Peress li fir-Rapport Annwali għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-2023 tal-Ministeru għall-Ambjent u l-Enerġija, il-punt ta’ azzjoni C8 tal-Kapitolu 1.2.2 (Managed Aquifer Recharge) jagħti s-sena 2024 bħala żmien għall-finalizzazzjoni tal-proġett, tista’ l-Ministru tgħid x’kienu l-volumi ta’ ilma (Polished Water) injettati taħt l-art?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-istudji fuq il-proġett għadhom għaddejjin.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29447 dwar ix-xogħlijiet fi Triq San Ċiru, fil-Gudja, tista’ l-Ministru tgħid kemm ser idum isir ix-xogħol u jekk iż-żminijiet kuntrattwali ġewx rispettati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ix-xogħlijiet ippjanati mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġew finalizzati u bħalissa għaddej xogħol ta’ pavimentar fuq il-partijiet pedonali. Ix-xogħlijiet li fadal jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ Infrastructure Malta.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Remote working - teleworking
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, mal-Ministeru konċernat, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, hemm 687 ħaddiem li jaħdmu permezz ta’ remote working.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Safar fuq xogħol uffiċjali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba siefer barra mill-pajjiż fuq xogħol uffiċjali kull membru fil-Ministeru tagħha (inkluż hi bħala Ministru), xahar b’xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid ukoll kemm intefqu flus bħala ‘hospitality’ mill-Ministeru tagħha f’kull mawra barra mill-pajjiż, fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża f’hospitality, id-data ta’ meta ntefqu dawn il-flus u minn liema membru tal-Ministeru ntefqu dawn il-flus f’hospitality?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nistieden lill-Onor. Interpellant jagħti ħarsa lejn il-‘Manual on Transport and Travel Policies’ li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra li jirregola l-arranġamenti ta’ vjaġġar, akkomodazzjoni barra l-pajjiż, delegazzjonijiet u per diem allowances.
San Pawl il-Baħar – Manutenzjoni ta’ faċilitajiet għal-logħob tat-tfal
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29050 dwar faċilitajiet għal-logħob tat-tfal li hemm fl-inħawi tal-Melita Gardens, (Park tas-Salina) f’San Pawl il-Baħar, tista’ l-Ministru tgħid liema xogħlijiet huma inklużi fis-sejħa għall-offerti li nħarġet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fis-sejħa għall-offerti li ħarġet Ambjent Malta għall-Park tas-Salina hemm pjanat interventi biex jinbidel l-apparat kollu tal-logħob għat-tfal li hemm fil-parti ta’ fuq tal-park kif ukoll fil-parti t’isfel magħrufa aħjar bħala Kennedy Grove. Se jinbidlu wkoll it-twapet tas-sigurtà li hemm taħt dan il-logħob kif ukoll l-apparat tal-outdoor gym biex isir kollox ġdid.
Tista’ l-Ministru tgħid kif ser titħaddem is-sistema ta’ ġbir ta’ kontenituri tal-plastik/ħġieġ, għall-persuni li għandhom iktar minn 60 sena jew li għandhom il-blue badge? Tista’ tgħid ukoll min ser ikun qed iħallas għal dan is-servizz u f’liema lokalitajiet ser jitħaddem?
Response (DALLI, MIRIAM)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ stqarrija (PR251117) maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar it-23 ta’ Ġunju 2025. Inżid ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan is-servizz beda bħal-lum ġimgħa u qed jiġi provdut mid-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni. Is-servizz huwa bla ħlas għal dawk li jikkwalifikaw, waqt li l-operatur liċenzjat se jkun qed iħallas handling fee għal kull flixkun miġbur.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) hix ser twettaq xi xogħol fl-inħawi tal-Miżieb relatat mal-main tal-ilma tax-xorb? Jekk iva, tista’ tgħid x’inhu dan ix-xogħol u meta mistenni li jinbeda?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed taħdem fuq it-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma prinċipali li se jinkludi xogħlijiet fl-inħawi tal-Miżieb. Bħalissa għaddejjin diversi laqgħat mal-entitajiet konċernati biex jiġi stabbilit meta għandhom jinbdew dawn ix-xogħlijiet.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kien il-volum ta’ ilma ġdid (New Water) prodott fl-2023, fl-2024 u fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-volum ta’ New Water prodott kien ta’ 1.6 miljun metru kubu għas-sena 2023, 1.5 miljun metru kubu għas-sena 2024 filwaqt li minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena kien ta’ 0.7 miljun metru kubu.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet meħtieġa għall-proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ żona abbandunata f’Ħal Farruġ li kien tħabbar madwar erba’ snin ilu, sabiex kif imwiegħed, ir-residenti Luqin li jgħixu f’din iż-żona jkollhom post ta’ rikreazzjoni xi jgawdu mal-għeżież tagħhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-sejħa għall-offerti ġiet ippubblikata u għadha miftuħa għas-sottomissjonijiet.
