Interconnect Malta — Nefqa fuq marketing u riklamar
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm nefqet fuq marketing u riklamar l-Interconnect Malta sena b'sena mit-twaqqif tagħha sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Energy and Water Agency — Nefqa fuq marketing u riklamar
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm nefqet fuq marketing u riklamar l-Energy and Water Agency sena b'sena mit-twaqqif tagħha sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx problema fl-elettriku fl-inħawi ta' Ħas-Sajjied, Birkirkara, ladarba l-elettriku mar tliet darbiet tul il-ġimgħa li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, x'inhi l-problema u x'qed isir biex din tkun ratifikata?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li ninsab infurmata li l-Enemalta ma kellha l-ebda rapport dwar ħsarat fi Triq Ħas-Sajjied u Sqaq Ħas-Sajjied, nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika liema huma t-toroq li qed jirreferi għalihom.
Persuni li jkollhom diffikultajiet dwar xi infrastruttura tal-Enemalta jistgħu jċemplu fuq 8000 2224 jew jagħmlu rapport online permezz tas-sit elettroniku enemalta.com.mt
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Entitajiet li għandhom CEO
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha li għandhom CEO? Jekk iva, tista’ tgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u tgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-frott li hemm fuq is-siġar taċ-ċitru li hemm fi Ġnien Dante Aligheri l-Furjana mhuwiex jinqata’? Tista’ tgħid ukoll meta ġew miżbura l-aħħar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Deputati tal-Gvern
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 15995 u tgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hija responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom?
Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li bejn Mejju 2013 u April 2014, in-Nutar Charles Mangion serva bħala Chairperson tal-Enemalta waqt li kien Deputat Parlamentari. Matul dan il-perjodu huwa tħallas is-somma ta’ €28,478 li kienu jinkludu l-onorarja u allowance tal-karozza. Fuq il-bord tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) servew ukoll bħala Chairperson Dr Stefan Zrinzo Azzopardi u s-Sur Anthony Agius Decelis. Il-perjodi meta l-persuni msemmija kienu Deputati Parlamentari u Chairpersons tal-GHRC fl-istess waqt kienu bejn l-2017 u l-2020 fil-każ ta’ Dr Zrinzo Azzopardi, u bejn l-2020 u l-2022 fil-każ tas-Sur Agius Decelis. Ir-rata tal-onorarja li hemm stabbilita hija ta’ €18,816 fis-sena.
Tista’ l-Ministru tara li l-Enemalta tieħu azzjoni u ssewwi l-lampa fi Triq il-Kampanella l-Fgura proprju fuq id-dar li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li l-ħsara li hemm f'din il-lampa jidher li ġej min-naħa tas-sistema tad-dawl?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li diġà kien sar rapport mill-Kunsill Lokali lill-Enemalta u l-ħsara ssewwiet.
Persuni li jkollhom diffikultajiet dwar xi infrastruttura tal-Enemalta jistgħu jċemplu fuq 8000 2224 jew jagħmlu rapport online permezz tas-sit elettroniku enemalta.com.mt
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-iskema li kellu joħroġ il-Gvern ta' €200,000 biex il-bennejja jixtru makkinarju li jħares l-ambjent b'għan aktar ekoloġiku, ġietx addottata? Jekk din ġiet implimentata, tista’ tgħid ukoll kemm bennejja ibbenefikaw minn dan l-ammont jew aktar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet reġgħu qed isiru fi Triq San Leonardu fil-Kalkara u meta hemm il-ħsieb li jkunu konklużi billi qed jikkaġunaw diffikultà u inkonvenjenza?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Raħal Ġdid – Triq u żona ta’ Santa Ubaldesca — Rapporti ta’ rwejjaħ
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm rapporti persistenti ta’ intejjen fit-triq u ż-żona relattiva ta’ Santa Ubaldesca, f’Raħal Ġdid billi l-ġirien qegħdin ibatu ħafna?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Awtorità għall-Ambjent ur-Riżorsi ma rċeviet l-ebda rapport ta’ rwejjaħ fi Triq Santa Ubaldesca matul dawn l-aħħar xahrejn.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess ta’ ppjanar u tal-bini taċ-ċentru tad-distribuzzjoni ġdid fin-Naxxar li se jsaħħaħ in-netwerk tal-elettriku f’din iż-żona? Tista’ tgħid ukoll liema lokalitajiet ser ikunu qegħdin jibbenefikaw minn dan iċ-ċentru?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 15967 u 16777.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett tal-Ġnien tal-Foss li l-aċċess għalih huwa minn Triq Romano Carapecchia u minn Triq il-Foss, fil-Fgura, liema proġett ser isir minn Projects Green Malta? Tista’ wkoll telenka x-xogħlijiet li ser isiru u tippreżenta l-pjanti tal-Proġett?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li bħalissa qed isir id-disinjar ta’ dan il-proġett li se jkun finanzjat minn Fondi Ewropej. Id-disinn qed isir b’konsultazzjoni ma’ diversi għaqdiet li jirrappreżentaw liż-żgħażagħ fil-lokalità, li jinkludu l-Fgura Scout Group u Fgura United Football Club. Sadanittant, qed titfassal ukoll is-sejħa għall-offerti marbuta max-xogħlijiet li jirrigwardaw dan il-proġett biex dawn jiġu pubblikati malli jinħarġu l-permessi meħtieġa.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-pjan li f'Wied iż-Żurrieq, il-Qrendi, jiġi installat in-network tad-drenaġġ flimkien mal-installazjoni ta' rising main biex dan in-network jiġi kkonettjat man-network prinċipali tad-drenaġġ? Jekk fl-affermattiv, tista’ tgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li tali proġett ma jinsabx fil-pjanijiet preżenti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Promozzjonijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid:
