Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12499 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Inhaler Atimos — out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12185, 11930 u 11769 u jara meta ser jidħol l-inhaler Atimos li ilu out of stock ix-xhur?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Dipartiment tas-Saħħa [Taqsima tal-Procurement] kellu problemi fuq ix-xiri ta’ din il-mediċina, l-aktar minħabba d-delivery period twil li qiegħed jikkwota l-uniku supplier mingħand minn din il-mediċina tista’ tinxtara. Għalkemm, id-Dipartiment ipprova wkoll jixtri dirett mingħand il-manufattur, dan ta’ l-aħħar xorta bagħatna għand id-distriburatur lokali. L-aħħar stokk li rċeva id-Dipartiment tqassam u issa mistennija konsenja oħra. Informat ukoll li d-Dipartiment qiegħed ukoll jipprova jwessa’ l-ispeċifikazzjoni ta’ din il-mediċina biex ma jibqax b’din il-problema.
Leg 11 PQ #12501 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nefqa tal-Gvern fuq mediċini b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12240 u 11027 u jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' flus li l-Gvern nefaq fis-sena 2008 f'għotja ta' mediċina b'xejn bħala outpatients? X'inhu l-ammont totali li l-Gvern nefaq fl-istess sena biex jagħti dan is-servizz?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8545 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Intrapriżi Maltin u Għawdxin — nċentivi dwar eLearning

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5432 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema interpriżi f'Malta u Għawdex joffru inċentivi lill-ħaddiema tagħhom biex iħajruhom itejbu l-livell tal-edukazzjoni tagħhom permezz tal-eLearning? Liema huma dawn l-intrapriżi u x'inhuma l-inċentivi li qed joffru lill-ħaddiema tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma l-Onor. Interepellant li l –KXT għandha tagħrif tal-Entrapriżi li applikaw għal Training Grants, imma mhux ta’ dawk il kumpaniji li qed joffru xi forma ta’ e-learining lill-ħaddiema tagħhom.

Twelid ta' tfal minn omm mhux miżżewġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal bejn Jannar u l-aħħar ta' Settembru 2009? Kemm minn dawn it-tfal twieldu minn omm mhux miżżewġa?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12117 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fabbriki — ħaddiema li tilfu l-impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intilfu impjiegi minn fabbriki li qed joperaw f’Malta u Għawdex f’dawn l-ewwel għaxar xhur tas-sena, xahar b’xahar? Jista’ jagħti l-figuri għal Għawdex separatament? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema li qed jaħdmu fuq bazi part-time fil-fabbriki?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta’ ħaddiema li kienu qed jaħdmu part time bħala xogħol ewlieni tagħhom fl-aħħar ta’ Ġunju 2009 fil-fabbriki tal-manifattura kien ta’ 1,508 persuni. Ninsab informat hekk :- Malta G ħ awdex Total Jan-09 68 11 79 Feb-09 55 2 57 Mar-09 40 9 49 Apr-09 55 32 87 May-09 57 0 57 Jun-09 51 1 52 Jul-09 34 4 38 Aug-09 34 3 37 Sep-09 26 2 28 Oct-09 19 2 21 Total 439 66 505
Leg 11 PQ #12119 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Importaturi tal-Mediċini — kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-somma globali li l-Gvern għandu jagħti lill-importaturi tal-mediċini? Jista’ jelenka liema huma l-kumpaniji u kemm għandhom jieħdu? Jista’ jgħid x’qed isir biex dan id-dejn jitnaqqas?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li bħalissa hemm 74 importatur lokali li jissuplixxu mediċini lill-gvern u għandhom bejniethom jieħdu Euro 17.40 miljun sa l-aħħar ta’ Ottubru 2009. Dejn ta’: taħt Euro 100,000 – 47 importatur bejn Euro100,001 u Euro 500,000 – 14 importatur 'l fuq minn Euro 500,000 – 13 importatur Ninsab informat li sa l-aħħar tas-sena għandhom jitħallsu madwar €11-il miljun li għandu jġib bilanċ għal €15.3 miljun; jiġifieri l-gvern ikun qed juża kreditu bejn 120-150 -il ġurnata, flok il-150 ġurnata mqabula.
Leg 11 PQ #12411 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — ħlas tax-xogħol li sar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12180, 11936 u 11039 u jgħid kemm hija l-ispiża li l-Gvern għad irid iħallas tax-xogħol li sar fuq l-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-ħlasijiet pendenti fuq xogħol li sar fuq l-Isptar Mater Dei jammonta għal €5,839,077.
Leg 11 PQ #12436 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu fil-preżent in-numru ta' persuni li huma rikoverati fid-dar tal-anzjani fil-Mellieħa? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti minn anzjani biex jidħlu f'din id-dar tal-anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8320 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mellieħa — Triq il-Marfa - ċimiterju Omm il-Ħniena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm oqbra tajbin biex jintużaw fiċ-ċimiterju ta’ Omm il-Ħniena fi Triq il-Marfa, limiti tal-Mellieħa? Kemm hemm applikazzjonijiet għal dawk li jixtiequ jiksbu qabar f’dan iċ-ċimterju? Kemm jistgħu jitħaffru oqbra ġodda fil-bqija taċ-ċimterju li għadha mhix tintuża? Meta se jibda x-xogħol tat-tħaffir għall-oqbra l-ġodda?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Nies fuq il-waiting list għal wheelchair

