Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kumitat dwar il-liċenzjar tal-Bennejja? Jista’ jgħid ukoll x’pożizzjoni għandu kull membru f'dan il-kumitat u xi kriterji u kompetenzi għandu kull membru li abbażi tagħhom intgħażel fuq il-kumitat?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-Kumitat dwar il-Liċenzjar tal-Bennejja, inkluż il-pożizzjoni tagħhom fuq dan l-kumitat. Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-membri ġew appuntati skont ir-rekwiżiti mitluba fil-Regolamenti tal-2024 dwar il-Liċenzja tal-Bennejja.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kumitat tal-liċenzjar tal-Kuntratturi? Jista’ jgħid x’pożizzjoni għandu kull membru f'dan il-kumitat; u xi kriterji u kompetenzi għandu kull membru li abbażi tagħhom intgħażel fuq il-kumitat?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-Kumitat dwar il-Liċenzjar tal-Kuntratturi, inkluż il-pożizzjoni tagħhom fuq dan l-kumitat. Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-membri ġew appuntati skont ir-rekwiżiti mitluba fil-Regolamenti tal-2023 dwar il-Liċenzjar għall-Industrija tal-Kostruzzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk li kkontrattaw iż-żwieġ tagħhom f’dawn l-aħħar tliet snin, għażlu li jirregolaw il-patrimonju fiż-żwieġ tagħhom bis-sistema tas-separazzjoni tal-beni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Kuntratti ta’ żwieġ — Community of Residue Under Separate Administration
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk li kkontrattaw iż-żwieġ tagħhom f’dawn l-aħħar tliet snin, għażlu li jirregolaw il-patrimonju fiż-żwieġ tagħhom bis-sistema tal-Community of Residue Under Separate Administration?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħtieġa importanti li jkun hemm reġistru jew jintuża reġistru eżistenti fejn kull prokura li tingħata hawn Malta jew anke fl-esteru, tiġi rreġistrata sabiex ikollha effikaċja legali?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal ma jaf, il-Gvern huwa dejjem dispost li jikkonsidra miżuri jew sistemi li bihom jigi regolat għall-aħjar kull aspett legali.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk sit ta’ kostruzzjoni bil-permessi hemmx terminu fiss sabiex tinbeda u tiġi kompleta tali kostruzzjoni u dan sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet, inter alia, ta’ inkonvenjent u perikolu lill-ġirien, kif ukoll noise u dust pollution? Jekk iva, x’inhuma s-sanzjonijiet jekk dan ma jseħħx u x’inhu r-reġim legali li jirregola dan? Jista’ jgħid ukoll min hija l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti li tinforza dan?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm terminu stipulat bil-liġi sa meta jrid jitlesta proġett ta’ kostruzzjoni. Sadanittant, waqt kwalunkwe xogħol ta’ kostruzzjoni, it-terzi huma salvagwardjati bil-liġijiet sussidjarji SL623.06, SL623.08, SL623.09 u SL623.11. Dawn l-imsemmija liġijiet jitolbu sabiex it-terzi jkunu koperti b’polza ta’ assikurazzjoni, u li x-xogħol isir minn ħaddiema liċenzjati, b’rispett u b’nuqqas ta’ inkonvenjent kemm ta’ ħsejjes u kif ukoll ta’ trabijiet. L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għandha l-irwol li tara li dawn il-liġijiet jiġu osservati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkonsidrax li f’pajjiżna jkun hemm awtorità waħda li tirregola l-‘Health and Safety’ b’mod komplet u dan billi l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) tingħata mansjoni ferm akbar wiesgħa milli għandha, dejjem bl-appoġġ amministrattiv meħtieġ f’dan ir-rigward?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispjega aktar il-mistoqsija tiegħu.
Konvenzjoni Ewropeja Dwar il-Jeddijiet Fundamentali tal-Bniedem — Kawżi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dwar kemm infetħu kawżi kostituzzjonali f’dawn l-aħħar tliet snin abbażi tal-Art. 37 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropeja Dwar il-Jeddijiet Fundamentali tal-Bniedem?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-31 ta’ Diċembru 2024.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2024?
