Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet– ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3391.
Fid-dawl li l-Ministru dejjem jinsisti li l-Gvern tiegħu ħoloq industriji ġodda matul l-aħħar għaxar snin, jista’ l-Ministru jgħid x’jifhem bit-terminu, “Ħolqien ta’ Industrija ġdida”?
Jista' jgħid ukoll:
1. Liema industriji ġodda nħolqu fl-aħħar sentejn jew tliet snin?
2. Kemm inħolqu impjiegi b'valur miżjud?
3. X'inhu s-salarju medju għal dawn l-impjiegi?
4. Kemm minn dawn l-impjiegi qed iħaddmu żgħażagħ Maltin?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar snin inħolqu diversi tip ta’ industriji ġodda, fosthom f’oqsma li jużaw teknoloġiji ġodda bħal AI, Biometric technoloġies, block chain, crypto, UAV prototyping, advanced technologies u market intelligence fost oħrajn.
Fejn jidħol Blockchain u Crypto, għax konna Gvern li rajna 'l quddiem fejn tista’ twassal din it-tip ta’ teknoloġija konna wieħed mill-ewwel pajjiżi fid-dinja li ħloqna qafas regolatorju fejn dawn l-industriji jistgħu joperaw bl-akbar sigurtà f’pajjiżna. l-Unjoni Ewropea qed tħares biex ikollha qasam regolatorju bħal tagħna. Dan ifisser li pajjiż ċkejken bħal tagħna jinsab qabel pajjiżi oħra f’dan il-qasam b’sitt snin.
B’dispjaċir ngħid li l-Oppożizzjoni, fl-aħħar snin tant kienet medda b’diska retorika li ma nħolqux industriji ġodda li lanqas indunaw dak li ilu jiġri f’pajjiżhom stess għal diversi snin.
Ftit tal-ġranet ilu f’dan il-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li jmissna nibdew naraw industriji ġodda bħall-video game development u esports. Infakkar, lill-Onorevoli Interpellant li kien fl-2019 li nedejn strateġija dwar il-video gamed development u l-esports. U llum diġa qegħdin naraw il-frott tagħhom.
Fl-aħħar jiem attendejt għall-ġurnata ta’ reklutaġġ li għamlet il-kumpanija Keyworld Studios f’pajjiżna. Din hija kumpanija li toffri assistenza teknika u servizzi kreattivi lill-kumpaniji li joħolqu l-video games. Din il-kumpanija li b’mod globali tħaddem 11,000 ruħ, tinsab f’pajjiżna u qed timpjega lin-nies.
Matul dan ix-xahar stess għadha kemm itellgħet f’pajjiżna l-Playcomn, expo dwar video games u esports li minbarra l-lat kreattiv li offriet li min żarha, fl-ewwel jumejn tagħha attendew 5,000 student minn skejjel differenti f’Malta, fejn l-istudenti ngħataw l-opportunità jaraw b’għajnejhom l-opportunitajiet offruti f’dan il-qasam.
Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx xi forma ta’ fondi allokati għall-koperattivi f’pajjiżna u li dawn għadhom ma ġewx mogħtija minkejja li ilhom snin imwiegħda? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hu l-ammont u meta mistennija li dawn jingħataw?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Il-Ministru jikkonferma li m’hemmx forma ta’ fondi allokati għall-koperattivi f’pajji¿na li dawn għadhom ma’ ġewx mogħtija, wara li dawn ġew imwiegħda. Ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant li skont l-Att dwar Soċjetajiet Koperattivi Kapitlu 442 (Artiklu 91.3) kull soċjetà koperattiva għandha tikkontribwixxi ħamsa fil-mija tar-residwu li jibqa’ mill-attivitajiet, ħidma, investimenti u kull sors ieħor tagħha fi tmiem kull perjodu ta’ kontijiet lill-Fond Ċentrali. Dan huma fondi pubbliċi li jiġu amministrati skond ir-Regolamenti dwar il-Fond Ċentrali tal-Koperattivi (S.L. 442.03).
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq (isem tat-triq u r-raħal) ġewwa Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom u jgħid liema minnhom ġew aċċettati u liema ma ġewx aċċettati biex isiru matul is-snin 2022 u 2023 mill-programm 'Rural Development Programme 2014-2020 Measure 4.3 - European Agricultural Fund for Rural Development' u kemm se jingħata flus minn dan il-fond il-Ministeru għal Għawdex għal dawn it-toroq?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura u tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2594 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal każijiet pendenti ta’ residenti fil-plots tal-Home Ownership Schemes li għadhom fuq bażi ta' konvenju u li l-Awtorità tal Artijiet għadha ma akkwistatx mingħand is-sidien oriġinali tagħhom, maqsuma skont il-lokalità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li ka¿ijiet pendenti ta’ residenti fil-plots tal-Home Ownership Schemes jinstabu hekk kif muri fit-tabella.
