Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Membri tal-Monitoring Board

Question

Jista' l-Ministru jindika min huma l-membri tal-Monitoring Board tal-Ħabs ta' Kordin, kemm-il darba u fejn ltaqgħu fis-sena 2020, x'rimunerazzjoni jirċievu u x'passi ħadu sabiex jinvestigaw l-allegazzjonijiet serji li qed isiru dwar it-tmexxija tal-istess ħabs ta' Kordin ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Kap tal-Ħabs ta' Kordin — kwalifiki

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandu l-Kap tal-Ħabs ta' Kordin sabiex jokkupa l-kariga li għandu u x'rimunerazzjoni jgawdi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi intgħażel għal din il-kariga wara sejħa pubblika fl-2018. Huwa għandu baċċelerat bl-unuri mill-Università ta’ Malta u ħa taħriġ f’għadd ta’ akkademji barra minn Malta fosthom l-akkademja Rjali Sanhurst, fl-Ingilterra. Kwalifikat ukoll bħala bdot tal-ajruplani. Għandu esperjenza twila ta’ servizz pubbliku fejn tul is-snin kien fdat bit-tmexxija u l-aspett maniġerjali ta’ skwadri u ċentri ta’ taħriġ fil-Forzi Armati ta’ Malta. Ħadem ukoll ma’ Frontex bħala espert nazzjonali wara li kien nominat mill-Gvern Malti fl-2009. Hu jgawdi minn kundizzjonijiet ekwivalenti għal skala 2 tas-servizz pubbliku.

Għases tal-Pulizja — reċipjenti tal-ilma għall-annimali tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet sabiex barra l-għases tal-pulizija ikun hemm reċipjent tal-ilma għall-annimali tat-triq kien kien isir fil-passat u kif għad hemm f'xi għases ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuna marbuta ma’ siġġu

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17653, jista’ l-Ministru jgħid min kien l-uffiċjal tal-ħabs li ta l-ordni 'sabiex prigunier jinżamm fuq siġġu għal kwarta’ u b’liema mod ingħatat din l-ordni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 17653.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuna marbuta ma’ siġġu

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17653, jista’ l-Ministru jagħti d-data u l-ħin eżatt meta seħħ dan 'iż-żamm' ta’ priġunier ma’ siġġu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 17653.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuna marbuta ma’ siġġu

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17653, jista’ l-Ministru jispeċifika jekk il-persuna miżmuma ma’ siġġu għal kwarta effettivament kenitx marbuta mal-istess siġġu? Jekk kienet marbuta, jista’ jagħti dettalji eżatt kif u biex kienet marbuta u jekk ma kenitx marbuta, kif inżammet mas-siġġu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 17653.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuna marbuta ma’ siġġu

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17653, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kamra jew ċella kien dan is-siġġu li miegħu 'nżamm' priġunier għall-kwarta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 17653.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuna marbuta ma’ siġġu

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17653, jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt li l-persuna kienet qed 'tinżamm' ma’ siġġu fil-ħabs kienx hemm tabib preżenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 17653.

Għawdex: In-Nadur – Barracks tal-Qortin – Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura hemm fil-barracks tal-AFM, fil-Barracks tal-Qortin fin-Nadur, Għawdex? Jista' jgħid kull vettura x'tip hi, liema hi s-sena tal-manifattura tagħha u għal liema skop tintuża?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Fil-barracks li qed isemmi l-onorevoli interpellant hemm erba’ vetturi, tlieta tat-tip Land Rover u waħda tat-tip Iveco. Il-vetturi jintużaw kemm għall-ġarr ta’ persuni kif ukoll oġetti. Is-snin tal-manifattura ivarjaw bejn l-1997 (Iveco) u l-2011.

Għassa ta’ Marsalforn – surġent u pulizija stazzjonati

Question

Issa li ġiet refurbished l-Għassa ta' Marsalforn, jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar xahrejn, kemm-il siegħa kuljum kien hemm surġent u pulizija jew i¿jed minn pulizija wieħed stazzjonati f'din l-għassa u dan in vista tal-problemi u inċidenti kontinwi li qed ikun hemm f'din il-lokalità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nibqa’ nisħaq li l-prinċipju ewlieni li għandha tħaddan il-pulizija hi ta’ pulizija iktar fit-toroq qrib iċ-ċittadin bil-għan li jipprevjenu iktar milli jirreaġixxu għall-kriminalità. B’mod ġenerali l-għassa ta’ Marsalforn hija miftuħa 24 siegħa kuljum. Kien biss f’xi eċċezzjonijiet li l-esiġenzi tas-servizz kienu jitolbu li l-għassa nfetħet għal inqas sigħat. Naturalment il-preżenza tal-pulizija f’din l-għassa tikkumplimenta r-ronda permezz ta’ vetturi tal-Pulizija u permezz ta’ dan kien possibli illi r-rapporti u ncidenti li ġew għall-konjizzjoni tal-pulizija f’din il-lokalita, ġew indirizzati. L-għassa ta’ Marsalforn kif irranġata hija wkoll fil-pjan tal-pulizija għall-meta jiġi estiż il-kunċett tal-pulizija tal-komunità f’Għawdex.