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Direct Orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2023?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm infetħu medjazzjonijiet dirett għal separazzjoni personali ta’ bejn persuni miżżewġa f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ medjazzjonijiet diretti għal separazzjoni personali ta’ bejn persuni miżżewġa miftuħa f’dawn l-aħħar tliet snin huma kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt:-
SenaQrati ta’ Malta
Qrati ta’ Għawdex
202274134
202368329
202473446
Total2158109
Jista’ l-Ministru jgħid kemm infetħu kawżi ta’ separazzjoni personali b’mod kontenzjuż f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ kawżi ta’ separazzjoni personali miftuħa f’dawn l-aħħar tliet snin huma kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt:-
SenaQrati ta’
MaltaQrati ta’ Għawdex
20221065
202311013
20249710
Total31328
Separazzjonijiet personali — Xoljiment tal-komunjoni tal-akkwisti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-kawżi ta’ separazzjoni personali li għadhom pendenti jew li ġew deċiżi ġiet xolta l-komunjoni tal-akkwisti qabel is-sentenza finali?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżomx l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati miegħu preżentement fil-Ministeru bħala:
(a) Head of Secretariat;
(b) Deputy Head of Secretariat;
(c) Private Secretary;
(d) Assistant Private Secretary;
(e) Head Customer Care Officer;
(f) Customer Care Officer;
(g) Customer Care Assistant;
(h) Communications Secretary;
(i) Events Co-ordinator;
(j) Co-ordinating Officer;
(k) Secretariat Officer;
(l) Secretariat Pool;
(m) Senior Secretariat Messenger;
(n) Secretariat Messenger;
(o) Chairwoman;
(p) Personal Driver;
(q) Security Officer;
(r) Advisor;
(s) Policy Consultant;
(t) Policy Co-Ordinator;
(u) Photographer;
(v) Person/Position of Trust oħrajn?
Jista’ jgħid ukoll x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minn dawn l-impjegati, min huma dawn l-impjegati, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f'każ ta' Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x'inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta' kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inkluż Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? Minn dawn l-allowances u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati għal xiex hu intitolat u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli):
(i) Disturbance Allowance;
(ii) Secretariat Allowance;
(iii) Bonus for Overtime Worked;
(iv) Communications Allowance;
(v) Fully-expensed mobile telephony;
(vi) Free telephony;
(vii) Pre-Paid top-ups for telephony service;
(viii) Internet Service;
(ix) Car Allowance;
(x) Transport Allowance;
(xi) Fuel Vouchers;
(xii) Use of car-hired car;
(xiii) Use of government-owned car;
(xiv) Internet key;
(xv) Tablets;
(xvi) Laptops;
(xvii) Peripherals;
(xviii) Expertise allowance;
(xix) Disturbance Allowance;
(xx) Shift Allowance;
(xxi) Xi tip ta' allowance u/jew perkaċċi oħra (speċifika)?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat tal-Ministeru għandu fis-seħħ?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Kif weġibt f'diversi istanzi, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Xiri ta’ MacBooks
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-istaff fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu li nxtralhom MacBook minn fondi pubbliċi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien jiswa kull MacBook u jgħid jekk il-MITA oġġezzjonatx għall-użu ta’ dawn il-MacBooks għax teknikament ma tagħtix support għalihom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat illi mill-bidu ta' din il-leġiżlatura sakemm qed titwieġeb din l-interpellanza inxtraw 3 macbooks għall-użu ta' staff fis-segretarjat tiegħi. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-amministrazjoni pubblika hija dejjem miftuħa għal kull teknoloġija speċjalment f’xoghloijiet speċifiċi li jirrikjedu teknoloġija differenti. Infurmat illi l- MITA mhux talli ma toġġezjonax għax-xiri ta’ dan l-apparat, talli qiegħda f’diskussjoni biex tara li jkun offrut servizz ta’ sapport ċentrali għal dan it-tip ta’ apparat.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Impjegati li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg fuq kuntratt definit, jew fuq service contracts, u meta ġew ingaġġati u f'liema grad? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru wara l-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda wara Mejju tal-2024?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi fejn il-ħati tqiegħed taħt id-disposizzjonijiet tal-Att dwar il-Probation matul is-sena 2024, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm ingħataw sentenzi matul is-sena 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sal-aħħar ta’ Novembru 2024 ingħataw dawn is-sentenzi taħt id-disposizzjonijiet tal-Att dwar il-Probation:
Community ServiceProbation
Qorti ta’ Malta17174
Qorti ta’ Għawdex18
Fir-rigward tas-sentenzi mogħtija taħt l-istess Att matul is-sena 2023, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 18035.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi fejn il-ħati tqiegħed taħt id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 28A u ċjoè sentenzi sospiżi matul is-sena 2024, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm ingħataw sentenzi matul is-sena 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sal-aħħar ta’ Novembru 2024 ingħataw dawn is-sentenzi taħt id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 28A tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta:
Sentenzi Sospiżi
Qorti ta’ Malta256
Qorti ta’ Għawdex6
Fir-rigward tas-sentenzi mogħtija taħt l-istess Artikolu 28A tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta matul is-sena 2023, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 18035.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Deputati tal-Gvern
Question
Peress li l-mistoqsija parlamentari 14846 ma kinetx imwieġba għax l-informazzjoni kienet għadha qeda tinġabar, issa li għaddew għaxar xhur, jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, l-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom inklużi perkaċċi oħra bħal fuel vouchers, car allowances, expertise allowance, shift allowance, disturbance allowance, communication allowance, overtime u kull allowance ieħor?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom u/jew sal-ġurnata li fiha tigi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?