Legislature:
Category:
Reset
Active:

Santwarji — Skema għall-Għajnuna finanzjarja

Question

Fid-dawl tal-wegħda li kienet ser tinħareġ skema fejn is-santwarji jistgħu japplikaw biex jingħataw għajnuna finanzjarja u riżorsi umana biex dawn jittranġaw u jingħatalhom servizz ta' manutenzjoni, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu s-santwarji li applikaw għal dan u kemm minn dawn l-applikazzjonijiet bdew fil-verità jitqiesu s’issa u allura jekk bediex xi xogħol fihom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif ġie mwiegħed, il-Ministeru li tieghu jiena responsabbli nieda skema li tagħti għajnuna permezz ta’ xogħlijiet lil santwarji liċenzjati skont il-Liġi Sussidjarja 439.14 - Regolamenti dwar Standards Minimi għal Santwarji tal-Annimali. L-applikazzjonijiet għal tali skema għadhom miftuħa u ser jiġu milqugħa sal-25 t’Ottubru 2024.

Art mhux użata — Santwarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid wara l-wegħda lil NGOs li setgħu jsibu biċċa art mhux użata u li kien ser jgħinhom biex jiżviluppawha f'postijiet fejn setgħu jagħmlu santwarju, jekk allura kellux talbiet minn dawn u jekk iva, lil liema minnhom għen u finalment fejn kienu l-artijiet li ser jiġu allokati għal dan il-pjan?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Animal Honours Awards 2024 — Nefqa totali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa totali biex ittellgħet is-serata li fiha ġew ippremjati setturi differenti f' 'Animal Honours Awards' 2024?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li n-nefqa totali tal-Animal Honours Awards ta’ din is-sena ammontat għal € 21,412.38.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

“L-istand tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali fl-Expo 2024 ġiet tiswa €44,840. F'din l-istand kien hemm attivitajiet relatati mal-Agrikoltura u s-Sajd, fejn dawk kollha li żaru dan l-istand setgħu jesperjenzaw il-ħiliet relatati kemm max-xogħol li jsir mil-ħaddiema tal-Ministeru, iżda wkoll ix-xogħol tal-bdiewa, sajjieda u raħħala Maltin u Għawdxin. Barra minn hekk, il-viżitaturi setgħu wkoll iduqu ikel, frott u ħxejjex ippreparati friski waqt l-attività. L-istand kopriet il-parteċipazzjoni ta' dawn l-entitajiet Aquatic Resources Malta, Malta Food Agency; kif ukoll l-Agriculture Rural Payments Agency u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-MAFA. L-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kella t-tema "Ħiliet". L-istess attività serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq rizorsi umani, teknoloġija u kwalità”.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Nefqa għal overtime tas-securities

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għal overtime tas-securities fil-Ministeru tiegħu minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti. 2022 2023 2024 € € € - - Jannar €440.06 Jannar €3935.86 - - Frar €586.75 Frar €4029.70 - - Marzu €293.38 Marzu €4198.68 April €563.78 April €293.38 April €5075.22 Mejju €281.89 Mejju €293.38 Mejju €5465.58 Ġunju €422.84 Ġunju €14112.97 Ġunju €26179.59 Lulju €281.89 Lulju €1781.16 Lulju €7354.86 Awwissu €563.78 Awwissu €2557.58 Awwissu €1849.56 Settembru €422.84 Settembru €3047.17 Settembru Xejn Ottubru €281.89 Ottubru €2650.72 - - Novembru €563.78 Novembru €2781.98 - - Diċembru €422.84 Diċembru €3853.62 - - (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 4456 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 11 ta' Novembru 2024 f'Seduta 275)

Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-bord tat-tmexxija tal-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta? Kemm qed tħaddem ħaddiema preżentament din l-Aġenzija u f'liema gradi? Minn fejn qed topera din l-Aġenzija?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta titmexxa minn Kap Eżekuttiv skond id-dispożizzjonijiet tal-Att Dwar l-Amminisrtrazzjoni Pubblika. Ngħarrfu wkoll li preżentament fl-Aġenzija li topera minn ġewwa l-uffiċini tagħha fil-Marsa, hemm disgħa mpjegati oħra li jinkludu żewġ Senior Managers, Skrivan wieħed u sitt sewwieqa / operaturi tat-trakkijiet.

Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta — Art agrikola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'sar b’mod tanġibbli mill-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta biex tiġi mħarsa l-art agrikola sabiex din tibqa’ tiġi kkultivata u maħduma mill-bdiewa u sabiex tiġi garantita s-sostenibbiltà tal-biedja, il-produzzjoni tal-ikel u l-ħarsien tal-ambjent rurali?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għaddejja ħidma sabiex ikunu stabbiliti miżuri għall-ħarsien tar-raba’. Barra minn hekk għaddej xogħol sabiex jitwettqu l-proposti fir-riforma fil-qasam tar-raba’ bil-għan li tkun protetta l-art agrikola u niżguraw li din tibqa’ tinħadem mill-bdiewa.

Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta — Art akkwistata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tomna art akkwistat l-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta offruta għall-bejgħ mis-sidien sabiex l-aġenzija stess tkun tista’ talloka tali art sabiex tinħadem minn bdiewa?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija qed taħdem fuq qafas legali sabiex ikollha s-saħħa legali li tagħmel dan, kif ukoll budget sabiex takkwista art agrikola mingħand il-privat. Għalhekk s’issa l-Aġenzija għadha ma akkwistat ebda art agrikola offruta għall-bejgħ minn sidien għaliex għad m’għandiex il-bażi legali li jippermettilha dan.min għ

Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta — Bdiewa żgħażagħ li bbenefikaw minn strumenti finanzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm bdiewa żgħażagħ li bbenefikaw minn strumenti finanzjarji li jgħinuhom jixtru art agrikola permezz tal-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm ħa flus kull bidwi żagħżugħ/a?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bdiewa żgħażagħ għandhom diversi forom ta’ opportunitjiet ta’ sapport, kemm minn fondi nazzjonali, u kif ukoll dawk Ewropej. Fir-rigward ta' instrumenti finanzjarji li huma wieħed minn dawn il-forom ta’ għajnuna, permezz tal-Pjan Strategiku tal-PAK il-gvern diġà alloka s-somma ta' 2 miljun Ewro għall-possibilità ta’ introduzzjoni ta' strument finanzjarju sabiex jassisti bdiewa żgħażagħ jixtru art agrikola. Ngħarrfu wkoll li ftit tal-ġimgħat ilu beda jsir studju magħruf bħala ex-ante assessment li jikkonsulta ma' stakeholders varji sabiex janalizza l-bżonn u l-mudelli differenti ta' dan l-istrument finanzjarju li jistgħu jkunu kkunsidrati.

Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta — Eżenzjoni tat-taxxa tas-suċċessjoni fuq art agrikola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna li kellha l-art agrikola tagħha rreġistrata mal-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta, ibbenefikaw mill-miżura mħabbra fil-baġit tas-sena 2024, u ċjoè l-eżenzjoni tat-taxxa tas-suċċessjoni fuq art agrikola mikrija jew maħduma minn bdiewa, anke f'każ li din l-art tkun qed tinħadem mill-werriet stess?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s'issa kien hemm tliet persuni li applikaw sabiex jiksbu ċ-ċertifikat għall-eżenzjoni mit-taxxa tas-suċċessjoni fuq art agrikola minn għand l-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta li hi l-entità responsabbli li toħroġ iċ-ċertifikati. Dawn it-tliet persuni applikaw sabiex jiksbu ċertifikat fuq diversi artijiet agrikoli. B’kollox inħarġu 12-il ċertifikat fuq artijiet agrikoli differenti. Ġialadarba joħroġ iċ-ċertifikat, dan għandu jiġi mehmuż mal-kuntratt tat-trasferiment causa mortis sabiex jiġi ppreżentat lill-Kummissarju tat-Taxxi fejn wara li jsiru l-verifiki neċessarji min-naħa tal-Kummissarju, dawn ikunu jistgħu jiġu eżenti mit-taxxa tas-suċċessjoni fuq l-art agrikola.

Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta — Raba’ agrikola rreġistrata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sidien li għandhom raba’ agrikola li rreġistraw tali art mal-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm-il tomna art agrikola hemm reġistrata ma’ din l-Aġenzija?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s'issa kien hemm 12-il reġistrazzjoni ta’ artijiet agrikoli mal-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta. Dawn l-artijiet agrikoli flimkien jammontaw għal ftit iktar minn disgħa u għoxrin tomna li huma reġistrati ma’ Riżorsi Agrikoli Malta. L-Aġenzija qed taħdem ukoll sabiex tibni katast fejn tkun tista’ tinġabar l-informazzjoni kollha relatata mal-artijiet agrikoli.