Servizz ta’ accomodation vessel

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-espressjoni ta' interess (MHSE /336 /2020) għas-servizz ta' Accomodation Vessel? Jista’ jgħid kemm tħallsu s’issa flus biex ingħata dan is-servizz u kemm-il ġurnata intuża dan is-servizz?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Sa issa l-pajjiż m’għamilx użu minn dan is-servizz. Dan hekk kif fl-aħħar xhur il-ħidma biex nipprevjenu l-wasliet ħalliet il-frott u kien hemm tnaqqis sostanzjali fil-wasliet. Il-prevenzjoni tal-wasliet tibqa’ fuq nett tal-aġenda tal-gvern bil-għan li titnaqqas il-pressjoni li l-immigrazzjoni rregolari titfa’ fuq pajjiżna.

Ħruġ ta’ permessi ta’ xogħol għall-persuni ta’ nazzjonalità Indjana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi ta’ xogħol għal nies ta’ nazzjonalità Indjana mill-2013 sal-lum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nixtieq nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt, li skont l-informazzjoni miġbura n-numru ta’ permessi ġodda ta’ residenza u xogħol maħruġa liċ-ċittadini mill-Indja bejn l-2013 u l-2019 kien jammonta għal: Sena Persuni 2013 73 2014 81 2015 117 2016 230 2017 619 2018 1776 2019 2130 Dawn il-permessi huma ta’ natura temporanja u jiddependu fuq l-impjieg.

Ħruġ ta’ permessi ta’ xogħol għall-persuni ta’ Nazzjonalità min-Nepal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi ta’ xogħol għal nies ta’ nazzjonalità min-Nepal mill-2013 sal-lum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nixtieq nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt, li skont l-informazzjoni miġbura n-numru ta’ permessi ġodda ta’ residenza u xogħol maħruġa liċ-ċittadini minn Nepal bejn l-2013 u l-2019 kien jammonta għal: Sena Persuni 2013 3 2014 1 2015 3 2016 19 2017 242 2018 1135 2019 1402 Dawn il-permessi huma ta’ natura temporanja u jiddependu fuq l-impjieg.

Dipartiment tal-Kuntratti tal-Gvern – professjoni legali, avukati – impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-professjonali legali, avukati, mad-Dipartiment tal-Kuntratti tal-Gvern u f’liema skala qegħdin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Persuni li jkollhom ċittadinanza doppja – obbligu/dmir

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi obbligu/dmir li persuna li għandha ċittadinanza doppja, tkun trid twettaq/tagħmel minn żmien għal żmien biex tibqa’ żżomm iċ-ċittadinanza doppja? Jista’ jgħid jekk hemm xi obbligi/dmirijiet li jrid iwettaq/jagħmel persuna li għandha ċittadinanza doppja?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċittadin Malti li jkollu ċittadinanza doppja ma jkollu l-ebda obbligu jew dmir li jwettaq xi proċeduri. Dan sakemm ma jkunx hemm xi restrizzjonijiet mill-pajji¿ li minnu jkollu ċittadinanza oħra apparti dik Maltija.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunier marbut ma’ siġġu

Question

Peress li l-Ministru fis-seduta tal-1 ta’ Diċembru 2020 stqarr li kien hemm istanza meta priġunier intrabat ma’ siġġu waqt li kien qed jinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, jista’ l-Ministru jgħid meta seħħ dan il-każ, f’liema kamra kien is-siġġu li miegħu ntrabat il-priġunier, kemm dam marbut mal-istess siġġu l-istess priġunier, min iddeċieda li dan il-priġunier jintrabat ma’ dan is-siġġu, min iddeċieda li ma jibqax marbut u x'kienet l-età tal-priġunier li ntrabat ma' dan is-siġġu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’referenza għal numru ta’ dikjarazzjonijiet pubbliċi li saru riċentament nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tmexxija tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ċaħdet dak li ngħad pubblikament li fil-Faċilità kien hemm jew jeżisti xi siġġu li jintuża għall-kastigi. Intant, it-tmexxija tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi infurmatni li jeżistu għodda ta’ ‘restraint’ li jintużaw biss skont il-liġi. Fil-fatt hija din l-istess liġi li ma tippermettix li apparat ta’ dan it-tip jintuża għall-kastigi. Dan l-apparat jintuża skont il-gravità tal-każ bħalma jiġri f’ambjenti oħra li joffru ċertu periklu jew sfidi partikolari u dejjem bħala l-aħħar alternattiva. It-tmexxija tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi nfurmatni li fl-2019 kien hemm każ fejn priġunier inżamm fuq siġġu għal kwarta u dan sakemm ma baqax ta’ periklu għalih innifsu u seta’ jingħata l-attenzjoni meħtieġa. Dan sar skont dak provdut fil-leġiżlazzjoni sussidjarja 260.03. Artiklu 69 jipprovdi regoli ċari għal każi bħal dawn. Infurmat li wara din id-data ma kienx hemm okkażjoni oħra fejn kien meħtieġ li tintuża din l-għodda ta’ ‘restraint’.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – siġġu li jintrabtu priġunieri fuqu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid huwiex minnu li meta laħaq Ministru f'Jannar 2020 huwa ordna li jitneħħa siġġu partikolari fil-Faċilità Korretiva ta' Kordin li miegħu allegatement ġieli ntrabtu priġunieri? Jista’ jgħid jekk din l-ordni tiegħu ġietx esegwita? Jista’ jgħid fejn jinżamm dan is-siġġu llum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 17653.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fit-30 ta’ Novembru 2020? Kemm minnhom kienu ċittadini Maltin u kemm minnhom kienu barranin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sat-30 ta’ Novembru, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, kien hemm 908 priġunier, minnhom 356 huma Maltin u 552 li huma ta’ nazzjonalità barranija.