Tista’ l-Ministru tagħti, jekk jogħġobha, in-numru ta’ studenti li ggradwaw jew se jiggradwaw sena b’sena, mill-Università ta’ Malta mill-1990 sa dis-sena 2009, separatament f’dawn il-gradi ta’ Bachelor: inġinerija mekkanika; inġinerija elettrika; inġinerija elettronika, matemaika, fiżika, kimika, bijoloġija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi n-numru ta’ studenti li ggradwaw u ser jiggradwaw mill-2003 sal-2009 fil-Bachelor of Engineering u Bachelor of Science.
Rigward l-informazzjoni tan-numru ta’ studenti li ggradwaw mill-1990 sal-2002 fil-
Bachelor of Engineering
u
Bachelor of Science
din tingħata aktar tard peress li tinvolvi ħafna xogħol manwali.
Tista' l-Ministru tiċċara l-anomalija li teżisti u tiddefenixxi x'jikkostitwixxi tv set u le? Tista' tgħid fid-dawl tal-fatt illi l-Gvern xorta jesiġi li jitħallsu liċenzji is-settijiet tat-television, meta l-poplu, li fil-massa tiegħu qed jagħmel użu minn stazzjonijiet privati, hux jikkontempla li jneħħi din l-istess taxxa meta huwa fatt magħruf li Xandir Malta ma qed joffri l-ebda servizz fuq l-istess bazi ta' l-istazzjonijiet privati u għalhekk m'hu xejn għajr stazzjon lokali informattif?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nibda biex ngħid li l-Kumpanija Xandir Malta spiċċat fl-1991 u minflok issa hemm il-Kumpanija Public Broadcasting Services Limited.
Dwar l-ewwel parti nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-parti tal-Mistoqsija lill-Ministeru tal-Kommunikazzjoni.
Ma naqbel xejn li l-Istazzjon Nazzjonali mhu xejn għajr stazzjon lokali informattiv.
Nistiednek tara l-iskedi tal-Istazzjon Nazzjonali li joffru firxa wiesgħa ta’ programmi li jossodisfaw l-obbligi ta’ Stazzjon Pubbliku. Dawn l-iskedi jirrispettaw wkoll l-għan li għalih huwa mwaqqaf l-istazzjon skont kif imfisser fin-
National Broadcasting Policy
.
Huwa ta’ sodisfazzjon għalija li tul dawn l-aħħar snin diversi
audience surveys
ikkonfermaw li l-Istazzjon Nazzjonali huwa l-iktar stazzjon segwit mill-poplu Malti.
Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent x'tagħlim se jkun qed jingħata lill-istudenti tal-primarja u s-sekondarja f'dik li hija imprenditorija (entrepreneurship)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tagħlim li ser jingħata lill-istudenti tal-primarja u sekondarja f’dik li hi imprenditorija ser ikun l-aktar ta’ edukazzjoni mhux formali (non-formal education). Dan ifisser li l-istudenti jiġu mgħallma numru ta’ ħiliet permezz ta’ attivitajiet li jsiru fl-iskejjel. Dawn jistgħu ikunu per eżempju fun runs u Jeans Days, fejn l-istudenti jiġbru fondi, jew attivitajiet fejn l-istudenti joħolqu materjal li jiġi mibjugħ.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 10877 li oriġinarjmanet saret lill-Minsitru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilha u tgħid għal liema raġuni Forti Sant' Anġlu tħalla jiddeterjora għal dawn is-snin kollha? Tista' tgħid jekk hux ippjant li jibda x-xogħol ta' restawr fuq il-Forti Sant' Anglu, u jekk iva, meta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Partijiet mill-Forti Sant’Anġlu għaddew taħt ir-responsabbilta ta’ Heritage Malta f’Awwissu tal-2007. Heritage Malta immedjatament ħadet ħsieb tpoġġi uffiċjal tas-sigurtà mad-daħla tal-forti sabiex ma jibqgħux jidħlu nies mhux awtorizzati, jispiċċa r-rimi ta’ skart u l-vandaliżmu. Heritage Malta ħadet ħsieb ukoll tal-manutenzjoni tas-sistema tad-dawl tas-swar tal-forti, u nbeda l-proġett ta’ restawr tal-polverista tal-forti, bil-kollaborazzjoni tar-Restoration Unit fi ħdan il-Ministeru tar-Rizorsi u Affarijiet Rurali. Barra minn hekk Heritage Malta ippreparat ir-rapporti u l-istudji kollha meħtieġa sabiex tinforma lill-awtoritajiet konċernati u f’Settembru ta’ din is-sena ssottomettiet applikazzjoni lill-MEPA sabiex jibdew ix-xogħlijiet meħtieġa fid-daħla u f’partijiet oħra tal-Forti.
