Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta — notifiki fuq cruiseliners

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35628, jista’ l-Ministru jgħid f’liema dati Transport Malta rċeviet is-16-il notifika biex cruiseliners jorbtu mal-bagi jew mal-pontoons f’Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li n-notifiki tal-cruise liners li talbu li jżuru Għawdex din is-sena waslu għand Transport Malta kif ġej: 16 ta' Dicembru 2010 - Seabourne Cruises - 12 il-waqfa 11 ta' Ottubru 2011 - Boudicca 31 ta’ Marzu u l-1 ta' April 2012 - Prinsendam - 2 waqfiet Infurmat ukoll li l-vapur Deutschland li ġie ndikat fil-lista li se jżur Għawdex fil-15 ta' Ottubru mhux se jieqaf Għawdex.

Pender Gardens — xogħol li qed joħloq inkonvinjent

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jdum għaddej ix-xogħol qrib Pender Gardens peress li qed ixekkel il-flow tat-traffiku permezz ta' obstruction ta’ triq arterjali prinċipali u anki b’bus terminus fil-qrib? Meta nbeda dan ix-xogħol u meta huwa mistenni jitlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

speed limits imnaqqsa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, Transport Malta, irċeviet talbiet biex l-ispeed limit jonqos għal 20 kilometru s-siegħa fil-lokalitajiet tat-12-il distrett elettorali? Kemm talbiet simili ġew approvati ,atul dan l-istess perjodu u f'liema lokalitajiet ġew hekk approvati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba kif indikat mill-Onor. Interpellant.

Għawdex — Rabat - wires u cables mgħoddija minn taħt l-art

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-wires u l-cables tad-dawl u tas-street lighting li hemm imwaħħlin mal-ħitan tal-bini fi Triq Fortunato Mizzi u fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat Għawdex, humiex se jitniżżlu taħt l-art bħala parti mill-upgrading ta' dawn it-toroq? Jekk le, għaliex intilfet din l-opportunità li se tiswa daqstant flus?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sistema tas-street lighting ġiet mibdula kollha u s-sistema l-ġdida kollha hija mgħoddija taħt l-art sabiex ma' jkunx hemm cables jidhru. F’din il-parti tat-triq hemm ukoll sistemi ta’ culvert u ducts li jippermettu s-sistemi kollha tas-servizzi, li jkunu jistgħu jiġu mgħoddija minn ġo fihom. It-tneħħija tal- cables iżda trid issir mill-entita’ kkonċernata minħabba li huma għandhom l-obbligi u r-restrizzjonijiet tagħhom għall-immaniġġjar tan- network tagħhom.

Ċirkewwa — triq single lane

Question

Peress li qed ikun hemm iktar istanzi ta' konġestjoni ta' traffiku fit-triq taċ-Ċirkewwa b'dan li qed jinħoloq ħafna perikolu u inkonvenjent u b'referenza wkoll għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35325 li ovvjament jidher li mhix tweġiba li qed tindirizza s-sitwazzjoni, jista' l-Ministru jgħid x'soluzzjoni reali se jkollna għal dan l-inkonvenjent kollu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-konġestjoni ta' traffiku li kienet rrapurtata dan l-aħħar kienet ikkawżata minn waqfien imprevvist f'nofs it-triq minn vetturi. F'tali każijiet, il-kuntrattur li qed jagħmel ix-xogħlijiet tat-triq, għandu l-obbligu li jneħħi dawn il-vetturi mit-triq. Dan normalment jieħu bejn nofs siegħa u tlett kwarti. Jien infurmat ukoll li Transport Malta qed tagħmel diskussjonijiet mal-kuntrattur sabiex malajr kemm jista' jkun jinfetħu partijiet oħra tat-triq, anke jekk b'mod temporanju, sabiex kemm jista' jkun jitnaqqas l-inkonvenjent minn inċidenti simili.

Xewkija — Triq Bennejja - trabijiet fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35995 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li r-residenti ta' Triq Bennejja, Xewkija, qed jilmentaw minħabba ammont kbir ta' trabijiet li qed ikun hemm fit-triq in konsegwenza tax-xogħlijiet li qed isiru fit-Triq tal-Imġarr Xewkija, li qed ikun kaġun ta' ħafna attaki kbar ta' asthma fost ħafna familji, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntrattur għandu struzzjonijitet sabiex it-trab jiġi kkontrollat kemm jista’ jkun. Tant hu hekk, li fil-ġimgħa li għaddiet, ġie applikat saff asfalt imsejjaħ base course fuq parti kbira tas-sit in kwistjoni, u b'hekk l-ammont ta' trab fit-triq naqas sostanzjalment. Huwa mistenni li l-ammont ta' trab fit-triq ikompli jonqos mal-progress fil-kostruzzjoni tal-bankini, liema xogħol qed isir bħalissa.