• kemm hemm ħaddiema li ngħataw aktar minn promozzjoni waħda inkluż career progression minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, awtoritajiet jew fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li hi responsabbli għalih;
• fejn kienu/qegħdin iservu dawn il-ħaddiema, il-kariga/grad li kienu/qegħdin jokkupaw, id-dati ta’ meta ġew promossi u/jew ħadu l-career progression, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ); u
• kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom u kemm kienu ż-żidiet fil-paga b’mod monetarju minn skala għal oħra? X’kienet id-data tal-ingaġġ minn meta bdew mal-istess Ministeru, entità jew awtorità u anke jekk biddlux l-awtorità, entità jew Ministeru meta saru l-promozzjonijiet u/jew career progression?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, class agreements, u anke l-collective agreements tal-General Service Grades, liema agreements jinħarġu ma’ kull sejħa interna/esterna li toħroġ. Is-sejħiet huma dawk standard li jinkitbu u jiġu miftehma ċentralment.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15625, tista’ l-Ministru tgħid jekk is-siġar taż-żebbuġ fi Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid inżabrux jew le?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li ż-żbir tas-siġar taż-żebbuġ fi Ġnien il-Mediterran minn Project Green ser ikun qed isir fix-xhur li ġejjin.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk matul l-aħħar ġimgħat ġewx irrapurtati lill-awtoritajiet konċernati każijiet ta’ ħruġ ta’ gass mill-biċċerija pubblika? Jekk fl-affermattiv, tista’ tindika s-sorsi li kawża tagħhom kien hemm it-tnixxija tal-gass, x’kien il-gass li ħareġ, u jekk il-gassijiet li ħarġu b’xi mod kinux ta’ periklu għan-nies tal-madwar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li f’dawn l-aħħar ġimgħat, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ma rċeviet ebda rapport rigward ħruġ ta’ gass mill-biċċerija pubblika.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ser ikun qed jokkupa spazju l-Proġett tal-EcoHive u kemm mill-art li ser tkun qed tintuża għal dan il-proġett, hija art agrikola?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14761, tista’ l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa x-xogħol fi Ġnejniet Nikol Aquilina fil-Qrendi u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tax-xogħol li sar fuq dan il-ġnien?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13926, ninfurmah li l-interventi twettqu skont il-PA5624/22.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14761 rigward hemmx ippjanati li jiżdiedu/jiġu ameljorati l-ispazji miftuħa fil-Qrendi, tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-proġetti l-oħra li qed jiġu kkunsidrati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Kif diġà spjegajt fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentar14761, aktar dettalji jingħataw ladarba jitlesta x-xogħol preparatorju.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14762 fir-rigward ta' spazji miftuħa f’Ħal Kirkop, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site plan li tindika fejn jinsab iċ-ċentru urban li ser jiġi riġenerat fi spazju aħdar għall-użu tal-komunità? Tista’ tgħid ukoll ma’ min qed isiru d-diskussjonijiet u meta hemm il-ħsieb li dawn d-diskussjonijiet jispiċċaw u jibda x-xogħol preparatorju għal dan il-proġett?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art inkwistjoni fiha 1,100 metru kwadru u tinsab fi Triq Nerik Xerri. Kif ħabbarna ftit ġranet ilu, din hija waħda minn erba’ artijiet tal-Gvern li qabel kienu allokati għall-bini u, wara kollaborazzjoni bejn Project Green u l-Awtorità tal-Artijiet, issa se jinbidlu f’ġonna u spazji ta’ rikreazzjoni għall-komunità.
Bis-saħħa t’hekk madwar 7,000 familja f’Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Ħal Lija u San Ġiljan se jkollhom spazju mħaddar ġdid, qrib djarhom. Flimkien, dawn l-erba’ żoni jinkludu madwar 8,000 metru kwadru ta’ art, li fuqhom setgħu nbnew total ta’ madwar 30 blokka ta’ appartamenti. Minflok, issa ser jimtlew bis-siġar u pjanti oħra indiġeni.
Project Green ser tikkonsulta l-komunitajiet tal-inħawi biex tippjana t-trasformazzjoni ta’ dawn l-artijiet fi spazji miftuħa. It-trasformazzjoni ta’ dawn l-artijiet se tinkludi riġenerazzjoni naturali b’ħafna siġar u pjanti indiġeni, li jqarrbu l-ambjent naturali lejn il-komunità u biex tissaħħaħ il-bijodiversità lokali.