Tista’ l-Ministru tipprovdi ċ-ċifri approssimattivi tal-volum ta’ ilma taħt l-art li ġie riġenerat permezz ta’ ilma purifikat matul is-snin li għaddew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tikkjarifika l-mistoqsija tagħha.
Pjan Strateġiku ta’ Malta għall-Politika Agrikola Komuni — Fawna u flora
Question
Fid-dawl li l-pjan strateġiku ta’ Malta għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) huwa konformi mal-PAK 2023–2027, li jfisser li bdiewa li jirċievu għajnuna finanzjarja huma soġġetti għal kundizzjonalità, tista’ l-Ministru tagħti ċifra approssimattiva ta’ tomna ta’ fawna u flora selvaġġi li ġew protetti minn dawn il-bdiewa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid liema entità hija responsabbli biex tiżgura l-konformità mad-Direttiva tan-Nitrati? Tista’ tgħid ukoll jekk hemmx statistika dwar azzjonijiet ta’ nfurzar li ttieħdu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li filwaqt li l-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi (ERA) hija l-entità responsabbli għad-Direttiva tan-Nitrati (91/676/EEC), l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ssir primarjament permezz tar-Regolamenti dwar Programm ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati (L.S. 549.66). Il-Programm ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tad-Dipartiment responsabbli mill-Agrikoltura u l-mistoqsija dwar statistika għandha tiġi referuta lill-Ministeru konċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29294, tista’ l-Ministru tikkonferma li l-Gvern, il-Wasteserv u l-ERA m’għandhomx informazzjoni dwar kemm se jkun hemm bottom ash li jista’ jerġa’ jintuża fil-kostruzzjoni għax dan ikun irid jiġi ttestjat qabel jintuża?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nerġa’ nirreferi lill-Onor. Interpellanta għad-dokumenti li diġà inġibitilha l-attenzjoni għalihom u li fihom hemm l-informazzjoni li qiegħda titlob. Nistedinha tieqaf tissensazzjonalizza s-suġġett għax flimkien ma’ kollegi oħrajn tagħha qed twassal għal diżinformazzjoni fuq fatti li diġà ġew spjegati u ilhom fid-dominju pubbliku.
Kif diġà spjegajt, il-fly ash se jiġi esportat direttament f’konformità ma’ standards għoljin kif rikjest minn diversi normi Ewropej. Ukoll, kif inhu spjegat fid-dokumenti li l-istess Onor. Interpellanta ilha li għandha aċċess għalihom xhur, il-bottom ash se jiġi trattat fl-impjant innifsu u hekk kif hemm spjegat fl-EIA ser jinħażen f’żona apposta fil-kumpless ECOHIVE. Wara dan il-proċess, il-materjal se jkun jista’ jintuża fl-industrija tal-kostruzzjoni u jekk ma jkunx hemm suq għalih, jintuża fil-miżbliet.
L-Onor. Interpellanta fid-diskors tagħha dwar it-tweġibiet preċedenti, kif għamlu esponenti oħrajn tal-Oppożizzjoni, qabblet l-irmied li se jiġi ġġenerat f’sena mal-knisja tal-Mosta u qed tipprova tallarma lin-nies billi titkellem b’mod vag u irresponsabbli fuq it-tossiċità. Niġbdilha l-attenzjoni li huwa madwar 10% biss ta’ dan il-materjal li se jkun jeħtieġ li jiġi esportat u kieku l-Gvern kellu jkompli fuq dak li sab mill-amministrazzjoni preċedenti, il-miżbliet ikunu qed jikbru b’aktar minn 8 darbiet id-daqs tal-knisja tal-Mosta f’sena. In-nies li jgħixu fil-viċin jafu x’inhuma l-impatti tal-miżbliet. Il-bdiewa Naxxarin jafu kemm ittiħditilhom art.
