Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ kiri ta’ Għajnsielem Learning Hub, Għajnsielem mikri mill-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat? Tista’ tgħid ukoll kemm hu t-terminu ta’ żmien għal din il-kirja u kemm hu l-ħlas ta’ kera dovut fis-sena?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopja tal-kuntratt ta’ kiri ta’ Għajnsielem Learning Hub. Skont il-kuntratt li kien sar, it-terminu tal-kuntratt huwa sad-19 ta’ Lulju 2031 u l-ħlas ta’ kera dovut fis-sena huwa dak stipulat fil-kuntratt.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ kiri ta' Palazzo Francesco, f’Ħal Lija? Tista’ tgħid ukoll kemm hu t-terminu ta’ żmien għal din il-kirja u kemm hu l-ħlas ta’ kera dovut fis-sena?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fil-perjodu meta twaqqaf il-Ministeru għall-Inklużjoni f’Novembru 2020, ma kien hemm ebda binja disponibbli tal-Gvern li kienet aċċessibbli u li setgħet tintuża fl-immedjat. Kien għalhekk li nkisbet l-awtorizzazzjoni meħtieġa biex tkun tista’ tinkera l-propjeta’ f’Ħal Lija li minnha seta’ jibda jopera l-Ministeru, partikolarment l-uffiċċju tal-Ministru u l-istaff tas-Segretarjat.
Skont il-kuntratt, it-terminu huwa sas-7 ta’ Jannar 2026 u l-ħlas ta’ kera dovut fis-sena huwa dak stipulat fil-kuntratt.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt inkwistjoni.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ kiri tal-E&SV Building, f’Birkirkara u għalxiex jintuża dan il-bini? Tista’ tgħid ukoll kemm hu t-terminu ta’ żmien għal din il-kirja u kemm hu l-ħlas ta’ kera dovut fis-sena?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- kopja tal-kuntratt ta’ kiri tal-E&SV Building. Dan il-bini jintuża bħala uffiċini għall-istaff tas-Segretarju Permanenti, u d-Direttorati kollha tal-Ministeru. Sular mill-bini jintuża bħala uffiċini għall-impjegati tal-Guardianship Board u anke mill- board innifsu. Il- binja tintuża wkoll biex fiha jiltaqa' l-Board tal-ENGAGE u għal konferenza stampi mill-Ministeru jew minn NGOs kif meħtieġ. Skont il-kuntratt li kien sar, it-terminu tal-kuntratt huwa sas-7 ta’ Jannar 2026 u l-ħlas ta’ kera dovut fis-sena huwa dak stipulat fil-kuntratt.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Lista' tal-proprjetajiet mikrija
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet kollha mikrija mill-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat jew xi entità, dipartiment eċċ. li jaqa' taħt l-istess Ministeru?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li lista tal-proprjetajiet kollha mikrija mill-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u l-entitajiet li jaqaw taħt l-istess Ministeru jinstabu fit-tabella t’hawn isfel:
Entità
Proprjetajiet mikrija
Aġenzija Sapport
Tirreferi għar-risposta ppreżentata f'PQ W59
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat
Tirreferi għar-risposti ppreżentati f’PQ W61, PQ W62, PQ W63
Uffiċċju tal- Kummissarju għall- Organizzazzjonijiet Volontarji
L-OCVO jikri l-proprjetà kif imsemmija fil-kuntratt tagħha mal-kerrej, bħala l-Media Centre Complex, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda, Pietà. Fir-rigward tal-istess proprjetà, l-indirizz uffiċjali attwali tagħhom huwa OCVO, Sajjan Lane, Triq Nazzjonali, Ħamrun.
Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat
Volunteer Centre, 181, Melita Street, Valletta; Volunteer Centre, 17, Tiq San Bartholomeo, Rabat, Malta; Volunteer Centre, 63, Triq Herba, Birkirkara u Storage Garage, 858, St. Joseph High Street, Hamrun
Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Per
suni b'Diżabilit
à
Tirreferi għar-risposta ppreżentata f'PQ W60
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Ħaddiema
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tagħha b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom:
i. ’l fuq minn 65 sena?
ii. ’l fuq minn 70 sena?
iii. ’l fuq minn 80 sena?
