’ tħammil tal-medda ta’ art agrikola fl-inħawi tan-Nigret, iż-Żurrieq, u jgħid jekk huwiex qed jiġi kkunsidrat li ċ-ċisterni u l-artifatti jiġu inkorporati fl-ispazji miftuħa ta’ kwalunkwe applikazzjoni li l-Awtorità tal-Ippjanar tapprova biex tiġi żviluppata l-art in kwistjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

L-artefatti imsemmijin instabu waqt evalwazzjoni arkeoloġika li intalbet waqt l-iproċessar ta’ PC/0061/22. Is-Sovrintendenza hi infurmata dwar dawn il-fdalijiet u tkun tista tikkummenta fuq dawn l-artefatti, u jekk hux se jiġu integrati fi żvilupp, jew le, ġaladarba tiġi konkluża l-investigazzjoni.

Ħal Qormi — Xelters quddiem ir-rampa tal-Knisja l-kbira ta’ San Bastjan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet u x’instab s’issa mis-site inspection tax-xelters li qed isir mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li jinsabu f’Ħal Qormi, quddiem ir-rampa tal-Knisja l-kbira ta’ San Bastjan? Jista’ jgħid ukoll jekk dan ix-xelter hux ser jibqa’ aċċessibbli għall-pubbliku jew jekk hemmx xi pjanijiet oħrajn?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ħal Qormi — Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez f’Ħal Qormi? X’qed isir jew x’hemm ippjanat li jsir sabiex jiġu kreati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li l-Kunsill Lokali rċieva mingħand Project Green?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li hemm ħmistax-il ġnien kif ukoll għoxrin żoni oħra kkunsidrati bħala spazji miftuħa fil-lokalità. Hemm ftehim li permezz tiegħu wieħed mill-ġonna huwa mantnut minn Project Green.

Iż-Żurrieq – Proġett ta’ xogħlijiet fil-Pjazza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Pjazza taż-Żurrieq? Jista’ jgħid ukoll jekk ir-residenti kollha taż-Żurrieq u l-komunità kummerċjali ġewx ikkonsultati f’xi mument qabel il-proġett? i. Jekk iva, meta u kif ġew ikkonsultati? ii. Jekk le, se jiġu kkonsultati? Meta u kif? iii. Bil-pjan tal-pjazza kif inhu, jista’ jgħid x’miżuri se jittieħdu f’każ ta’ emerġenza? iv. Skont il-pjanta ppreżentata mal-Awtorità tal-Ippjanar, jista’ jgħid jekk hux se twassal li Triq il-Karmnu, tkun waħda miż-żewġ entraturi għall-pjazza, peress li din it-triq ma tiflaħx għat-traffiku li se jiġi ġġenerat? v. Bl-għeluq tal-aċċess minn Triq Bronja għal pjazza, jista’ jgħid hux se jiżdied it-tniġġis mad-dawra tar-raħal? vi. Ġew ikkunsidrati traffic managements alternattivi?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba u kif mgħoddija lili mill-Kunsill Lokali taż-Zurrieq.