Magħtab – proġett ta’ skart ECOHIVE – Environment Impact Assessment tal-inċineratur ta’ skart tossiku
Question
B’referenza għall-istqarrija PR201731 tal-15 ta’ Settembru 2020, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun qed jippubblika l-Environment Impact Assessment tal-inċineratur ta’ skart tossiku li se jkun parti mill-proġett ta’ skart ECOHIVE fil-Magħtab?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif diġà stqarrejt diversi drabi, kwalunkwe proġett li se jsir bħala parti mill-ECOHIVE se jkun suġġett għall-istudji neċessarji kif meħtieġ mir-regolamenti. Dawn l-istudji jsiru bħala parti mill-proċess ta’ applikazzjoni għall-permessi rispettivi. Kif indikat fl-istqarrija msemmija fil-Mistoqsija, l-proġett ta’ impjant ġdid tal-ogħla livell biex jieħu post l-inċineratur tal-Marsa għadu fl-istadji bikrija tiegħu u għalhekk l-istudju tal-impatt ambjentali għadu ma bediex. Dawn l-istudji kollha jsiru pubbliċi bhala parti mill-proċess tal-ippjanar li huwa wieħed trasparenti.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – laqgħat ta’ kumitati matul l-2020
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar u Mejju 2020, saru laqgħat tal-bordijiet, il-kumitati, l-kummissjonijiet, il-korpi, il-kunsilli u l-punt fokali li ġejjin u li kollha jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi:
Il-Bord tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi Il-Bord tal-Azzjoni
dwar il-Klima Il-Bord tad-Diretturi tal-Kumpanija Wasteserv (Malta)
Limited Il-Bord ta’ Ġestjoni tal-Park Nazzjonali tal-Inwadar Il-Bord
tal-Immaniġġar ta’ Il-Majjistral, Park ta’ Natura u Storja Il-Bord
tal-Ippjanar tal-Awtorità tal-Ippjanar Il-Forum Konsultattiv
għall-Ippjanar Intelliġenti Il-Korp ta’ Approvazzjoni dwar
Eżenzjonijiet fl-Eko-Kontribuzzjoni Il-Kummissjoni tal-Ippjanar
fl-Awtorità tal-Ippjanar Il-Kumitat ta’ Konsulenza dwar l-Agrikoltura
tal-Awtorità tal-Ippjanar Il-Kummissjoni Konsultattiva għall-Għażla
ta’ Siti li jistgħu jiġu inklużi bħala Siti ta’ Wirt Dinji jew
Geoparks Nazzjonali Il-Kummissjoni għal Vetturi Iktar Indaf Il-Kunsill
Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar Il-Kunsill Xjentifiku Konsultattiv
Nazzjonali dwar l-Ambjent Il-Punt Fokali dwar Stima Ambjentali
Strateġiku
Il-bordijiet u l-kumitati ma ltaqgħux kienu:
Il-Bord tal-Appelli dwar l-Eko-Kontribuzzjoni Il-Bord tal-Gvernaturi
ta’ Ambjent Malta Il-Bord Konsultattiv tal-Aġenzija għall-Irkupru
tar-Riżorsi u Riċiklaġġ Il-Kumitat għat-Tmexxija tad-Dwejra il-Kumitat
tal-Utenti tal-Awtorità tal-Ippjanar
Ta’ min ifakkar li wara l-ħatra ta’ Amministrazzjoni ġdida, f’Jannar li għadda, bosta mill-bordijiet imsemmija kienu fil-proċess li jinħatru mill-ġdid, filwaqt li, fir-rigward tal-Bord tal-Appelli dwar l-Eko-kontribuzzjoni, ninsab infurmat li, matul il-perjodu msemmi, l-Bord ma rċieva l-ebda appell.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – laqgħat minn kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kummissjonijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 16122.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – impjegati b’aktar minn mobile phone wieħed imħallas mill-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern, inkluż is-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar mill-2017 sal-lum?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru tiegħi, inkluż is-Segretarjat, ma hemmx impjegati tal-Gvern li għandhom iktar minn mobile wieħed jew aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern u għaldaqstant ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari hija nil.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – impjegati f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba skont il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħaddiema li għalqu l-età tal-irtirar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fid-dekasteru li hu responsabbli għalih, li għalqu l-età tal-irtirar fl-aħħar sena? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? F'liema settur qed jaħdmu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħi hemm jaħdmu 12-il persuna li għalqu l-età tal-irtirar fl-aħħar sena. Minn dawn tlieta (3) huma nisa u disgħa (9) irġiel. Is-setturi li jaħdmu fihom dawn il-ħaddiema huma s-sigurtà, l-operat fl-ambjent, ix-xjenza u t-teknika fl-immaniġġar tal-iskart, l-ippjanar, l-infurzar, il-customer care u s-servizzi korporattivi/amministrazzjoni.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – talbiet għal teleworking u reduced hours
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal teleworking u reduced hours rispettivament, fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entitjiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, fl-aħħar sena, kien hemm għaxar (10) uffiċjali pubbliċi li għamlu talba għal telework u uffiċjal pubbliku wieħed (1) li talab reduced hours. Dawn it-talbiet, li saru skont it-taqsimiet 3.1 u 3.2 tal-Manwal fuq Miżuri ta’ Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja, ntlaqgħu kollha.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex isir ix-xogħol ta’ tindif fil-kanal ta’ madwar is-salini (salt pens) fil-lokalità magħrufa bħala s-Salina fejn hemm Kennedy Grove u dan għaliex ladarba l-kanal ma ġiex imnaddaf, fil-preżent hemm irwejjaħ ta’ ilma qiegħed?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin kemm-il permess ta’ żvilupp ħareġ mill-MEPA f’żona ta’ ODZ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li b’kollox kien hemm 4,845 applikazzjoni li ġiet approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar, bejn l-1 ta’ Awwissu 2015 sas-27 ta’ Settembru 2020, li kienu barra miż-zona tal-Iżvilupp. Dawn in-numri jinkludu wkoll żvilupp li jkun primarjament jinstab fiż-¯ona tal-Iżvilupp, li iżda jkollu parti żgħira mis-sit li tkun testendi fiż-¯ona barra miż-¯ona tal-Iżvilupp (ODZ).