Tista’ taqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat hemm dawn l-persuni kif ġejjin:
’il fuq minn 65 sena
3
’il fuq minn 70 sena
2
’il fuq minn 80 sena
Nil
Tista' l-Ministru tgħid kemm min-numru ta' Guardianship Orders attivi maħruġa mill-Guardianship Board jirrigwardaw persuni 'l fuq minn 60 sena? Jista' jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-preżent hemm 775 Ordni ta’ Kustodja (Guardianship Orders) attivi. Minn dawn hemm 607 li huma għal persuni 'l fuq minn 60 sena. 164 Ordni ta’ Kustodja huma għall-irgiel u 443 Ordni ta’ Kustodja huma għan-nisa.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Konsulenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il konsulent hemm fil-Ministeru tagħha u x’livell ta’ edukazzjoni u esperjenza għandhom, speċjalment fil-qasam li l-Ministeru jirrappreżenta?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti ġew impjegati skont l-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Deputati tal-Gvern
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hija responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom?
Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li fil-perjodu msemmi minnha m’hemmx persuni li kellhom xi wieħed mill-irwoli li qed isemmi fil-mistoqsija tagħha.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 15911 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u ċjoè: B'referenza għall-paġna 30 tad-Diskors tal-Baġit għall-2023, taħt is-sottotitlu 'Tax Credit għal Terapiji', jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur ibbenifika minn tax credit refund ta' €200 minn Jannar 2023 sa Diċembru 2023? Jista' jgħid ukoll kemm kienet tammonta l-ispiża totali biex dawn it-tax credits ingħataw lura lill-ġenituri ta' tfal b'diżabilità? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-formola/l-applikazzjoni li kienet qed timtela mill-ġenituri biex kienu eleġibbli għal dan it-tax credit u jindika wkoll minn liema sit setgħet titniżżel?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kwalunkwe tax credit refund jiskatta ġaladarba din tiġi kkomputata flimkien mal-Formola tat-taxxa fuq Income u Self Assessment. Li ġara sa issa hu li l-Kummissjoni għad-Drittijet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) irċeviet l-applikazzjonijiet ta’ ġenituri li ħassew li l-iskema tapplika lilhom u dawn ġew mgħarbula għal fini ta’ konformità mal-linji gwida tal-iskema. Dawn l-applikazzjoni ġew mgħoddija lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi. Sa issa, hemm 200 applikazzjoni li ġew milqugħa, dan ifisser li l-kreditu jammonta għal €40,000.
Is-CRPD irreklamat ukoll din l-iskema ta’ kreditu ta’ taxxa fuq il-mezzi soċjali kollha (Facebook, Instagram, Twitter, LinkedIn, TikTok) fit-13 ta’ Novembru, 2023. Intbagħtet mailshot lil kull membru tas-CRPD fl-14 ta’ Novembru.
Ninfurmah ukoll li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-formola/l-applikazzjoni li kienet qed timtela mill-ġenituri biex kienu eliġibbli għal dan it-tax credit, li setgħet titniżżel mis-sit
https://www.crpd.org.mt
.
Baġit 2024 –'Żieda fit-Tax Credit għal Terapiji ta' tfal b'diżabilita'
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 15912 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u ċjoè: B'referenza għall-paġna 31 tad-Diskors tal-Budget għall-2024, taħt is-sottotitlu 'Żieda fit-Tax Credit għal Terapiji ta' tfal b'diżabilita', jista' l-Ministru jgħid, kemm huwa l-fond allokat għal dan, għal din is-sena kalendarja, jiġifieri l-2024, u kemm jistma li ser jidħlu applikazzjonijiet għal tax credit refund, ibbażat fuq is-sena preċedenti?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2024 il-kreditu ta’ taxxa se jiżdied minn €200 għal €500 għal kull wild b’diżabilità.
