Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations

Klabb Naħla - Intervention Literacy Programme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Intervention Literacy Programme tal-Klabb Naħla hux ser ikun qed jingħata f’dan l-ewwel term skolastiku? Jekk le, jista’ jgħid għaliex u x’inhu l-pjan għat-tieni u t-tielet term?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

AIMS - Sejħa għall-pożizzjoni ta’ CEO - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28969 u jgħid kemm kien hemm applikanti li tefgħu n-nomina tagħhom għall-kariga ta’ CEO fl-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport f’Malta (AIMS) wara li ħarġet sejħa interna? Jista’ jgħid ukoll il-ġeneru u l-età tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-ktieb ‘Hemm Art fil-Folja’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-ktieb ‘Hemm Art fil-Folja’ se jkun disponibbli bħala textbook għat-tfal tad-disa’ sena? Jista’ jgħid ukoll x’rimedju se jingħata sakemm dan it-textbook ikun disponibbli?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel primarji - Workbooks u kotba neqsin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jdumu biex jaslu l-workbooks u l-kotba neqsin fl-iskejjel primarji? Jista’ jgħid ukoll x’rimedju se jingħata sakemm dawn il-kotba jkunu disponibbli?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kulleġġ San Benedettu - L-Iskola ta’ Ħal Kirkop - Għalliema tal-Chemistry

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-Iskola ta’ Ħal Kirkop fi ħdan il-Kulleġġ San Benedettu, hemmx nuqqas ta’ għalliema tal-Chemistry? Jekk iva, jista’ jgħid meta se jintbagħat għalliem jew għalliema għal din l-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Wardija - Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm intake ta’ studenti ġodda għal din is-sena skolastika 2025-2026 fl-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre, fil-Wardija? Jekk iva, kemm-il student ser ikun qiegħed jidħol għall-ewwel darba, fil-bidu ta’ din is-sena skolastika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Wardija - Dun Manwel Attard Resource Centre - Sudenti ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30596 dwar studenti ġodda fl-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre, fil-Wardija, jista’ l-Ministru jgħid f’liema sena ta’ skola qegħdin maqsuma il-114-il student separatament għal kull sena u ċjoè l-ewwel sena, it-tieni sena, it-tielet sena, eċċ? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti ser jattendu għall-ewwel darba f’din l-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Far - Korsa għat-tlielaq tal-karozzi - Pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’pagamenti saru mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, matul din il-leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, lill-Aġenzija Infrastruttura Malta inkonnessjoni ma’ xogħol li qiegħed isir fuq il-korsa għat-tlielaq tal-karozzi f’Ħal Far? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-pagamenti huma regolati b’tender u kemm minnhom saru permezz ta’ direct order?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Wardija - Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu ppjanat li jkun hemm studenti fl-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre, fil-Wardija għas-snin skolastiċi 2026-2027, 2027-2028, 2028-2029, 2029-2030 u 2030-2031, separatament għal kull sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

L-Iskola tal-Wardija - Studenti b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27640 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u jgħid x’ser jiġri minn dawk l-istudenti b’diżabilità li jattendu l-Iskola tal-Wardija wara li jagħlqu l-età li jispiċċaw mill-iskola? Tista’ tgħid ukoll jekk dawn l-istudenti hux ser ikollhom biżżejjed ħiliet biex ikunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27639.

L-Università ta’ Malta - Parking 6 - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tal-binja l-ġdida li ser tkun Parking 6 fl-Università ta’ Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li mhu ser ikun hemm l-ebda binja ġdida fil-parkeġġ imsemmi għajr li parti minuri minnha ser tintuża biex takkomoda l-binja tas-Sustainable Living Complex.

Għalliema u LSEs imħarrġa fil-First Aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema jew LSEs mħarrġa fil-First Aid f’każ li jkun hemm inċident u jaqsam din l-informazzjoni skola, skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Każijiet ta’ bullying

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30606 u jgħid kemm-il każ ta’ bullying ġie rraportat fl-iskejjel kollha tal-Gvern fis-snin 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema skejjel saru dawn ir-rapporti u kemm kien in-numru f’kull skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.