Public Service Contract bejn il-Gvern u l-Gozo Channel

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32791, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-iskedi annessi mal-ftehim?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Liċenzja tal-Muturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sistema biex tieħu l-liċenzja f'Malta tal-muturi hijiex ikkupjata minn xi pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea jew inkella dawn ir-regolamenti li fosthom biex issuq kull tip ta' mutur trid tinżel għat-test b'mutur 650cc humiex regolamenti lokali? Veru li fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea biex issuq kull tip ta' mutur jekk tinżel għat-test b'mutur 350cc huwa biżżejjed?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mhux minnu li biex issuq kull tip ta' mutur trid tinżel għat-test tal-licenzja b'mutur 650cc. Ir-regolamenti applikabbli f'Malta huma r-regolamenti dwar vetturi bil-Mutur (Liċenzja tas-Sewqan) u li saru bħala traspożizzjoni tad-direttiva tal-Unjoni Ewropja dwar l-istess materja. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tat-Tielet Skeda tal-imsemmija regolamenti li turi r-rekwiżiti tekniċi minimi għal vetturi użati fit-testijiet dwar ħila u mġieba.

Belt Valletta — tneħħija ta' parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-awtoritajiet ikkonċernati ħadu deċiżjoni biex fil-jiem li għaddew ineħħu aktar minn 35 post ta' parkeġġ miż-żona aktar magħrufa l-Fossa, il-Belt Valletta?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-kwistjoni tikkonċerna lill-Kunsill Lokali u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministeru konċernat.

Klabb tal-Boċċi tal-Belt — linji sofor

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-linji sofor li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, li saru madwar sena ilu ħdejn il-Klabb tal-Boċċi tal-Belt kważi ħdejn il-pitch tal-waterpolo sarux bl-approvazzjoni tal-awtoritajiet kkonċernati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda approvazzjoni għal dawn il-linji sofor li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari.

Arriva — inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti tat-traffiku/kolliżjonijiet li l-karozzi tal-Arriva kellhom minn mindu bdew joperaw sal-lum, xahar b’xahar? Fuq liema rotot ġew reġistrati dawn l-inċidenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi minn Lulju tas-sena l-oħra sal-aħħar t’ April ta’ din is-sena kien hemm 1,294 inċident li fihom kienu nvoluti l-vetturi tal-Arriva. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn.

Ħolqien ta' faċilitajiet għall-irmiġġ tal-cruiseliners f'Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 6068, 21310, 26885 u 35622, jista’ l-Ministru issa jaġġorna lill-Kamra dwar il-feasibility study u environmental impact assessment (EIA) li kien ikkumissjonat mill-Awtorità Marittima fl-2005 għall-iżvilupp ta’ cruise berth ’l barra mill-port tal-Imġarr, Għawdex u dwar l-aġġornament tal-istess studju li ntalbet tagħmel mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista’ jaġġorna lill-Kamra ukoll dwar disinji iktar dettaljati u fuq ir-reviżjoni tal-proġett li kellhom isiru? Jista’ jgħid x’alternattivi oħra ġew ikkunsidrati għal dan il-proġett? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji li saru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Swatar — traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk Transport Malta qatgħetx barra is-suġġeriment u/jew proposta li jkun hemm traffic lights biex residenti fin-naħa ta' Tal-Qroqq Str u l-parti t’isfel tas-Swatar jaqsmu għan-naħa tal-Università? Jekk dan huwa minnu u billi qed jiġu nkoraġġiti bħala residenti biex jużaw aktar is-subway li hemm, jistgħu jittieħdu passi flimkien mal-awtoritajiet kompetenti biex dan jiġi mdawwal aħjar, joffri aktar sigurtà u ma jkunx hemm overflowing tad-drenaġġ kif irrapurtawli li qed jiġri spiss?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sistema tas-CVA

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35542 u jgħid kemm daħlu karozzi il-Belt Valletta minn meta ġiet introdotta s-sistema ta' CVA? Kemm daħħal flus il-gvern b'din is-sistema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ vetturi li daħlu l-Belt Valletta bejn Mejju tas-sena 2007 u April tas-sena 2012 huwa ta’ 19,287,483. Dan jinkludi kemm dawk il-vetturi li daħlu mill-punti ta’ aċċess fejn japplikaw il-ħlasijiet tas-CVA, kif ukoll dawk li daħlu l-Belt miż-żewġ punti ta’ aċċess oħra fejn ma' japplikawx ħlasijiet, li huma minn Triq l-Assedju l-Kbir u minn Telgħet Liesse. Sa l-aħħar t’April tas-sena 2012, id-dħul tal-Gvern minn din is-sistema jammonta għal €5,159,163.

Toroq residenzjali li qatt ma saru

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35501 u jgħid liema huma t-toroq residenzjali kollha li qatt ma saru fil-lokalitajiet kollha f'Malta u Għawdex u li ġew imwegħda mill-gvern fil-passat li kellhom isiru? Meta mistennija li jsiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-parti l-kbira tat-toroq residenzjali ta' Malta li qed isiru bħalissa huma toroq illi kkwalifikaw biex jinbnew is-sena l-oħra. Għal toroq f'Għawdex nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Transport Malta — każijiet ta' titjieb u manutenzjoni fit-toroq

Question

Fil-mument, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każijiet irrapurtati lill-Transport Malta biex isir titjieb/manutenzjoni fit-toroq? Kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus globali għal dawn ix-xogħlijiet? Kemm minn dawn ix-xogħlijiet se jsiru sal-aħħar ta' din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Ħaż-Żebbuġ — Triq 12 ta' Mejju - Xogħlijiet fit-triq

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35769 u l-fatt li l-maltemp ta' din ix-xitwa kkawża ħafna ħsarat f'din it-triq partikolari, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet isiru mill-vot allokat mill-gvern għal ħsarat kawżati mill-maltemp?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat peress li din it-triq taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali.