Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-fond konsolidat minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba, sal-4 ta’ Settembru 2025, hi skond it-tabella hawn taħt:
Recurrent Expenditure
€5,030,928,521
Capital Expenditure
€492,925,129
TOTAL
€5,523,853,650
Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx in place jew hux qed jaħseb li jkun hemm mekkaniżmu li jaħseb għal meta tfalli bond u dan sabiex jiġi minimizzat l-effett negattiv fuq is-settur finanzjarju, ekonomiku u ċ-ċittadini b’mod ġenerali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) tirrikjedi u tħeġġeġ trasparenza fis-suq, fejn kumpaniji b’securities mqegħdin fuq Suq Regolat huma mitluba jinfurmaw is-suq dwar kwalunkwe diffikultà finanzjarja li qed jiffaċċjaw u dwar kwalunkwe miżuri rimedjali li qed jieħdu biex jimminimizzaw ir-riskju ta’ default u/jew it-telf għall-investituri.
Kumpaniji mqegħdin fuq is-suq huma mitluba li jkollhom post fuq il-websajt tagħhom iddedikat, fejn id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu faċilment disponibbli sabiex l-investituri jkunu jistgħu jikkomunikaw direttament magħhom. Din it-trasparenza tgħin biex jiġu evitati informazzjoni żbaljata u paniku fis-suq.
F’każijiet bħal dawn, l-MFSA tiżgura li l-kumpaniji mqegħdin fuq is-suq qed jissodisfaw il- ‘provisions’ fil-prospett, li jiddettaljaw l-Avvenimenti ta’ Default u d-drittijiet tal-bondholders. Meta hemm xi tip ta' security taghmel tajjeb ghal bonds, l-MFSA tiżgura li s-Security Trustee (li normalment huma entitajiet regolati mill-istess Awtorità) qed jissodisfa d-dmirijiet tiegħu skont is-Security Trust Deed.
Huwa importanti li wieħed jinnota li d-defaults fis-swieq tal-kapital huma parti mir-riskju ġenerali li l-investituri jaċċettaw meta jinvestu f’bonds.
Jista’ l-Ministru jindika liema hi l-awtorità regolatorja fid-dekasteru tiegħu li tawtorizza l-ħruġ ta’ bonds u jekk hemmx kriterji fissi li jiġu kkunsidrati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-awtorità regolatorja responsabbli mill-approvazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-ammissibbiltà għat-tqegħid ta’ bonds fuq Suq Regolat hija l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA).
Fil-proċess ta’ evalwazzjoni, l-applikazzjonijiet jiġu vvalutati skont tliet kriterji ewlenin:
Is-saħħa finanzjarja;
Il-governanza korporattiva; u
It-trasparenza.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fi ħdan il-Ministeru tiegħu hemmx entità li tissorvelja l-ħruġ tal-bonds u l-prestazzjoni tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont il-Financial Markets Act, l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) hija l-awtorità responsabbli għall-evalwazzjoni u l-approvazzjoni tal-ammissibbiltà ta’ securities, inkluż bonds, għal tqegħid fuq Suq Regolat.
L-Awtorità għandha wkoll ir-responsabbiltà li tiżgura li l-kumpaniji li għandhom securities mqegħdin fuq Suq Regolat jissodisfaw ir-regoli tal-Capital Markets Rules, li jimplimentaw diversi direttivi tal-Unjoni Ewropea. L-iskop prinċipali tar-regoli tas-Swieq tal-Kapital huwa li jiġi żgurat livell għoli ta’ trasparenza fis-suq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kirjiet kummerċjali ‘protetti’ li ser jintlaqtu minn dak dispost fl-artikolu 1531I tal-Kodiċi Ċivili u ċjoè li jintemmu fl-1 ta’ Ġunju, 2028? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-kirjiet is-sid tagħhom huwa l-Gvern ta’ Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27277 u 28484 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Prim Ministru u jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta’ San Ġwann? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Lokalità
2024
Total
Maltin
Barranin
San Ġwann
16,075
10,950
5,125
Dawn il-figuri jirreferu għall-aħħar figuri ppubblikati mill-NSO fl-aħħar tas-sena 2024.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27276 u 28483 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Prim Ministru u jgħid kemm hija l-popolazzjoni tal-Imsida? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Lokalità
2024
Total
Maltin
Barranin
L-Imsida
16,609
5,954
10,655
Dawn il-figuri jirreferu għall-aħħar figuri ppubblikati mill-NSO fl-aħħar tas-sena 2024.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27275 u 28482 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Prim Ministru u jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta’ San Ġiljan? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Lokalità
2024
Total
Maltin
Barranin
San Ġiljan
15,208
6,510
8,698
Dawn il-figuri jirreferu għall-aħħar figuri ppubblikati mill-NSO fl-aħħar tas-sena 2024.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27274 u 28481 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Prim Ministru u jgħid kemm hija l-popolazzjoni tal-Gżira? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Lokalità
2024
Total
Maltin
Barranin
Il-Gżira
12,054
4,848
7,206
Dawn il-figuri jirreferu għall-aħħar figuri ppubblikati mill-NSO fl-aħħar tas-sena 2024.
