Legislature:
Category:
Reset
Active:

MFSA — uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6013 u jgħid min hu jew huma l-uffiċjali fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) li għandhom aċċess għall-email, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-uffiċjali li għandhom aċċess għall-email dwar rapporti ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta (Whistleblowing Reports Unit) fi ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji huma uffiċjali responsabbli għall-investigazzjonijiet ta’ allegat ksur ta’ liġijiet u regoli rilevanti. Minħabba s-sensittività tal-funzjoni u raġunijiet ta' protezzjoni tad-data d-dettalji tal-uffiċjali mhux qed jingħataw.

MFSA – emails mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6016 u jgħid kemm-il email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali ma ġewx imwieġba mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar 2023? Jista' jgħid min fi ħdan l-MFSA jiddeċiedi jekk mistoqsijiet jiġux mwieġba jew le?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu indikat kien hemm disa’ talbiet li ma ġewx imwieġba. Il-persuni fi ħdan l-Awtorità li jieħdu deċiżjonijiet marbutin ma’ tweġibiet għall-mistoqsijiet mill-midja ivarjaw minn każ għal ieħor, skont is-suġġett tal-mistoqsija.

FIAU – Compliance Monitoring Committee — membri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6008, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa s-salarju ta’ dawk l-ufficjali tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) li huma wkoll membri tal-Compliance Monitoring Committee fi ħdan il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjali tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) li jipparteċipaw bħala membri tal-Compliance Monitoring Committee fi ħdan l- FIAU ma jitħallsux talli huma jiġu appuntati u jaħdmu bħala membri tal-Compliance Monitoring Committee. Dawn l-impjegati jirċievu s-salarji skont it-tabella t'hawn isfel fil-qadi tad-dmirijiet kollha tagħhom ġewwa l-FIAU: Senior Officer EUR 33,750 Manager EUR 41,500 Senior Manager EUR 52,750 Head EUR 66,600 Deputy Director EUR 73,000 Director EUR 83,000

FIAU – Compliance Monitoring Committee – membri li ddikjaraw kunflitt ta’ interess

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm istanzi fis-snin 2020, 2021 u 2022 fejn membri tal-Compliance Monitoring Committee fi ħdan il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) iddikjaraw kunflitt ta' interess u ma pparteċipawx f'deċiżjonijiet? Meta kienu dawn l-istanzi u liema kienu l-membri tal-Compliance Monitoring Committee?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm istanzi fis-snin 2020, 2021 u 2022 fejn membri tal-Compliance Monitoring Committee fi ħdan il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) iddikjaraw kunflitt ta' interess u ma pparteċipawx f'deċiżjonijiet.

MFSA – Executive Committee – rapporti mill-pubbliku ta’ kunflitt ta’ interess

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-2016 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kienx hemm rapporti mill-pubbliku ta' kunflitt ta' interess li seta' kellhom jew għandhom membri tal-Executive Committee tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA)? X’passi ħadet l-MFSA dwar dawn ir-rapporti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lil-Onor. Interpellant illi l-Mezzi uffiċjali fejn il-pubbliku jista’ jressaq ilment fuq l-MFSA u l-operat tagħha huwa permezz tal-websajt pubbliku uffiċjali tal-MFSA. Madanakollu l-ebda rapporti ma ġew ippreżentati mid-data meta ġie ffurmat il-Kumitat sal-lum.

Work Time Regulations – leave annwali għall-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista tabulata ta' dritt għal leave annwali għall-impjegati, skont id-direttivi tal-Unjoni Ewropea u l-Liġi Maltija, imqassma mill-Ordni dwar il-"Work Time Regulations”?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għall-Kawżi Ġusti – entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2017

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2017? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

MFSA – Executive Commitee — membri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6009 u jgħid x'inhuma l-pakketti finanzjarji li għandhom il-membri tal-Executive Committee fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pakkett finanzjarju li għandhom il-membri tal-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji jvarja bejn €91.2K u €109.2K.

MFSA – Executive Commitee – membri li ddikjaraw kunflitt ta’ interess

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6010 u jgħid jekk kienx hemm istanzi fis-snin 2020, 2021 u 2022 fejn membri tal-Executive Committee fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) iddikjaraw kunflitt ta' interess u ma pparteċipawx f'deċiżjonijiet? Meta kienu dawn l-istanzi u liema kienu l-membri tal-Executive Committee?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 18226 tal-Leġiżlatura XIII.

Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2016

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2016? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2015

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2015? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2014

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2014? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2013

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2013? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol – Laqgħat barra minn Malta fuq xogħol ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda laqgħat matul is-sena li għaddiet barra minn Malta in konessjoni max-xogħol ministerjali u jistax jindika wkoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Reklamar dwar il-Baġit 2023 — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ u dettaljat tan-nefqa li saret għal reklamar dwar il-Baġit għas-sena 2023, inkluż nefqa għal reklami f'gazzetti, f'siti soċjali bħal Facebook, Twitter u permezz ta' Google kif ukoll fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televiżjoni u tar-radju? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għall-ħlas dwar l-imsemmija reklami?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirrerefi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3619.

