Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Lista ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigramma bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: a. f’positions of trust; b. persons of trust u ċ. taċ-ċivil

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kompożizzjoni u l-organigramma ta' kif inhu strutturat s-Segretarjat Ministerjali, huma stabbiliti fil-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22664 u jgħid liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom u x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24399 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Vjaġġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: (a) kemm-il vjaġġ għamel barra mill-pajjiż minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fejn kienet id-destinazjoni? (b) X'kienet ir-raġuni għal kull vjaġġ u kemm sewa kull vjaġġ f'termini ta' fondi pubbliċi għall-biljetti tal-ajru, lodging, trasport, ikel, xorb, allowances per diem għal kull persuna li kienet tifforma parti mill-kontinġent u spejjeż oħra, separatament? (c) Min għand liema aġent tal-ivjaġġar inxtraw il-biljetti tal-ajru u jekk hux b'direct order jew tender, x’tip ta' biljetti tal-ajru inqatgħu (jekk hux economy, business club jew class club) u ma liema kumpanija tal-ajru? (d) Kemm kien it-tul ta' żmien għal kull vjaġġ? (e) Minn min kien iffurmat il-kontinġent tal-Ministru għal kull vjaġġ?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt. Ninfurmah illi l-iskop għal safar uffiċjali jkun marbut ma’ laqgħat ma’ Ministri ta’ Gvernijiet oħrajn, laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u laqgħat oħra li għalihom ikun hemm stediniet uffiċjali bħala Ministru tal-Gvern. L-arranġamenti ta' vjaġġar, akkomodazzjoni barra l-pajjiż, delegazzjonijiet, per diem allowances huma rregolati skont il-“Manual on Transport and Travel Policies”. Għar-rigward tat-tul ta' żmien għal kull vjaġġ, naħseb li l-Onor Interpellant jifhem li dan ikun jiddependi mill-aġenda taż-żjara barra l-pajjiż. Sena Nru ta’ Vjaġġi uffiċjali 2022 7 2023 13 2024 10

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant, sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari W 327.

Sptar Mater Dei — Vittmi li resqu għas-servizz tad-DVU

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21217 u jgħid kemm mill-vittmi ta' vjolenza domestika li ġew rappurtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, resqu għas-servizz tad-Domestic Violence Unit (DVU) fl-2023 u minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li meta vittma tal-Vjolenza Domestika tkun marret id-Dipartiment tal-Emerġenza, il-proċedura stabbilita hija, li minn l-isptar Mater Dei, huma l-professjonisti mediċi li jridu jikkuntattjaw lill-Pulizija biex jinformawhom bil-każ. Dan jinkludi ukoll, jekk il-vittma tkun tixtieq tagħmel Risk assessment.

Sptar Mater Dei — Vittmi li resqu biex jagħmlu risk assessment

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21218 u jgħid kemm mill-vittmi ta' vjolenza domestika li ġew rappurtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, resqu biex jagħmlu risk assessment fl-2023 u minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li meta vittma tal-Vjolenza Domestika tkun marret id-Dipartiment tal-Emerġenza, il-proċedura stabbilita hija li fl-isptar Mater Dei, huma l-professjonisti mediċi li jridu jikkuntattjaw lill-Pulizija biex jinformawhom bil-każ. Dan jinkludi ukoll jekk il-vittma tkun tixtieq tagħmel Risk Assessment.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema reġistrati b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tiegħu u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24614

Għaqdiet non governattivi — Servizzi offruti lill-persuni homeless

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-għaqdiet non governattivi li għandhom ftehim mal-Gvern Ċentrali sabiex joffru servizzi lill-persuni li ma jkollhomx djar? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-ħlas li jsir mill-Gvern Ċentrali lill-għaqdiet non governattivi sabiex dawn l-istess għaqdiet joffru servizzi lill-persuni li ma jkollhomx djar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-għaqdiet non governattivi li joffru servizzi għal dawk il-persuni li m’għandhomx dar li għandu ftehim magħhom il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal huma dawn li ġejjin: Isem tal-Għaqda Allokazzjoni finanzjarja mill-Gvern fl-2024 (€) Fondazzjoni Suret il-Bniedem – Dar Patri Leopoldo 220,095 Fondazzjoni Suret il-Bniedem – Dar Tereża Spinelli 213,525 Fondazzjoni Kenn u Tama – Dar Emmaus 175,200 YMCA – Dar Niki Cassar,Y Communal Home u, Y Studio Flat 590,570 Totali 1,199,390 Il-Ministeru għandu wkoll ftehim mas-Sależjani ta’ Don Bosco (Dar Osanna Pia u Dar Mamma Margherita) li joffru ‘Out-of-Home’ care lil klijenti rġiel ta’ bejn l-eta’ ta’ 18 u 25 sena, bl-ammont ta’ fondi għas-sena 2024 kien dak ta’ €362,810. Ftehim ieħor huwa dak ma’ Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl li joffru programm b’servizz residenzjali għal dawk li jkunu għadhom kif harġu mill-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin u li m’għandhomx fejn joqogħdu, bl-ammont ta’ fondi għas-sena 2024 kien dak ta’ €17,338.