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar applikazzjonijiet għal permess ta’ żvilupp, li ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar fil-perjodu msemmi u fejn parti mis-sit jew is-sit kollu jinstab barra miż-¯ona tal-Iżvilupp.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – Ħaddiema impjegati fuq bażi part-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati fuq bażi part-time mal-entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema li ilhom part-time għal iktar minn tliet snin u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu ingaġġati full-time?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – Għoti ta’ direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mill-2017 sal-lum, kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fir-rigward ta’ parti mill-perjodu mitlub, informazzjoni dwar Direct Orders, mogħtija skont ir-Regolament 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), kienet ingħatat diġà permezz ta’ dokumenti li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-Mistoqsijiet Parlamentari 9112 u 11781. B’żieda ma’ dan, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni li tkopri l-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-aħħar ta’ Settembru 2018, u mis-17 ta’ Novembru 2019 sal-lum, kif ukoll informazzjoni dwar żewġ direct orders mogħtija minn Ambjent Malta fl-2019 li ma kinux jidħlu fil-parametri tal-mistoqsijiet preċedenti.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – Nefqa fuq mobile phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-mobile phones tal-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa’ taħtu matul is-snin 2018, 2019 u 2020 s’issa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – nefqa fuq fuel/petrol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali fuq fuel/petrol tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu, matul is-snin 2017, 2018, 2019 u 2020 s’issa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward tas-snin 2017, 2018 u 2019, l-informazzjoni mitluba kienet ingħatat diġà bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 12613. B’¿ieda ma’ din it-tweġiba, ngħarrfu li, minn Jannar sa Lulju 2020, in-nefqa globali fuq fuel fil-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi kienet ta’ EUR 569,885.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati b’kollox fl-Awtorità Maltija għar-Riżorsi u jekk humiex kollha full-time? Kif inhuma mqassmin? X’inhi l-kirja li qed tħallas l-istess Awtorità għall-uffiċini tagħha? X’inhu t-total salary bill tal-impjegati tal-Awtorità?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li hemm 12 il-impjegat u kollha full-time. 10 impjegati huma diretti mal-Awtorita, 1 ma’ Engineering Resources Ltd u 1 ma’ Environment and Resources Authority. Il-kirja tal-Ufficini hi ta’ Eur15,756 fis-sena filwaqt li t-total salary bill tal-impjegati jammonta ghal Eur 368,021 (sena bazi 2019 u tinkludi NI Contributions)
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – Board meetings matul l-2020
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevolli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji (u pjanti) dwar fiex jikkonsisti l-proġett relatat mal-Applikazzjoni Numru PA/03012/20 b’rabta ma’ impjanti fiż-żona tal-Magħtab u fl-istess ħin ipoġġi wkoll il-pjanti relatati mal-istess applikazzjoni?
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha relatati mal-inċineratur li l-Gvern qed jibqa’ jinsisti li jrid jagħmel fil-Magħtab u fl-istess waqt jgħid ukoll x’tip/mudell hu dan l-istess inċineratur li l-Gvern qed jgħid li se jibni u jindika jekk dan il-mudell hawnx bħalu f’xi pajjiż ieħor fid-dinja? Jekk iva, jista' jindika l-isem tal-pajjiż/i?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Magħtab – bini ta’ inċineratur – laqgħat ta’ konsultazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat ta’ konsultazzjoni li saru mal-kunsilli lokali, residenti u bdiewa dwar il-proġetti indikati li se jinbnew fiż-żona tal-Magħtab primarjament dawk relatati mal-bini tal-inċineratur?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għad-diversi Mistoqsijiet Parlamentari li saru dwar il-materja u b’mod iktar specifiku ghal dik li inghatat ghal Numru 14093.
Jista’ l-Ministru jindika fiex waslet l-applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar relatata mal-proġett li huwa ppjanat li jsir fin-Naxxar preċiżament fuq is-sit fejn qabel kien jintuża bħala Ċentru tal-Fieri (Trade Fair Grounds)? Jista’ jindika fiex se jkun jikkonsisti dan il-proġett u jekk kienx hemm tibdil mill-pjanti oriġinali li kienu tressqu quddiem l-Awtorità (PA/2284/16 )?
Response (FARRUGIA, AARON)
B’ referenza ghall-mistoqsija parlamentari numru 16096, ninsab infurmat li l-applikazzjoni bir-referenza PA2284/16, relatata mal-proġett fuq is-sit fejn qabel kien jintu¿a bħala Ċentru tal-Fieri, giet irtirata minn naha ta' l-applikant. Ghaldaqstant, l-Awtorita’ ta' l-Ippjanar m’ghanda l-ebda applikazzjoni pendenti quddiemha biex jigi zviluppat dan is-sit hekk kif indikat mill-Onorevoli interpellant.