Ministeru għall-Finanzi - Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 24481.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29973 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru għall-Finanzi u/jew id-dekasteru tiegħu, qegħdin fil-kunsilli lokali tal-Belt Valletta, Sta. Lucija u n-Nadur Għawdex.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27273 u 28480 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Prim Ministru u jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta’ Tas-Sliema? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Lokalità
2024
Total
Maltin
Barranin
Tas-Sliema
22,730
10,284
12,446
Dawn il-figuri jirreferu għall-aħħar figuri ppubblikati mill-NSO fl-aħħar tas-sena 2024.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24319 u 27407 u jgħid kemm ta flus il-Gvern lil Malta Community Chest Fund mill-2013 sal-2024, maqsuma għal kull sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-Gvern beda jipprovdi assistenza finanzjarja lill-Malta Community Chest Fund b’akkwist ta’ ċerti mediċini lejn l-aħħar tal-2017.
L-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
2017
€2,100,000
2018
€5,068,027.93
2019
€7,324,431.04
2020
€11,541,487.32
2021
€11,385,959.16
2022
€13,505,250.14
2023
€28,984,092.88*
2024
€40,000,000**
Nota
*
€2,064,421 – kienu użati għal pagamenti fl-2024
**
i) €26,599,839 kienu użati għal pagamenti fl-2024
ii) €13,400,161 kienu użati għal pagamenti fl-2025
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23771, jista’ l-Ministru jgħid:
(a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom?
(b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(ċ) X’kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f’liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f’liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta’ ħatra u l-kuntratt ta’ dawn iċ-Chief Executive Officers?
Response (CARUANA, CLYDE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 23771, il-perjodu li għalih ikun maħtur Kap Eżekuttiv huwa stabbilit fil-kuntratt li jistipula l-kundizzjonijiet tal-impieg.
Kien hemm tibdila waħda fil-ħatriet ta’ Chief Executive Officers mill-PQ 23771, l-informazzjoni dwarha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 24481.
Ministeru għall-Finanzi — Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul it-tieni nofs tal-2025? Jista’ jgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi li jaqgħu taħt il-Ministru għall-Finanzi huma s-segwenti:
Direttiva
Skadenza
Direttiva (UE) 2023/2864 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li temenda ċerti Direttivi fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (Artiklu 3)
10/07/2025
Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, u li temenda u tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849 (Artiklu 74)
10/07/2025
Direttiva (UE) 2024/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2024 li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji
29/09/2025
Direttiva (UE) 2023/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva 2008/48/KE
20/11/2025
(responsabbiltà konġunta ma’ OPM-ES)
Direttiva (UE) 2023/2673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 li temenda d-Direttiva 2011/83/UE fir-rigward tal-kuntratti ta’ servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod u li tħassar id-Direttiva 2002/65/KE
19/12/2025
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2023/2226 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni
31/12/2025
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2024/1265 tad-29 ta’ April 2024 li temenda d-Direttiva 2011/85/UE dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri
31/12/2025
Direttiva (UE) 2025/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2025 li temenda d-Direttivi (UE) 2022/2464 u (UE) 2024/1760 fir-rigward tad-dati minn meta l-Istati Membri għandhom japplikaw ċerti rekwiżiti ta’ rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà u ta’ diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva
31/12/2025
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/872 tal-14 ta’ April 2025 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni
31/12/2025
Id-Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, u li temenda u tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849 ġiet trasposta. Id-Direttivi l-oħra għadhom ma ġewx trasposti fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadhom pendenti.