Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bini tal-MICAS għandux climate control systems għal arja kkundizzjonata u ċirkolazzjoni tal-arja bħal spazji għall-arti internazzjonali tax-xorta tiegħu? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport tekniku dwar il-klima interna ta’ dan l-ispazju li ġeneralment jitħejja minn konservatur ikkwalifikat?
Jista’ jgħid ukoll jekk ġietx irreġistrata ħsara fuq opri tal-arti esibiti matul din is-sena, partikolarment fix-xhur tas-sajf, u jekk iva saritx insurance claim biex dawn jiġu rrestawrati?
Jista’ jgħid jekk tingħatax garanzija lill-artisti li x-xogħol tagħhom ikun ser jiġi esibit fil-MICAS u li dan l-ispazju għandu l-infrastruttura kollha meħtieġa skont il-prassi internazzjonali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-MICAS huwa mgħammar b’sistema ta’ arja kkundizzjonata u ċirkolazzjoni tal-arja li tissodisfa bis-sħiħ l-istandards internazzjonali meħtieġa għal postijiet ta’ esibizzjoni ta’ xogħlijiet artistiċi. Il-MICAS qed jiżgura li l-opri tal-arti jiġu protetti f’ambjent stabbli u kontrollat, li huwa essenzjali biex jiġu evitati kwalunkwe ħsarat jew degradazzjoni. Ir-rapport tekniku dwar dan il-punt huwa dokument privat u minħabba konsiderazzjonijiet ta’ sigurtà tal-post, ma nistgħux nippreżentawh b’mod pubbliku.
Barra minn hekk, ninsab infurmat ukoll li ma ġiet irrappurtata l-ebda ħsara fuq l-opri tal-arti sa issa. Għaldaqstant, nistgħu nagħtu garanzija sħiħa lill-artisti li xogħlhom esibit fil-MICAS se jkun ippreservat f’ambjent adegwat li jikkonforma mal-aqwa prassi u standards internazzjonali.
Din l-infrastruttura moderna u affidabbli hija parti mill-impenn kontinwu tagħna biex nippromwovu l-arti u nħarsu lejn il-valur kulturali ta’ pajjiżna b’mod serju u responsabbli.
Fid-dawl li hemm żieda fil-popolazzjoni tal-istudenti fl-Imġarr Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-librerija pubblika li tinsab fil-binja tal-Iskola tal-Gvern fl-istess lokalità, titmexxa f’binja oħra minħabba li hemm il-bżonn ta’ aktar klassijiet? Jista’ jassigura li jekk il-librerija tinbidel fi klassi, dan ma jkunx bil-konsegwenza li l-librerija pubblika tispiċċa minn din il-lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li kien hemm kompromess biex tinżamm il-librerija pubblika u tibda tintuża ukoll mill-istudenti u l-għalliema waqt il-ħin tal-iskola. Bħallissa qed isir eżerċizzju minn Malta Libraries sabiex tissaħħaħ il-kollezzjoni biex taqdi din il-funzjoni.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kemm hawn libreriji pubbliċi magħluqa madwar Malta u Għawdex u għal kull librerija jagħti r-raġuni għalfejn hija magħluqa? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jingħalqu oħrajn fiż-żmien qarib u jagħti r-raġuni għaliex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li hemm erba libreriji kif ġej:
PQ Numru:
Libreriji
Raġuni għal magħluqa
30508
Ħaż-Żebbuġ Malta
Il-bini fejn qabel kienet tinsab il-librerija ta’ Ħaż-Żebbuġ ġie demolut sabiex isir spazju għal bini ġdid. Il-binja l-ġdida issa tinsab kważi lesta. Il-librerija l-ġdida ser tkun tinsab fis-sular tan-nofs.
Ħal-Qormi (San Ġorg)
Din tinsab magħluqa minħabba li l-iskola għadha għaddejja bix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni tal-post. Malli jitlesta, il-librerija terġa’ tiftaħ
Tas-Sliema
Din il-librerija bħalissa tinsab magħluqa minħabba xogħlijiet ta’ rinnovar fl-iskola fejn kienet tinsab. Qed isiru diskussjonijiet mal-partijiet ikkonċernati sabiex jinstab spazju alternattiv sa kemm jitlesta l-bini tal-iskola u l-librerija tkun tista’ terġa’ lura fil-post tagħha oriġinali.