Tista' l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa ħalli mill-aktar fis tara li waqt il-korsijiet tal-evening classes fl-iskejjel tal-Gvern, fit-toilets ikun hemm kontenituri tas-sapun għal minn ikollu bżonn juża dawn il-faċilitajiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kemm id-Direttur Ġenerali għal Servizzi Edukattivi kif ukoll id-Direttur għat-Tagħlim Tul il-Ħajja diġà ħadu l-passi neċessarji sabiex fl-iskejjel ikun hemm faċilitajiet adekwati.
Barra minn hekk, fis-17 ta’ Settemrbu, id-Direttur għat-Tagħlim Tul il-Ħajja kellu laqgħa mal-
Evening Classes Centre Co-ordinators
fejn wieħed mis-suġġetti diskussi kien dwar l-azzjoni li għandha tittieħed f’każ xi persuna suspettata li hi marida, tattendi għal-lezzjonijiet ta’ fil-għaxija.
Qala Għawdex — training service providers għall-ITS
Question
Tista' l-Ministru tgħid min kien responsabbli mill-għażla tat-training service providers għall-ITS fil-Qala, Għawdex? Tista' tgħid min kienu l-membri tal-bord tal-għażla? Min għażilhom u fuq liema kriterju intgħażlu? Xi kwalifiki għandhom biex jgħażlu lil dawn it-training service providers? Kemm kienu l-applikanti għas-sejħa li saret? Kemm intgħażlu minnhom? Min huma t-training service providers li ġew magħżula? X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi u vokazzjonali li għandhom? X'esperjenza prattika fis-settur għandhom? X'kienu l-kriterji li fuqhom ġew
magħżula? Min huma dawk li ma ntgħażlux? X'kienu r-raġunijiet għaliex ma ntgħażlux?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma saret l-ebda sejħa għal training service providers għall-Institute for Tourism Studies Qala – Ghawdex .
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il staff development meeting sar matul l-2008 fl-iskejjel ta' l-Istat? X'aġenda timxi magħha kull skola meta jsiru dawn il-laqgħat? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kampjun tal-aġenda ta' kull skola ta' meta jsiru dawn il-laqgħat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'kien in-numru ta' ilmenti li saru minn studenti barranin fil-konfront tal-host families matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena u xahar b'xahar? X'tip ta' ilmenti daħlu u x'passi ttieħdu biex dawn jiġu indirizzati? Kemm hawn host families reġistrati? F'liema lokalitajiet qegħdin u kemm hemm f'kull lokalità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm għalliema matul dawn l-aħħar ħames snin li talbu cultural leave jew study leave u ngħatalhom sena b'sena? Għal kemm tul ta' żmien kienet kull talba? Kemm minn dawk li ngħatalhom il-permess ingħataw cultural leave jew study leave with pay?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għadd ta’ għalliema li matul l-aħħar ħames snin talbu u ngħatalhom unpaid study leave hu ta’ tlieta u erbgħin (43). It-talbiet isiru għal/sa tul ta’ sena iżda estensjonijiet huma possibli. Fil-fatt l-ammont totali ta’ talbiet, inkluż estensjonijiet, li ġew approvati lil dawn it-tlieta u erbgħin għalliem kien ta 76.
It-tul ta’ żmien għal
unpaid study leave
, inkluż fejn applikabbli, l-estensjonijiet li ngħataw, hu kif ġej:
Tul ta’ unpaid study leave (inkluż estensjonijiet) Għadd ta’
għalliema
5 snin 1
4 snin 3
3 sa inqas minn 4 snin 4
2 sa inqas minn 3 snin 8
1 sa inqas minn sentejn 22
Inqas minn sena (xahrejn +) 5
Sena b’sena dawn it-talbiet (inkluż l-estensjonijiet) ġew approvati kif jidher hawn taħt:
2004 13
2005 15
2006 10
2007 14
2008 24
Aktar informazzjoni dwar
paid study leave
u
cultural leave
qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid liema skejjel sew primarji kif ukoll sekondarji li kellhom żjarat mill-Education Officers matul l-2008 xahar b'xahar, f'liema suġġetti u kemm-il darba? X'forma ta' sapport joffru dawn l-Education Officers lill-kapijiet tal-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Wieħed jinnota li numru kbir ta’ żjarat sar min Ottubru sa Diċembru 2008 u dan jirrifletti ż-żieda ta’
Education Officers
li seħħet fil-bidu tas-sena skolastika.