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies fuq il-waiting list sabiex jieħdu wheelchair? Kemm hemm wheelchairs available bħalissa ġewwa l-Isptar Mater Dei? Meta beħsiebhom jixtru iktar wheelchairs ħalli jlaħħqu mad-domanda li hemm bħalissa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevli Interepellent li s-sitwazzjoni tal-wheelchairs hija waħda dinamika, minħabba li dawn kontinwament jiġu mislufa lill-pubbliku u ritornati. In-numru ta’ nies li preżentament qegħdin jistennew biex jissellfu wheelchair huwa ta’ madwar mija. Bħalissa, hemm madwar 3000 wheelchairs mislufa mill-Isptar Mater Dei, li meta jiġu rritornati jissellfu lil ħaddieħor. Apparti minn hekk, l-isptar iżomm stokk żgħir ta’ wheelchairs u hemm 75 wheelchairs li diġa nxtraw u mistennija jaslu fl-aħħar ta’ Ottubru. Informat ukoll li ikun hemm każi ta’ nies li ma jkollhomx iżjed bżonn tal -wheelchair u jdumu ma jirritornawh lill-isptar, bil-konsegwenza li ma jkunx jista’ jingħata lill ħaddieħor.

Residenza San Vincent de Paule — kwestjoni fuq karozzi tal-qraba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li fil-Residenza San Vincent de Paule viżitaturi ma jistgħux jidħlu bil-karozzi privati ġewwa dan il-bini, liema deċiżjoni qed iġġib ħafna tbatija lil dawk il-qraba li huma stess anzjani u li qed jkollom jimxu mixja twila sakemm jaslu sas-sala tal-qraba tagħhom? Issa se tkun iktar ta' problema meta tibda x-xita u l-maltemp.

Response (DALLI, JOHN)

Informat i ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni sabiex viżitaturi ma jitħallewx jidħlu bil-karozzi privati ġewwa l-binja ta' San Vinċenz. L-unika darba fejn kien hemm ħin limitat li ma setax jidħol ħadd bil-karozza kien fl-okkażjoni tal-Fun Run (3 ta' Ottubru) li ilha ssir għal dawn l-aħħar ħames snin f'Jum l-Anzjani, fejn numru ta' Anzjani kif ukoll atleti professjonali jieħdu sehem f'ġirja ta' 2 kilometri madwar ir-ring road ta' San Vincenz kif ukoll il-5 km race. Id-dħul jiġi ristrett għal ftit siegħat sabiex nissalvagwardjaw is-saħħa ta' min ikun qiegħed jipparteċipa. Informat ukoll li l-viżitaturi jkunu avżati minn ġimgħat qabel bid-data u l-ħin li l-arja tkun magħluqa.

Qasam tas-saħħa — nurses u health assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex beħsiebhom jingaġġaw iktar ħaddiema fil-qasam tas-saħħa ħalli jkunu jistgħu jgħinu lin-nurses fix-xogħol tagħhom, ħaddiema bħal health assistants jew nursing aids? Jekk iva meta jaħseb li dan l-ingaġġ sejjer isir?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11886 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Eta' tal-persuni li jagħmlu talba għall-Herceptin

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-etajiet ta' dawk il-persuni li għamlu talba għall-għoti tal-Herceptin u jgħid jekk kienx hemm iktar minn talba waħda mill-istess persuna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11887 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Breast Screening Programm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imsejjħa persuni għall-Breast Screening Programm s'issa?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li bejn it-12 ta' Ottubru u t-2 ta' Novembru 2009 issejħu 719 mara għall-Breast Screening Programme.
Leg 11 PQ #12107 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħaddiema ta' fabbriki li tilfu xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid matul din is-sena 2009 kemm kien hemm ħaddiema li tilfu x-xogħol tagħhom minn fabbriki li joperaw f’pajjiżna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12109 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fabbriki/kumpaniji — ħaddiema li jaħdmu gimgħa inqas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm fabbriki li poġġew lill-ħaddiema tagħhom fuq ġimgħa anqas ta’ xogħol? Liema huma dawn il-fabbriki/kumpaniji?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fil-preżent hemm 8 kumpaniji li għandhom permess biex iħaddmu ġimgħa mnaqqsa ta' siegħat ta' xogħol. Dawn huma: Phoenix Group Edible Oil Refining Co Ltd Carlo Gavazzi Automation Components Tubeline Ltd Adpro-Instruments Ltd Rimus Riley Ltd Magro Brothers Group St Philip's Hospital
Leg 11 PQ #12269 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — tariffi għall-operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ħlas jitlob l-Gvern ta' konsulta fl-Isptar Mater Dei għal dawk il-pazjenti li m'humiex intitolati għal kura b'xejn? Kemm huma t-tariffi tal-Gvern għall-operazzjoni: a) major complex? b) major? ċ) intermediate? d) minor?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12270 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Investigazzjoni fuq appartati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tiswa lill-Gvern kull investigazzjoni ta' a) MRI? b) CT? ċ) X-ray?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12271 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) liema ċentri tas-saħħa qed jibqgħu miftuħa 24 siegħa kuljum? b) x'inhu l-ammont totali li l-Gvern qed jonfoq fuq dawn iċ-ċentri tas-saħħa? ċ) kemm minnhom huma pagi, allowances, bonuses u overtime? d) kemm jiswewlu dawn iċ-ċentri tas-saħħa mis-7.00 pm sas-7.00 am biex jinżammu miftuħa kuljum jew kull xahar? e) kemm żaruhom nies dawn iċ-ċentri tas-saħħa mis-7.00 pm sas-7.00 am kull xahar fl-aħħar sitt xhur?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.