Locality
Outstanding Plots
Ħad Dingli
48
Fgura
1
Ħal Kirkop
20
Gudja
7
Marsa
5
Mgarr
46
Mosta
40
Msida
13
Mqabba
12
Naxxar
1
Qrendi
18
Rabat Għawdex
2
San Ġwann
4
Siggiewi
6
Total
223
Dipartiment tal-Artijiet – skema għall-fidi ta’ ċens temporanju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li tiftaħ skema biex ikun jista’ jiġi mifdi ċens temporanju ta’ postijiet mhux residenzjali (mhux dawk kummerċjali)?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema qed tkun ikkunsidrata u qed isiru l-istudji neċessarji.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiftaħ l-iskema għal xiri ta’ parti minn proprjetà li s-sidien ikunu skoprew li hija fuq art tal-Gvern? Kemm hu maħsub li hawn sidien li jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema għax-xiri ta’ parti mill propjeta fuq art tal-Gvern diġa hija miftuħa bl-avvi¿ legali numru 232 tal-2022
L-Awtorita’ tal-Artijiet tikkonferma li hemm ammont sostonzjali li taf bihom billi diga’ kien hemm talba għax-xiri fil-passat. I¿da mpossibli tgħid kemm jista’ jkun hemm għax dawn jinqalaw matul iz-zmien.
Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena mill-2020 sal-lum kemm-il każ solviet l-Awtorità tal-Artijiet fejn akkwistat mingħand is-sidien oriġinali artijiet li fuqhom inbnew djar ta' Home Ownership Schemes, u li mbagħad għaddiet it-titolu għand l-Awtorità tad-Djar? Jista’ għal kull każ jindika kemm ingħata kumpens lis-sidien oriġinali, u jindika n-numru ta’ każijiet solvuti u l-kumpens imħallas lokalità b’lokalità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista mill-2020 sal-lum ta’ kemm-il ka¿ tal-Home Ownership Scheme tal-Awtorità tal-Artijiet ġew solvuti.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1150 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 730 jista' l-Ministru jindika kemm intefqu flus fil-gambling matul is-sena 2020 u s-sena l-oħra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtoritajiet ma jkollhomx viżibbiltà tal-logħob kollu li jsir f’Malta taħt liċenzji maħruġa minn ġuriżdizzjonijiet barranin. Il-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli kkummissjonat riċerka bħala parti mill-proġett iffinanzjat b’fondi Ewropej magħruf bħala “Take Action Against Problem Gambling in Malta”. Din ir-riċerka ġiet ippubblikata lura fl-2019 u tista' tiġi aċċessata mill-pubbliku minn fuq is-sit tal-Fondazzjoni. Il-Fondazzjoni tinsab għaddejja b’ħidma sabiex tali riċerka tkun aġġornata kull sentejn u tibqa' rikorrenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2853 u ċjoè: B’referenza ghat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2197, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-encroachment mil-Lands li hemm fit-triq li tagħti għall-bajja tar-Ramla?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija waħda interna tal-Awtorità tal-Artijiet u għaldaqstant ma jkunx opportun li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu l-Onor. Interpellanta, li hi membru fuq il-bord tal-Awtorità tal-Artijiet, se tingħata ċ-ċans li tara hi personalment id-dokument mitlub.
Kemmuna – kuntratti ta’ kirjiet ta’ siti fil-bajjiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2854 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2212, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li permezz tagħhom is-siti ġewwa l-Bajjiet ta’ Santa Marija u Blue Lagoon f’Kemmuna, ġew mikrija lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija waħda interna tal-Awtorità tal-Artijiet u għaldaqstant ma jkunx opportun li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu l-Onor. Interpellanta, li hi membru fuq il-bord tal-Awtorità tal-Artijiet, se tingħata ċ-ċans li tara hi personalment id-dokument mitlub.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1653 u jgħid għalfejn l-Awtorità tal-Artijiet ilha mill-2018 biex tesegwixxi sentenza ta’ żgumbrament kontra l-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk ordnax jew talabx passi dixxiplinari, u kontra min, dwar dan in-nuqqas da parti tal-Awtorità tal-Artijiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni kontra min inħareġ l-ordni ta’ żgumbrament ma għadhomx jokkupaw il-fond inkwistjoni.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1633 u jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ta’ spiss jipproduċu materjal informattiv fuq il-midja sabiex titwassal l-informazzjioni neċessarja . Dan bil-għan li l-pubbliku jkunu mgħarraf bl-attivitajiet / inizjattivi li jittieħdu.