Ix-xogħol ewlieni ta’ l-
Education Officers
tal-Kurrikulu hu wieħed ta’ sapport għal-proċess ta’ tagħlim u hu f’dan il-kuntest li huma jgħinu lil-kapijiet ta’ l-iskejjel.
.
L-
Education Officers
jgħinu fit-twettiq ta’ l-
iSchool Development Plans
, fis-sezzjoniet tal-‘
Professional Development
’ u attivitajiet kurrikulari li jseħħu fl-iskejjel.
L-Uffiċjali Edukattivi jagħtu ukoll taħriġ lill-għalliema biex b’hekk isiru aktar effettivi fix-xogħol tagħhom.
Tista' l-ministru tgħid x'timetable isegwu l-Education Officers fil-visti tagħhom lill-iskejjel biex jassiguraw li kull skola tingħata l-full entitlement tal-attenzjoni neċessarja ugwali daqs kull skola oħra? Ta' kemm hu l-compliment tal-Education Officers u ta' liema suġġetti huma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm clerical staff ma' kull skola fil-kulleġġi kollha skola bi skola? Kemm ingħata taħriġ lil clerical staff f'dak li għandu x'jaqsam ma' office procedure matul dawn l-aħħar ħames snin u fiex kien jikkonsisti, sena b'sena? Jekk sar, min mexxa dan it-taħriġ? Kemm ġie jiswa dan it-training u fejn u x'ħin sar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi li juru kemm hemm clerical staff ma’ kull skola fil-Kulleġġi kollha, skola bi skola.
Mis-sena 2005 sal-lum saru ħames korsijiet tal-
European Computer Driving Licence
(ECDL) għal staff klerikali. Minħabba l-Liġi tad-
Data Protection
, ma jistgħax jingħata l-isem ta’ min mexxa dan it-taħriġ. Dawn il-korsijiet ġew jiswew hekk:
2005 €559.20 (Lm240)
2006 €629.10 (Lm270)
€629.10 (Lm270)
2007 €629.10 (Lm270)
2008 €629.11
Dan it-
training
sar fl-
ICT Learing Centre
, Direttorat għal Kwalita’ u
Standards
fl-Edukazzjoni, Floriana, bejn is-2.30 p.m. u l-4.00 p.m.
Minn żmien għal żmien jiġu organizzati korsijiet għall-istaff klerikali mill-i
Staff Development Organisation
ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Ma tinżammx statistika f’dan ir-rigward.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li attendew l-ischool girl’s mothers unit kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? X’età kellhom? X’tip ta’ edukazzjoni kienu qed jirċievu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta persuni li attendew l-iSchool Girls Mothers’ Unit , magħruf bħala Unit Għożża f’dawn l-aħħar għaxar snin kien kif ġej:
1999 – 46
2000 – 56
2001 – 66
2002 – 66
2003 – 66
2004 – 89
2005 – 65
2006 – 84
2007 – 83
2008 – 73
2009 – 27 (sal-aħħar ta’ Ġunju)
L-età ta’ dawn il-persuni li attendew il-programm f’Unit Għożża kienet bejn it-tlettax-il sena u l-għoxrin sena.
