Akkomodazzjoni soċjali — Persuni li ilhom aktar minn għaxar snin fuq il-lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikanti li ilhom aktar minn għaxar snin fuq il-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni soċjali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 208 applikant li ilhom aktar minn għaxar snin fuq il-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni soċjali.
Akkomodazzjoni Soċjali — Applikazzjonijiet mhux proċessati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali ma setgħetx tiġi proċessata minn Jannar ta’ din is-sena u x’kienu r-raġunijiet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2023 sas-17 ta’ Ottubru 2023 kien hemm total ta’ 280 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali li ma setgħux jiġu pproċessati skont it-tabella t’hawn taħt:
Raġuni
Total
Applikazzjonijiet invalidi ħabba d-dħul tal-applikant
129
Applikazzjonijiet mhux kompluti
141
Mhux skont il-kundizzjonijiet stipulati tal-iskema
10
Jista’ l-Ministru jgħid kemm fadal persuni milquta b’Ordni ta’ Rekwiżizzjoni u jekk hemmx pjan u time frame għal meta dawn se jiġu rilaxxati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 118 persuni/familji jgħixu fi proprjetà milquta b’Ordni ta’ Rekwiżizzjoni. Inżid ukoll li qed isir pjan fejn qed jiġu studjati l-każijiet pendenti fuq bażi individwali.
Blokok tal-Gvern — Nuqqas ta’ koperazzjoni mir-residenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’jiġri meta xi ħadd mir-residenti fi blokka ma jikkoperax għal xogħol li jsir f’partijiet komuni fil-condominium? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm każi ta’ units li ma jikkoperawx u x’raġuni jagħtu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk xi ħadd mir-residenti fi blokka ma jikkoperax għal xogħol li jsir f’partijiet komuni fil-condominium, uffiċjali mill-Awtorità jmorru fuq il-post sabiex ikellmuhom u jibqgħu jassistu lir-residenti sakemm jilħqu ftehim.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin jieħdu sussidju fil-preżent?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent 3,360 persuni qegħdin jieħdu sussidju fuq il-kera waqt li 912 oħra qegħdin jieħdu sussidju fuq il-kera li ġiet awmentata mill-Bord li Jirregola il-Kera (kera qabel 1995).
Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2020, sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna ġiet akkużata li kkonċediet fond, jew spazju separat fih, għal skop residenzjali, li ma kienx skont l-Att dwar il-Kirjiet Residenzjali Privati (Kap 604 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid ukoll l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati, kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2020 sal-lum* l-ammont ta’ akkużi li nħarġu ammontaw għal 53.
Is-Sess u n-Nazzjonalità huma s-segwenti; 36 ta’ sess maskili filwaqt 21 ta’ sess femminili.
Fir-Rigward ta’ Nazzjonalità; 53 Maltin, 2 Taljani, 1 Spanjol u 1 mill-Georgia.
L-Awtorità tad-Djar m’għandiex informazzjoni dwar l-età tagħhom.
L-ammont ta’ persuni ħatja għas-sentenzi li ġew maqtugħa bejn is-sena 2020 u llum* jammontaw għal 15-il persuna fejn il-pieni tal-multi li ngħataw kienu s-segwenti:- €3,000 (2), € 2,500 (12) u €50 (1).
*19 ta’ Ottubru 2023
Panel ta’ Arbitraġġ – Talbiet għal kirjiet residenzjali privati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2020, sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il talba tressqet quddiem il-Panel ta’ Arbitraġġ għal kirjiet residenzjali privati? Jista’ jgħid ukoll dwar liema kwistjonijiet tressqu l-imsemmija talbiet, kemm minnhom ġew deċiżi u kemm minnhom għadhom pendenti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2020 sal-lum*, tilwim quddiem il-Panel ta’ Arbitraġġ Għal Kirjiet Residenzjali Privati tressqu sitt mija, ħamsa u għoxrin (625); minnhom ġew deċiżi mill-Panel tliet mija u ħamsa u disgħin (395) filwaqt li erbgħa u tmenin (84) tilwima ġew irtirati. Tilwim pendenti n-notifika tal-intimat hemm mija u sitta u erbgħin (146).
Tilwim li jinsab fuq l-Aġenda tal-laqgħa tal-Panel li jmiss hemm tmienja (8), tlieta (3) minn liema għandhom talba għall-irtirar tat-tilwima. Apparti dawn it-tmienja (8) msemmija, tilwim li qed jistenna deċiżjoni tal-Panel m’hemmx, u hemm biss tilwim pendenti n-notifika tal-intimat.
Primarjament il-kwistjonijiet imressqa quddiem il-Panel jikkonċernaw: depożiti, kontijiet tal-utilitajiet u danni li ma jaqbżux il-ħamest elef Ewro (€5,000) f’valur totali u li ma jikkonċernawx l-iżgumbramenti li jibqgħu kompetenza tal-Bord Li Jirregola l-Kera u l-Qrati Ordinarji.
*23 ta’ Ottubru 2023
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitranġa l-lift f'Binja Vista, Entratura I, fi Triq Ġ. Dimech Debono, f'Birkirkara li ilu wieqaf xhur sħaħ?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-residenti ta’ dan il-blokk issottomettew applikazzjoni mal-Awtorità tad-Djar biex jiġi nstallat lift ġdid fil-blokka tagħhom minħabba li l-lift eżistenti ma setax jissewwa. L-applikazzjoni ġiet sottomessa f’Settembru 2023. Il-manutenzjoni ta’ dawn il-liftijiet tibqa’ dejjem dmir tal-inkwilini.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni daħlet fl-Awtorità tad-Djar għall-iskema “Nikru biex Nassistu” mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet jinsabu u kemm-il kuntratt sar?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel referenza għat-tabella t’hawn taħt għall-informazzjoni mitluba.