B’referenza għal dak li qed jistaqsi dwaru l-Onor. Interpellant, it-tagħrif għall-perjodu ta’ ħames snin kif indikat minnu hu kif ġej:
ONE Productions (Espresso) €4,680 VAT Eskluż.
Sa Maison — Għoti ta' proprjetà ta' Transport Malta lill-individwu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1478 u jgħid f’liema data u b’liema titolu ngħatat il-proprjetà parti mill-bini ta’ Transport Malta f’Sa Maison lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jistax iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/att/skrittura/deċiżjoni relattiv?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm ebda titolu dwar il-parti tal-binja riferuta. L-użu tagħha hu parti mis-‘severance package’ tal-eks Prim Ministru fuq il-bażi ta’ mera tolleranza.
Sa Maison — Għoti ta' proprjetà pubbliku lill-individwu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1479 u jgħid f’liema data u b’liema titolu ngħatat il-proprjetà pubblika f’Sa Maison lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/att/skrittura/deċiżjoni relattiv?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 2150.
Kuntratt li bih individwu qiegħed juża uffiċċju f'Sa Maison
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1480 u jippreżenta l-kuntratt li bih l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qiegħed juża uffiċċju f’Sa Maison? Jekk ma hemmx kuntratt, jista’ jagħti l-kundizzjonijiet taħt liema tali użu qiegħed isir, inkluż meta beda tali użu, it-titolu, il-ħlasijiet li qegħdin isiru, u t-terminu tal-użu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 2150.
Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej — Advisors
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjaru Parlametari għall-Fondi Ewropej, jgħid kemm impjega Advisors fil-Ministeru tiegħu u kemm hu t-total tan-nefqa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjioni provduta lili mis-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej huwa għandu żewġ Advisors ingaġġati. Advisor minnhom ingaġġat fuq skala 7, filwaqt li advisor ieħor ingaġġat fuq skala 3 prorata għal 10 sigħat.
Kunsilli Lokali Għawdxin – Fondi Rural Development Programme 2014-2020
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq (isem tat-triq u raħal) ġewwa Għawdex li l-kunsilli lokali Għawdxin u anke l-Ministeru għal Għawdex applikaw għalihom u jgħid liema minnhom ġew aċċettati biex isiru matul is-snin 2022 u 2023 mill-programm 'Rural Development Programme 2014-2020 Measure 4.3 - European Agricultural Fund for Rural Development' u kemm ħa jingħataw flus minn dan il-fond kull kunsill lokali Għawdxi u anke l-Ministeru għal Għawdex għal dawn it-toroq?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li abbażi ta’ informazzjoni mgħoddija lili mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, ninsab infurmat li t-toroq li ġew aċċettati biex isiru matul is-snin 2022 u 2023 mill-programm 'Rural Development Programme 2014-2020 Measure 4.3 - European Agricultural Fund for Rural Development', kemm ħa jingħataw flus minn dan il-fond u kull kusill lokali jinstabu hekk kif muri fit-tabella.
KUNSILLI LOKALI GĦAWDXIN - FONDI RURAL DEVELOPMENT PROGRAMME 2014-2020
TOROQ LI ĠEW AĊĊETTATI
Kunsill Lokali
Isem ta' Triq
Lokalità
Ammont kommess mill-fond FAE¯R (RDP14-22) €
Kunsill Lokali Nadur
Triq Wied Rihan
Nadur
241,278.76
Triq l-Irdum ta' Venuta
Nadur
Kunsill Lokali San Lawrenz
Passaġġ Triq il-Wileġ
San Lawrenz
27,692.69
Kunsill Lokali Għajnsielem
Triq Daħla tal-Għam
Għajnsielem
60,920.96
Kunsill Lokali Għarb
Triq tal-Blajjat
Għarb
400,943.20
Triq Daħla ta' Abdilla
Għarb
Kunsill Lokali Żebbuġġ
Triq tal-Ħluq
Żebbuġ
625,763.00
Triq ta' Tutiet
Żebbuġ
Triq is-Sagħtrija
Żebbuġ