Fil-bidu tas-sena 2025 inkunu nafu kemm applikaw għal din l-iskema. Dan għaliex kif jaf l-Onor. Interpellant l-iskema tiftaħ aktar tard din is-sena biex wieħed jippreżenta rċevuti ta' servizzi li jkunu ngħataw tul is-sena kurrenti li ttemm f'Diċembru 2024.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk id-dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, eċċ. (irrispettivament mill-mod kif inhuma deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Għal kull wieħed, tista' tgħid min huma ċ-Chairpersons, CEOs eċċ, irrispettivament mill-mod kif inhuma deskritti, u f'kull każ tgħid:
a) kull persuna kemm ilha fil-ħatra u
b) meta tiġi fi tmiemha l-ħatra attwali ta' kull persuna?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Applikazzjonijiet għal servizz ta’ assistent personali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna applikat għas-servizz ta' assistent personali u kienet għadha qiegħda tistenna risposta jekk hux se tingħata sussidju mill-Gvern għas-servizz ta' assistent personali sal-aħħar tas-sena 2023? Tista' tgħid ukoll taħt liema skema (Direct Payment, Independent Community Living, Assistent Personali jew skema oħra) saret l-applikazzjoni?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar tas-sena 2023 kien hemm 117-il applikant għal sussidju għal servizz ta’ assistent personali u li kienu qed jistennew sabiex jiġu assessjati minn professjonisti tal-Aġenzija. Għaldaqstant f’dak l-istadju ma jkunx għadu ġie determinat għal-liema skema ser jiġu referuti. Dan jiġi determinat mill-assessjar, u li warajh, il-każ jgħaddi quddiem il-Bord.
Ninfurmaha wkoll li matul il-perjodu bejn Jannar u Diċembru 2023 kien hemm 400 persuna li bbenefikaw mis-servizz ta’ assistent personali.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni sal-aħħar tas-sena 2023, li minkejja li ġew infurmati li se jkunu qed jingħataw sussidju għas-servizz ta' assistent personali, sal-istess perjodu kienu għadhom mhumiex jagħmlu użu minn dawn il-fondi allokati lilhom? X'kienet ir-raġuni għal dan? Tista' tgħid ukoll taħt liema skema (Direct Payment, Independent Community Living, Assistent Personali jew skema oħra) kien ikkonfermat is-sussidju?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar tas-sena 2023 kien hemm 48 persuna li għadhom fil-proċess li jsibu carer tal-għażla tagħhom u għaldaqstant għalkemm is-servizz ġie approvat lilhom, dawn għadhom ma bdewx jagħmlu użu mill-fondi allokati lilhom. Meta dawn isibu persuna biex taħdem magħhom, dawn ikunu jistgħu jibdew jagħmlu użu mis-servizz. Dawn huma maqsumin kif ġej:
Direct Payment
34
Independent Community Living
9
Personal Assistant
5
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Deputati tal-Gvern
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min kienu / huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li ngħataw xi kuntratt ta' konsulenza miċ-ċivil, servizz pubbliku, jew minn kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, minn aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hi responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat x'tip ta' konsulenza kienu qed jagħtu, fejn kienu qegħdin iservu, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu ingaġġati (jekk hux b’sejħa pubblika, direct order, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li fil-perjodu msemmi minnu m'hemmx persuni li kellhom xi wieħed mill-irwoli li qed isemmi l-interpellant fil-mistoqsija tiegħu.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?
Response (FARRUGIA, JULIA)
L-għażla taċ-child care hija tal-ġenituri u għaldaqstant ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub huwa tagħrif personali li ma jinżammx mis-Settur Pubbliku.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' blue badge holders u persuni li għandhom l-EU disability card separatament fl-aħħar tas-sena 2023? Minn dawn, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u x'inhi l-età ta' dawn il-persuni?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Diċembru 2023, kien hemm 14,360 persuna li kellha l-Blue Badge u 27,306 persuna li kellha l-Karta Ewropea tad-Diżabilità. Dawn kienu maqsumin kif ġej:
Numru Totali F’Diċembru 2023
Irġiel
Nisa
Etajiet
Blue Badge
14,360
7,703
6,657
Irġiel
Nisa
0-18
670
296
19 - 35
433
289
36 - 60
1,287
1,217
60+
5,313
4,855
EU Disability Card
27,306
13,907
3,399
Irġiel
Nisa
0-18
1,340
597
19 - 35
1,313
868
36 - 60
2,735
2,361
60+
8,519
9,573
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Direct Orders
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul l-2023?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15427.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min kienu d-Deputati tal-Oppożizzjoni, li minn Marzu 2008 sa Jannar 2013 kienu impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern kellu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hi responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu jservu, il-kariga li kienu jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?
Tista’ tqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn Marzu 2008 sa Jannar 2013 jew sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li fil-perjodu msemmi dan il-Ministeru kien għadu ma twaqqafx, ma kien hemm ebda impjegat f'xi waħda mill-entitajiet imsemmija u li bħalissa jaqgħu taħt dan il-Ministeru li kienu Deputati tal-Oppożizzjoni.