Il-Mellieħa
Fil-preżent, din il-Librerija għadha qed topera mill-istess post ġewwa l-iskola. Qed isiru diskussjonijiet dwar jekk il-Librerija tal-Mellieħa għandhiex tiġi trasferita f'waħda mill-mobile classes u toffri s-servizz minn hemm.
Santa Luċija - Ġnien iċ-Ċinizi tas-Serenità — Dawl aħjar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li Ġnien iċ-Ċiniżi tas-Serenità, f’Santa Luċija jiġi mixgħul aħjar wara li tinżel ix-xemx billi hemm partijiet li huma mudlama sew?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindika liema partijiet tal-ġnien qed issir referenza għalihom.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29440 fir-rigward ta’ Pjazza Gavino Gulia, f’Bormla, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser isir ix-xogħol neċessarju issa li dalwaqt waslet il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor Interlellant jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentaru nru 30324.
Jista’ l-Ministru jippubblika l-kuntratt ta’ konsulenza tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ġie ingaġġat bħala ‘Strategic Advisor’ mal-Malta Film Commission f’nofs din is-sena, li jinkludi s-salarju inkluż il-benefiċċji kollha, it-termini tal-ingaġġ u meta jiskadi l-kuntratt tiegħu? Jista’ jippubblika wkoll ix-xogħol li dan l-individwu wettaq fil-kariga tiegħu li jiġġustifika dan l-ingaġġ?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-titolu li għandhom l-inkwilini tal-caravans fl-Għadira ġiex imġedded, u jekk iva, meta ġie mġedded u għal kemm żmien? Jista’ jgħid ukoll jekk il-kera żdiditx fuq dik li kienet fil-perjodi ta’ qabel?
Jista’ l-Ministru jgħid lil min hija assenjata l-binja tal-Isptar Sir Paul Boffa fil-Furjana?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta l-Artijiet riċentement approvat it-trasferiment ta’ l-Isptar Sir Paul Boffa lid-Dipartiment tal-Kura u tas-Saħħa Primarja fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa u Anzjanita Attiva sabiex tintuża għal skopijiet marbuta mal-kura tas-saħħa.
Dipartiment tax-Xjenza - Pubblikazzjoni ta’ textbooks u workbooks
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tax-Xjenza fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni hux qed jippubblika sensiela sħiħa ta’ textbooks u workbooks li jkopru s-snin kollha tal-primarja? Jista’ jgħid ukoll jekk dan hux inġust mal-pubblikaturi Maltin?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Public Works wettaqx xogħlijiet ta’ ristrutturazzjoni fil-proprjetà privata li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid kemm ikkontribwixxa l-Istat f’dawn il-proġetti (forma ta’ donazzjoni jew oħrjan)? Fuq liema bażi legali saru dawn ir-rinovazzjonijiet ġo post privat? Jista’ jippubblika l-lista sħiħa ta’ servizzi simili li saru matul dan iż-żmien fejn ġew mejgħuna NGOs?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Selmun, Il-Mellieħa - Triq il-Fortizza ta’ Campbell - Stone Marker
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29008 dwar l-istone marker li kienet tinsab fi Triq il-Fortizza ta’ Campbell, f’Selmun, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fuqha u jekk hux ser terġa’ titpoġġa fejn kienet? Jista’ jgħid ukoll x’passi qegħdin jittieħdu mill-Ministeru biex jiġi żgurat li kull artefatt kulturali u storiku misjub fuq siti pubbliċi ta’ valur storiku, ikun identifikat, ippreservat, iddokumentat u kkomunikat b’mod trasparenti mal-pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali m’għandhiex iktar x'iżżid f'dan l-istadju fuq dan il-każ wara l-aħħar tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 29008.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa maħruġa mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid għall-proġett ta’ Ġnien Toni Bezzina, u jagħti break down ta’ kif u fiex intefqet?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant jagħmel referenza għal mistoqsija parlamentaru nru 30489.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali — Is-Settur Ċivili u s-Settur Pubbliku - Impjegati sospiżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-settur ċivili u pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30117 jista’ l-Ministru jippreżenta l-aħħar ftehim kollettiv uffiċjali relatat mal-Awtorità tal-Artijiet (Lands Authority)?