Impjegti Maltin fl-2012

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6374 u jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati Maltin li fl-2012 kienu jaqilgħu bejn: €0-€10,000; €10,000-€15,000; €15,000-€20,000; €20,000-€25,000; €25,000-€30,000; €30,000-€35,000; €35,000-€45,000; €45,000-€60,000; €60,000-€90,000, u aktar minn €90,000?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija elenkata hawn taħt: Salary Brackets Maltese 2012 Numru ta’ impjegati BETWEEN 0 and 10000 43114 BETWEEN 10001 and 15000 35401 BETWEEN 15001 and 20000 30251 BETWEEN 20001 and 25000 20740 BETWEEN 25001 and 30000 10440 BETWEEN 30001 and 35000 5513 BETWEEN 35001 and 45000 4946 BETWEEN 45001 and 60000 2448 BETWEEN 60001 and 90000 1520 Above 90001 538 TOTAL 154911

Impjegati minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jaħdmu f’Malta fl-2012

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6375 u jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li fl-2012 kienu jaħdmu f'pajjiżna u jaqilgħu bejn: €0-€10,000; €10,000-€15,000; €15,000-€20,000; €20,000-€25,000; €25,000-€30,000; €30,000-€35,000; €35,000-€45,000; €45,000-€60,000; €60,000-€90,000 u aktar minn €90,000?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija elenkata hawn taħt: Salaries EU Nationals fl-2012 Salary Brackets TCN Numru ta’ Impjegati BETWEEN 0 and 10000 7313 BETWEEN 10001 and 15000 2149 BETWEEN 15001 and 20000 1430 BETWEEN 20001 and 25000 1070 BETWEEN 25001 and 30000 643 BETWEEN 30001 and 35000 424 BETWEEN 35001 and 45000 499 BETWEEN 45001 and 60000 294 BETWEEN 60001 and 90000 350 Above 90001 322

Impjegati minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fl-2021

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6376 u jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li fl-2021 kienu jaħdmu f'pajjiżna u jaqilgħu bejn: €0-€10,000; €10,000-€15,000; €15,000-€20,000; €20,000-€25,000; €25,000-€30,000; €30,000-€35,000; €35,000-€45,000; €45,000-€60,000; €60,000-€90,000 u aktar minn €90,000?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Impjegati Third Country Nationals fl-2012

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6377 u jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati Third Country Nationals (TCN) li fl-2012 kienu jaqilgħu bejn: €0-€10,000; €10,000-€15,000; €15,000-€20,000; €20,000-€25,000; €25,000-€30,000; €30,000-€35,000; €35,000-€45,000; €45,000-€60,000; €60,000-€90,000 u aktar minn €90,000?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija elenkata hawn taħt: TCNs Salary Bracket 2012 Numru ta’ Impjegati BETWEEN 0 and 10000 1958 BETWEEN 10001 and 15000 697 BETWEEN 15001 and 20000 384 BETWEEN 20001 and 25000 195 BETWEEN 25001 and 30000 117 BETWEEN 30001 and 35000 49 BETWEEN 35001 and 45000 50 BETWEEN 45001 and 60000 45 BETWEEN 60001 and 90000 42 Above 90001 23

NSO – Rapport Finali taċ-Ċensiment tal-2021

Question

Fid-dawl li fis-16 ta' Frar 2023 l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ppubblika "L-Ewwel Volum" mir-Rapport Finali taċ-Ċensiment tal-2021, jista' l-Ministru jgħid f’kemm-il volum se jkun jikkonsisti r-Rapport Finali u meta se jiġu ppubblikati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rapport finali ser ikun maqsum fi tliet volumi li ser jiġu mnieda kollha matul din is-sena. Wara l-ewwel volum li ġie ppubblikat fis-16 ta’ Frar li jkopri l-popolazzjoni finali, il-migrazzjoni u karatteristiċi soċjali oħra, iż-żewġ volumi l-oħra mistennija jiġu mnieda għall-ħabta ta’ Lulju u Ottubru 2023 rispettivament. It-tieni volum ser ikun qed jiffoka fuq il-karatteristiċi tad-djar, kemm dawk abitati kif ukoll dawk vakanti, filwaqt li t-tielet volum se jkopri l-karatteristiċi personali kollha miġbura fiċ-Ċensiment, li ma kinux inklużi fl-ewwel volum. Għaldaqstant, it-tielet volum ser ikun qed jagħti ħarsa lejn aspetti soċjali u demografiċi bħas-saħħa, l-edukazzjoni, ix-xogħol u l-istat ċivili tal-individwi.