Nistieden lill-Onor. Interpellenta tagħmel sforz biex tinforma ruħha sew u filwaqt li naqbel fuq dak li qalet fid-diskors tagħha, fejn ħeġġet lin-nies biex iżidu s-separazzjoni tal-iskart, nistedinha biex timxi pass ieħor u tagħraf li l-miżbliet huma xi ħaġa tal-passat u li l-Gvern qed jinvesti fl-aqwa teknoloġiji biex il-ġenerazzjoni li jmiss issib infrastruttura u ambjent ferm aħjar milli sibnihom aħna.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29294, tista’ l-Ministru tgħid fejn se jinħażnu s-27,000 metru kubu (ekwivalenti għal 27,000 tunnellata) ta’ rmied li se jiġġeneraw iż-żewġ inċineraturi sakemm jiġi esportat jew jintuża skont kemm ikun tossiku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 29619.
Pre-Qualification Questionnaire (PQQ) for the Award of a Concession for the Design, Build, Finance, Operate and Transfer Back of a National Farm Waste Treatment Facility — Studju
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, il-WasteServ u l-ERA għandhomx informazzjoni li kienet ħarġet “Pre-Qualification Questionnaire (PQQ) for the Award of a Concession for the Design, Build, Finance, Operate and Transfer Back of a National Farm Waste Treatment Facility” għal impjant biex jiġi pproċessat id-demel tal-annimali viċin ħafna tal-proġett tal-iskart fil-Magħtab? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji tal-impatt ambjentali li tali proġett se jkollu fuq ir-residenti kollha taż-żona u tindika b’mod ċar jekk impjant bħal dak jistax ikun ta’ periklu għall-impjanti l-oħrajn, jew viċi versa, b’mod partikolari ż-żewġ inċineraturi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27874, tista’ l-Ministru tgħid meta x-xogħlijiet fuq ir-Rainwater Harvesting Park f'Għajnsielem u fuq il-ġnien f’Villa Portelli ser jitlestew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħlijiet fuq ir-Rainwater Harvesting Park f’Għajnsielem qed ikun immirat li jitlestew lejn it-tielet kwart tas-sena 2026, filwaqt li t-tieni fażi tal-proġett ta' Villa Portelli, li qed isir flimkien ma' Heritage Malta, għandha titlesta sal-ewwel kwart tas-sena 2027.
Tista’ l-Ministru tgħid x’miżuri favur l-ambjent (green measures) hemm fid-dekasteru tagħha? Tista’ wkoll telenkahom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħidma favur l-ambjent hija prijorità ewlenija tal-Ministeru tiegħi u tal-Gvern inġenerali. Il-miżuri mwettqa huma bosta u jvarjaw; fost l-oħrajn dawn jinkludu miżuri relatati mat-tibdil fil-klima, it-tħaddir, ir-riabilitazzjoni ta’ siti protetti, l-immaniġġar tal-iskart, l-effiċjenza f’infrastrutturi varji, mhux l-inqas fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ilma, l-investimenti f’oqsma ta’ enerġija aktar nadifa, s-sostenibbiltà, u l-baħar.
Nirreferih ukoll għall-pubblikazzjoni dwar it-twettiq li ħareġ is-Servizz Pubbliku f’Ottubru li għadda; għalkemm ma tirreferix għall-ħidma kollha li wettaq il-Ministeru, f’din il-pubblikazzjoni wieħed jista’ jsib sommarju tal-miżuri ewlenin li twettqu.
Tista’ l-Ministru tgħid liema proġetti ġew jew ser jiġu ffinanzjati mill-qligħ tal-bejgħ ta’ oġġetti mir-reuse centres?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-donazzjonijiet miġbura mir-Reuse Centres se jmorru għal proġetti ambjentali. L-ewwel proġett li se jiġi implimentat b’dawn id-donazzjonijiet huwa l-bini ta’ santwarju fil-landfill riabilitata ta’ Wied Fulija, iż-Żurrieq, biex tinżamm u tiġi protetta l-ispeċi indiġena tan-naħla Maltija, li għandha rwol importanti fid-dakkir u li qed tiffaċċja sfidi ambjentali kbar. Din l-inizjattiva tikkonferma li Wasteserv tkompli tikkontribwixxi għall-ekonomija ċirkolari.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Ġunju 2025?