Persuni homeless — Grant agreements

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi grant agreement/s għandu l-Gvern Ċentrali sabiex jiġu offruti servizzi lill-persuni li ma jkollhomx dar? Jista' jgħid ukoll fiex jikkonsistu u ma' min huma dawn il-grant agreement/s?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li l-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal għandu ftehim mal-Fondazzjoni Dar il-Hena, fejn permezz ta’ dan il-ftehim, il-Ministeru qiegħed jgħin lil din il-Fondazzjoni, fit-tmexxija ta’ żewġ xelters t’emerġenza għall-irġiel u għan-nisa li jinsabu bla dar b’mod rispettiv.

Social Care Standards Authority – Kapijiet eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi tal-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Name & Surname Commencement date Termination Date Matthew Vella 30.05.2018 03.12.2020 Angele Ellul Fenech 05.07.2021 21.06.2022 Lisa Cassar Shaw 04.07.2022 26.07.2023 George Fenech 01.09.2023 01.01.2024 Ruth Rose Sciberras 02.01.2024 Kuntratt ghadu fis-seħħ

In-Work Benefit — Persuni Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit, maqsuma b’lokalità lokalità ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: In-work Benefit 2023 - Għawdex Lokalita' Benefiċċjarji Nefqa FONTANA 68 €46,469.96 GHAJNSIELEM 208 €148,248.03 GHARB 80 €54,335.25 GHASRI 25 €10,478.25 KERCEM 93 €56,335.33 MARSALFORN 35 €28,840.30 MUNXAR 65 €33,343.39 NADUR 230 €148,992.99 QALA 126 €77,911.88 SAN LAWRENZ 40 €21,603.18 SANNAT 157 €87,858.98 VICTORIA 344 €213,979.58 XEWKIJA 223 €126,320.50 ZEBBUG (GOZO) 95 €47,574.82 XAGHRA 306 €193,595.62 XLENDI 4 €1,136.28 Total 2,099 €1,297,024.34

Allowance għall-Tfal b’Diżabilità – Persuni li qed jibbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jirċievu l-Allowance għall-Tfal b’Diżabilità (għal dawk it-tfal taħt is-16-il sena b’diżabilità)? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont il-lokalità ta’ dawk li jibbenefikaw?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Assistenza għal Diżabilità – Persuni li qed jibbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jirċievu l-Assistenza għal Diżabilità (għal persuni li għandhom ’il fuq minn 16-il sena)? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont il-lokalità ta’ dawk li jibbenefikaw?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Assistenza għal Diżabilità Severa – Persuni li qed jibbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jirċievu l-Assistenza għal Diżabilità Severa (għal persuni li għandhom ’il fuq minn 16-il sena)? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont il-lokalità ta’ dawk li jibbenefikaw?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa – Persuni li qed jibbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jirċievu l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa (għal persuni li għandhom ’il fuq minn 16-il sena)? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont il-lokalità ta’ dawk li jibbenefikaw?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24382 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-direct orders kollha li huwa awtorizza matul is-snin 2022, 2023 u 2024? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-proċeduri ta’ akkwisti spjegati fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku għaliex l-awtorizzazzjoni tad-direct orders mhux fir-responsabbilità tiegħi. Għaldaqstant il-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull xiri li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni (traffic fine) weħel il-Ministeru tiegħu minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fuq liema karozza ħarġet tali ċitazzjoni, min kien qed isuq il-karozza u x'pożizzjoni għandu fil-Ministeru tiegħu, kemm ammontaw fi flus u minn min tħallsu dawn iċ-ċitazzjonijiet; jekk hux mill-persuna li għamlet il-kontravenzjoni jew minn fondi pubbliċi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures. Dan il-manwal jagħti linji gwida dwar kif għandhom jiġu trattati iċċitazzjonijiet tat-traffiku relatati ma' karozzi tal-Gvern, inkluż il-ħlas taċ-ċitazzjoni.