Kors ta' Veterinarju – Studenti li applikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-istudenti li applikaw għall-kors ta' Veterinarju u kemm minnhom ġew aċċettati biex jibdew?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Klieb miżmuma f’garaxxijiet mingħajr ventilazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx liġi dwar klieb li jinżammu f’garaxx li ma jkollux ventilazzjoni? Jekk iva, jista’ jgħid x'passi jittieħdu f’dan il-konfront?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Regolament 4 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 439.21 - Regolamenti Dwar iż-Żamma Ta' Klieb, jistipula li ċ-ċirkolazzjoni tal-arja, livelli ta’ trabijiet, temperatura, umdità relattiva tal-arja u l-konċentrazzjoni ta’ gass għandhom jinżammu fil-limiti li ma jkunux ta’ dannu għall-annimali. Kull meta jidħol xi rapport li jkun hemm xi annimali li qegħdin jinżammu ġo postijiet li m’għandhomx ventilazzjoni adegwata (inkluż garaxxijiet), issir spezzjoni mill-ispetturi tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. Meta jinstab li jista’ jittieħed xi tip ta’ rimedju, iġifieri dak l-annimal partikulari jkun jista’ jitneħħa minn fuq il-post u jittieħed post ieħor, tingħata twissija u ordni biex tiġi eżegwita b’effett immedjat. Fejn din l-ordni ma tiġix eżegwita jew meta każ ikun iktar serju u ma jkunx hemm xi tip ta’ rimedju, issir il-konfiska tal-annimali u tinħareġ il-multa amministrattiva jew inkella jittieħdu passi kriminali quddiem il-Qorti. Il-passi kriminali jittieħdu wkoll meta persuna li allegatament tkun naqset milli tonora l-ħlas ta’ multa amministrattiva fi żmien tletin (30) ġurnata.

Ħaddiema mingħajr kwalifiki

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19359, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-ħaddiema li huma General Service Grades u li m’għandhom l-ebda kwalifiki, huma Maltin u kemm huma Għawdxin?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-ħaddiema li huma General Service Grades u li m’għandhom l-ebda kwalifiki huma Maltin.

Bdiewa — Pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx problemi relatati ma' pagamenti lill-bdiewa li għadhom ma tħallsux? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' pagamenti li se jitħallsu fix-xahrejn li ġejjin?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda problemi relatati ma’ pagamenti lill-bdiewa u fil-fatt f’dawn ix-xahrejn li ġejjin, huma mistennija li jiġu pproċessati l-pagamenti dovuti lill-150 bidwi taħt il-Pjan Strateġiku tal-PAK għal Malta 2023-2027. Dawn il-pagamenti jammontaw għal ammont totali ta’ €439,041.50, ko-finanzjati minn Fondi Ewropej u dawk nazzjonali. Unità Skema Ammont f'EUR C1 Land Based Measures Direct Payments € 164,738.65 C1 Land Based Measures AECC € 183,539.36 C1 Land Based Measures AECM € 77,248.26 C1 Land Based Measures ANC € 13,515.23 € 439,041.50

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali — Klieb miġbura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru klieb mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali minn Jannar 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-klieb ingħataw lura lil sidhom, kemm minnhom mietu waqt il-kura tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u kemm minnhom kellhom jitraqqdu mid-Direttorat?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti. Ir-raġunijiet sabiex dawn l-klieb mietu jew ġew imraqqda jinkludu mard, feriti gravi u trawmi interni li jkun ġarrab il-kelb waqt xi inċident, u mġieba aggressiva li tkun ta’ periklu għall-persuni u klieb oħra li jkunu f’kuntatt magħhom. Ta' min isemmi li dawn id-deċiżjonijiet kollha jittieħdu minn veterinarji liċenzjati fl-aħjar interess tat-trattament xieraq tal-annimal. Numru ta’ Klieb Miġbura Numru ta’ Klieb Irritornati lill-Sidhom Mietu meta taħt il-kura tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali Traqqdu meta taħt il-kura tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali Mietu meta taħt il-kura tal-Klinika Veterinarja ta’ Operaturi Privati Traqqdu meta taħt il-kura tal-Klinika Veterinarja ta’ Operaturi Privati 383 53 3 2 18 10

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – Qtates miġbura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru qtates mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali minn Jannar 2024? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-qtates ingħataw lura lil sidhom, kemm minnhom mietu waqt il-kura tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u kemm minnhom kellhom jitraqqdu mid-Direttorat?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti. Ir-raġunijiet sabiex dawn il-qtates mietu jew ġew imraqqda jinkludu mard, feriti gravi u trawmi interni li jkun ġarrab il-qattus waqt xi inċident. Ta' min isemmi li dawn id-deċiżjonijiet kollha jittieħdu minn veterinarji liċenzjati fl-aħjar interess tat-trattament xieraq tal-annimal. Numru ta’ Qtates miġbura Numru ta’ qtates Irritornati lill-sidhom Mietu meta taħt il-kura tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali Traqqdu meta taħt il-kura tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali t Mietu meta taħt il-kura tal-Klinika Veterinarja ta’ Operaturi Privati Traqqdu meta taħt il-kura tal-Klinika Veterinarja ta’ Operaturi Privati 771 16 25 24 182 228

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema fil-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema grad/skala kienu dawn il-ħaddiema u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, u anke l-collective agreements applikabbli. Is-sejħiet huma dawk standard li jinhargu kif approvati centralment u jirriflettu l-ftehim rispettivi.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħi u tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru huma, Kunsilliera Lokali 4, Viċi Sindki 2 u Sindku.