Response (BONNICI, OWEN)
Irrid ngħid li waħda mill-prijoritajiet li ħadt fuqi hekk kif assumejt dan il-portafoll kienet li nara li l-proċess ta' innegozzjar u konklużjoni ta' ftehim kollettiv ġdid jimxi b'mod spedit. Hekk fil-fatt ġara u jien ninsab kunfidenti li dan il-proċess jiġi konkluż b'mod spedit għall-ġid aħħari tal-ħaddiema tant dedikati tal-Awtorità ta' l-Artijiet.
Ninfurmah ukoll li d-dokument jitqies bħala kummerċjalment sensittiv u għaldaqstant mhux se jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Malta Film Festival – Aġenziji ta’ public relations - Ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29627, 29738 u 30080 u jgħid kemm tħallsu l-aġenziji ta’ public relations (PR) f’Londra u f’Los Angeles biex jintgħażlu persuni biex jiġu mistiedna sabiex jattendu l-Malta Film Festival? Jista’ jagħti rendikont tal-aġenziji separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
L-aġenzija Margaret London tħallset £37,270, filwaqt li PR Dept., ibbażata fl-Istati Uniti, tħallset €49,764.80. Iż-żewġ aġenziji, rinomati fil-qasam tal-industrija tal-film, ġew kuntrattati għall-Mediterrane Film Festival biex iwettqu kampanja estensiva ta’ komunikazzjoni u PR, inkluż l-involviment ta’ talent, media outreach u ħidma ma’ msieħba tal-industrija.
Ta’ Sannat - Triq Ta’ Xagħman u Triq Dun Lazzru Camilleri
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29497, li ngħatat fit-2 ta’ Lulju 2025 dwar meta ser jitkomplew ix-xogħlijiet fi Triq Ta’ Xagħman u Triq Dun Lazzru Camilleri, f’Ta’ Sannat, fejn intqal li “x-xogħlijiet mistennija jkomplu fil-jiem li ġejjin”, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma tkompla ebda tip ta’ xogħol f’dawn it-toroq matul dawn ix-xahrejn? Jista’ jgħid ukoll jekk ix-xogħlijiet humiex ser jitkomplew immedjatament peress li l-livelli issa ilhom iktar minn xahrejn li ġew stabbiliti u hemm inkonvenjenti kbar għar-residenti u n-nies li ta’ kuljum jużaw dawn it-toroq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li, issa li f’dawn it-toroq ġew mgħoddija s-servizzi tal-ilma u tad-drenaġġ. Il-kuntrattur mistenni jkompli x xoghol fil gimghat li gejjin.
Belt, Valletta - Knisja ta’ Santa Barbara — Xogħlijiet ta’ restawr
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li matul ix-xhur li ġejjin, isiru x-xogħlijiet neċessarji ta’ restawr fil-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt, Valletta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li f’dan l-istadju, m’hemmx pjanijiet għar-restawr tal-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt Valletta minn naħa tad-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni.
Ħaż-Żabbar — Triq il-Kunvent (kantuniera ma') Triq il-Karmnu - U-Bar tal-Ħadid
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi l-korrispondenza bejn il-Kunsill Lokali u Transport Malta dwar il-U-Bar tal-ħadid fi Triq il-Kunvent kantuniera ma’ Triq il-Karmnu, f’Ħaż-Żabbar?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jikkjarifika liema naħa tat-toroq msemmija qed tirreferi. Dan għaliex infurmat li f'dan il-post li hemm żewġ djar li għandhom U-bars fil-kantuniera tat-toroq imsemmija.