Il-programm għat-tfajliet tqal huwa bbażat fuq sessjonijiet ta’ żvilupp personali, sessjonijiet edukattivi u suġġetti informattivi li jittrattaw fuq tqala, l-istat ta’ min hu omm u suġġetti li huma dwar aspetti legali u soċjali li huma marbuta ma’ din is-sitwazzjoni. Persuni minn diversi entitajiet u aġenziji jiġu mistiedna biex jagħtu s-sehem tagħhom f’dawn is-sessjonijiet. Dawn jinkludu:
· It-Team tal-Qwiebel ta’ Mater Dei
· Sedqa
· Id-Dipartiment tal-Konsumatur
· Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
· Ir-Reġistru Pubbliku
· Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa
· Il-Klinika tat-Tilqim
· Id-Dipartiment ta’
Speech-Language
· ETC
Istitut għall-Istudji Turistiċi — studenti bi sponsorship
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9826, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hemmx studenti Maltin tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi li qed jistudjaw barra, li fil-fatt qed jagħmlu hekk bi sponsorship mill-Gvern ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma hemmx studenti ta’ L-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi li qed jistudjaw barra bi sponsorship tal-Gvern Malti.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — taxxi, tariffi u miżati
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnha, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtha bejn Jannar u Settembru 2009? Tista' tindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif ċertament jaf l-Onor. Interpellant, kull aġġustament, fi kwalunkwe żmien jew perijodu, ’il fuq jew ’l isfel ta’ taxxi, tariffi jew miżati minn kull dipartiment, awtorità, istituzzjoni jew aġenzija, hu informazzjoni fil-‘public domain’ u ssapportjat mill-istrumenti legali neċessarji. Għalhekk, nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpelleant li kull aġġustament f’dan ir-rigward li sar fil-perijodu indikat fil-mistoqsija hu ppublikat skond kif titlob il-ligi li bis-saħħa tagħha sar tali aġġustament.
Bormla — Kulleġġ Santa Margerita - ilqugħ mix-xita
Question
Issa li daqt tibda sena skolastika ġdida, tista' l-Ministru tara li jsir xi ħaġa sabiex id-dawra madwar id-daħla tal-Kulleġġ Santa Margerita Bormla ma tibqax iżżomm daqshekk ilma wara kull ħalba xita, u dan kif fil-fatt ġara ftit ilu fl-ewwel xita lejn l-aħħar ta’ Awwissu ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li l-problema tal-ilma qegħda ‘l barra mill-periferiji tal-iskola, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Skejjel tal-Istat — Spezzjonijiet fuq tankijiet tal-ilma
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4547, tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tankijiet tal-ilma fuq kull bejt ta' kull skola tal-Istat, skola bi skola? Ta' liema materjal huwa kull tank? Meta l-aħħar li tnaddaf kull tank bid-data, is-sena u l-persuni li għamlu dan? X'policy hemm għat-tindif ta' dawn it-tankijiet? Kemm minn dawn it-tankijiet ġew spezzjonati mill-iSpetturi tas-Sanità, f'liema skejjel, f'liema sena u min kien l-Ispettur? Kemm-il kampjun ittieħed minn dawn it-tankijiet biex jiġi ittestjat mill-iSpetturi tas-Sanità billi ħafna drabi sew it-tfal kif ukoll l-għalliema jixorbu minn dan l-ilma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn studenti dyslexic li nafu bihom sew fl-iskejjel tal-iStat, tal-Knisja u Privati li qed jingħataw attenzjoni milll-iSpecial Learning Difficulties Section tad-Direttorati tal-Edukazzjoni? Kemm hemm studenti b'din il-kundizzjoni fl-iskejjel tal-iStat, tal-Knisja u tal-Privat separatament? Tingħata għajnuna lil studenti fil-livell ta' tertiary education? Jekk inhu l-każ, kemm hemm studenti f'dan il-livell li għandhom din il-kundizzjoni? Kemm minnhom huma tas-sess femminil u kemm minnhom huma tas-sess maskil? Fiex tikkonsisti l-għajnuna li tingħata? Kemm kien hemm fondi allokati għal din is-sezzjoni, sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin? Kemm hemm staff jaħdem fis-sezzjoni SpLD tad-Direttorati tal-Edukazzjoni u x'inhuma l-kwalifiki tagħhom wieħed wieħed? Tista' tgħid meta din is-sezzjoni se tingħata premises adattat biex tkun tista' taqdi d-dmirijiet tagħha b'aktar efficiency u effectiveness?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Skejjel tal-Istat — informazzjoni fuq roof membrane
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema kumpaniji kienu għamlu ir-roof membrane li hemm fuq numru ta' skejjel, skola bi skola? Kemm ġie jiswa kull saqaf ta' skola? Kemm metri kwadri ta' roof membrane tpoġġew fuq is-soqfa tal-iskejjel tal-istat tul dawn l-aħħar għaxar snin? Liema entitajiet ħarġu t-tenders biex isir dan ix-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.