Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar, jista’ jpoġġi l-analiżi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 642. Ta’ min ifakkar ukoll li l-Gvern għadu kemm waqqaf it-taskforce għall-promozzjoni tan-negozju ta’ Malta fir-Renju Unit, immexxija mis-Sur Joseph Zammit Tabona. It-taskforce twaqqfet biex timplimenta pjan t’azzjoni sa tmiem l-2019 biex jiġi promoss negozju, inkluż dak industrijali, ekonomiku u attivitajiet finanzjarji lejn Malta b’kollaborazzjoni mar-Renju Unit.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – opportunitajiet

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri, il-proġetti jew l-inizjattivi li l-Ministeru tiegħu u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ser iwettqu biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 642. Ta’ min ifakkar ukoll li l-Gvern għadu kemm waqqaf it-taskforce għall-promozzjoni tan-negozju ta’ Malta fir-Renju Unit, immexxija mis-Sur Joseph Zammit Tabona. It-taskforce twaqqfet biex timplimenta pjan t’azzjoni sa tmiem l-2019 biex jiġi promoss negozju, inkluż dak industrijali, ekonomiku u attivitajiet finanzjarji lejn Malta b’kollaborazzjoni mar-Renju Unit.

Skema MicroInvest — intrapriżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema MicroInvest bejn is-sena 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-iskema tal-Micro Invest, min Jannar 2014 sa’ illum, il-Korporazzjoni rċiviet 4695 il-benefiċjarju.

Xewkija Għawdex – bini taċ-Ċentru Diġitali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid f’liema stadju wasal ix-xogħol fuq il-bini taċ-Ċentru Diġitali fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija Għawdex? Jista' jgħid meta hu maħsub li jitlesta dan ix-xogħol?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nħarġet sejħa pubblika għall-offerti mid-Dipartiment tal-Kuntratti għat-twettiq tax-xogħolijiet fuq is-sit indikat. Huwa maħsub li x-xogħol jinbeda lejn l-aħħar ta’ din is-sena u li l-bini jiġi kkummissjonat għall-bidu tal-2019.

Għawdex – It-tieni fibre optic link

Question

B'referenza għad-Diskors tal-Baġit għas-sena 2017 fejn f'paġna 86 intqal li ġew allokati €3.2 miljun biex Għawdex ikollha t-tieni fiber optic link, jista' l-Ministru jgħid x'azzjonijiet relatati ma’ dan il-proġett ittieħdu sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid meta hu maħsub li jitlesta dan il-proġett?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kannabis Mediċinali — Twaqqif ta’ fabbrika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li titwaqqaf fabbrika li tipproduċi l-mediċina kannabis mill-pjanta nnifisha taħt il-Good Manufacturing Practice? Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru kellux min wera interess f’dan ir-rigward?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal kull business enquiry oħra, kull enquiryli tidħol il-Korporazzjoni Malta Enterprise u kull minn hemm warajha hija informazzjoni konfidenzjal

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — transfers ta' ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ transfers li ngħataw lill-ħaddiema fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, u dan għall-perjodu bejn is-6 ta' Ġunju u t-12 ta’ Ġunju?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema sena qiegħed jirreferi.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar – reklamar fuq Facebook — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u Dipartiment fi ħdan l-istess Ministeru, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u l-entitajiet u d-Dipartimenti fi ħdanu, in-nefqa f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017 kienet ta’ €195.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju u t-2 ta' Ġunju?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — position of Trust

Question

Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 143.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – entitajiet u dipartimenti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu u għal kull entità jgħid min hu/hi l-persuna li jmexxi l-entità?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Għajnuna lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna ta lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija ngħatat diversi għajnuniet li huma kontemplati fil-Business Promotion Act u fil-Malta Enterprise Act fosthom inċentivi finanzjarji u fiskali. Kif kontemplat fl-istess liġijiet, l-informazzjoni fuq kemm ingħataw inċentivi hija waħda kunfidenzjali.

Il-futur ta’ kumpanija f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, dwar il-futur tagħha f’pajjiżna, kemm naqqset ħaddiema f’dawn l-aħħar tliet snin u jekk hemmx pjanijiet li jitnaqqsu aktar ħaddiema?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise issegwi mill-qrib l-iżviluppi tal-kumpaniji megħjuna kollha inkluż il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament. Barra minhekk, il-Malta Enterprise tipprovdi inċentivi biex il-kumpaniji li hawn Malta jkunu aktar sostenibbli. Rigward in-numru ta’ ħaddiema, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Malta Enterprise — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa u dettaljata ta’ proġetti li approvat il-Malta Enterprise u għal kull proġett jgħid fiex jikkonsisti u x’inhi l-għajnuna approvata mill-Malta Enterprise/Malta Industrial Parks?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellent li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata peress li din hija kkunsidrata kunfidenzjali kif koperti bil-kunfidenzjalita’ imposta skont l-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta u l-Artiklu 33 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — sponsorships

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' sponsorships li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema sponsorships qiegħed jirreferi.

VGh — assi - investiment f'Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’assi għandha l-kumpanija Vitals Global Healthcare biex tagħmel tajjeb għall-kobor tal-investiment li suppost kellha tagħmel f’pajjiżna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata peress li din hija kunsidrata kunfidenzjali kif koperti bil-kunfidenzjalita’ imposta skont l-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta u l-Artiklu 33 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.