Lokalità
Numru ta' applikazzjonijiet
Attard
1
Birkirkara
2
Birżebbuġa
15
Burmarrad
4
Dingli
1
Fgura
6
Għajnsielem Għawdex
2
Għaxaq
8
Ħamrun
3
Lija
1
Mellieħa
1
Mġarr
1
Mosta
3
Msida
1
Pembroke
1
Pietà
5
Qala Għawdex
1
Qawra
32
Qormi
21
San Ġwann
1
Sannat Għawdex
1
Siġġiewi
2
St Paul's Bay
17
Santa Venera
10
Tarxien
2
Wied il-Għajn
15
Xagħra Għawdex
2
Xemxija
1
Xlendi
4
Żabbar
26
Żebbug
4
Żejtun
2
Żurrieq
29
Total
225
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx appartamenti li l-Awtorità tad-Djar qed tikri mis-settur privat fl-iskema “Nikru biex Nassistu” li mhux provduti b’lift fil-komun?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar mhijiex tikri appartamenti taħt l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’ li mhumiex provduti b’lift fil-komun.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-units għall-iskema “Nikru biex Nassistu” hux qed ikunu fully furnished? F’każ li l-applikant ma jkollux il-mezzi neċessarji, jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix skema ta’ għajnuna għall-appliances u għamara, fost ħtiġijiet neċessarji oħra?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proprjetajiet mikrija taħt l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’ iridu jkunu mgħammra bi kċina bl-appliances, kamra tal-banju u bibien skont il-kundizzjonijiet tal-iskema. L-Awtorità tad-Djar m’għandhiex skema ta’ għajnuna sabiex tinxtara l-għamara jew ħtiġijiet neċessarji oħra.
Akkomodazzjoni soċjali — Lista ta’ Stennija għal persuni b’diffikultajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikanti fil-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni soċjali li huma b’diżabilità, lone parents, persuni li għaddejjin minn esperjenzi iebsa bħall-vjolenza domestika jew anzjani waħidhom, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-20 t’Ottubru 2023, l-Awtorità tad-Djar għandha 1,527 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternativa fuq il-lista ta’ stennija maqsuma kif ġej:
Familji b’ġenitur wieħed
Familji b’ġenitur wieħed
808
Familji b’ġenitur wieħed u għandu diżabilità
33
Familji b’ġenitur wieħed u għandu problemi ta’ mobilità
10
Familji b’ġenitur wieħed, għandu diżabilità u vjolenza domestika
1
Familji b’ġenitur wieħed u għandu vjolenza domestika
9
Total
861
Anzjani li jgħixu waħedhom
Anzjani li jgħixu waħedhom
185
Anzjani li jgħixu waħedhom u għandhom diżabilità
19
Anzjani li jgħixu waħedhom u għandhom problemi ta’ mobilità
9
Anzjani li jgħixu waħedhom, għandhom diżabilità u vjolenza domestika
1
Anzjani li jgħixu waħedhom u għandhom vjolenza domestika
3
Total
217
Oħrajn
Vittmi ta’ vjolenza domestika
1
Għandhom diżabilità
32
Għandhom problema ta’ mobilità
14
Applikanti oħra
402
Total
449
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Talbiet taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt l-istess dekasteru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn it-talbiet ġew imwieġba, kemm minnhom għadhom pendenti, u kemm minn dawn it-talbiet ma ntlaqgħux? Għal kull waħda mit-talbiet li ma ntlaqgħux, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan, u jindika lil liema fergħa tad-dekasteru ġew preżentati t-talbiet?
Response (GALDES, RODERICK)
Għall-perjodu 2022 sal-lum, jien informat illi l-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, inkluż l-Awtoritajiet Pubbliċi kkonċernati, irċevew 16-il talba. Minn dawn, 10 intlaqgħu, 5 ma ntlaqgħux waqt li talba waħda għadha qed tkun evalwata. Fejn it-talbiet kienu rifjutati dan sar għaliex id-dokumenti mitluba huma esklużi mill-iskop tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11691 u jispjega d-dewmien mill-Awtorità tad-Djar biex isir xogħol ta’ tiswija fis-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet li jagħmlu parti minn Binja Qlejgħa? Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Awtorità rċiviet l-ewwel rapport tal-ħsarat estensivi li hemm, u jagħti rendikont tax-xogħlijiet li jeħtieġ isiru?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11680 u jgħid jekk kienx hemm applikazzjonijiet għall-akkommodazzjoni alternattiva mill-persuni li qegħdin illegalment jokkupaw il-Forti ta’ Binġemma?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità tad-Djar ma għandhiex applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni alternattiva mill-persuni li preżentament qed jokkupaw il-Forti Binġemma.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jissewwa l-lift ta' Binja San David, l-Imtarfa, wara li ilu tliet snin ma jaħdimx?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lift eżistenti fil-blokk imsemmi kien diġà ġie msewwi mill-Awtorità tad-Djar fl-2016 bi spiża ta’ madwar €20,000. F’dan l-istadju mhuwiex vijabbli li dan il-lift jerġa’ jissewwa u għaldaqstant għandu jiġi sostitwit. Il-permessi għall-alterazzjonijiet strutturali meħtieġa nħarġu mill-Awtorità tal-Ippjanar u d-dokumentazzjoni kif ukoll l-istimi meħtieġa għall-installazzjoni ta’ lift ġdid qed jitħejjew sabiex tiġi ppubblikata sejħa għall-offerti fil-ġimgħat li ġejjin.