Awtorità dwar it-Trasport — tickets mingħand l-operatur
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7057 u jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tħalli l-operatur jagħti t-tickets li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li fuqhom il-prezz indikat huwa ta' €13.00 iżda meta l-passiġier jixtri dawn it-tickets qed jiġi mitlub iħallas €15.00, hekk kif jidher ċar fuq it-tickets datati 4 ta' Marzu 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7070 u jagħti raġuni għala l-ħinijiet li qed jirriklama l-operatur fuq il-brochure li qed jintbagħat separatament li ġie approvat mill-Awtorità dwar it-Trasport m'humiex l-istess ħinijiet li ġie marbut bihom fil-kuntratt fuq ir-rotta tan-North? Jista' jagħti raġuni għala l-operatur qed joffri servizz anqas ta' ħinijiet fil-Ħdud u l-festi pubbliċi minn dawk li ġie marbut bihom fil-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7071 u jgħid kif mill-Bus Terminus ta' Buġibba Loop Starting Point qegħdin jitilqu biss tliet double deckers wieħed fil-08:15, ieħor fid-09:15 u ieħor fl-10:15 biex jagħmlu sightseeing North Route u s-servizz mhux jopera minn dan il-loop starting point fil-ħinijiet l-oħra tal-ġurnata, iżda jopera minn Sliema Ferries hekk kif indikat fil-brochure tal-operatur (paġna 2 tad-dokument li qed jintbagħat separatament) u differenti mill-kundizzjonijiet imniżżla fuq il-kuntratt u fuq it-tender ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7072 u jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt ta' tliet rotot maħduma kuljum msejħa Malta by Night li qed tinħadem minn kumpannija li isimha qed jinbagħat separatament u li qed tiġi riklamata fuq il-brochure li qed jintbagħat separatament tal-istess operatur u li suppost hu approvat mill-Awtorità dwar it-Trasport?
Jista' l-Ministru jgħid għala għal dawn l-aħħar sentejn ġiet operata r-rotta Malta by Night mingħajr ma hi msemmija fuq it-tender u lanqas hi msemmija fuq il-kuntratt li l-Awtorità iffirmat mal-operatur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6758 u jgħid meta mistenni li jibda u jitlesta x-xogħol fuq it-tkomplija tat-Triq Imġarr fir-Rabat, Għawdex? Fiex jikkonsistu x-xogħlijiet li għadhom iridu jsiru? Kemm hija stmata l-ispiża ta’ kull xogħol li għad irid isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6757 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li sar mill-kumpannija Ecorys B.V. dwar cruise berth fl-Imġarr Għawdex u tad-disinni li ġew żviluppati reċentement? Jista’ jgħid x’inhuma l-alternattivi għall-cruise berth li se jiġu kkunsidrati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Bugibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar — xogħol meħtieġ
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-ministeru ikkonċernat jassigura li x-xogħol meħtieġ minn korporazzjonijiet u dipartimenti tal-Gvern, fost oħrajn fl-inħawi ta' Bugibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar jiġu koordinati u jsiru qabel ix-xhur tas-sajf?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2008 il-Ministeru tiegħi kien nhieda proċedura ta’ konsultazzjoni li permezz tagħha jkun assigurat li l-interventi meħtiega fit-toroq mill-entitajiet differenti ikunu kkoordinati sabiex ma jsirx xogħol fil-vojt. Barra minn hekk infakkar li, kif ġara fl-aħħar snin, fil-perjodu tas-sajf jiġifieri bejn Mejju u Ottubru ta’ kull sena, l-ADT ma tawtoriżżax xogħlijiet fit-toroq ta’ żoni turistiċi bħal ma huma Bugibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar, ħlief f’każijiet partikolari u dan wara li jkun hemm l-approvazzjoni tal-Awtorita` tat-Turiżmu. Ovvjament meta tinqala xi ħsara t-tiswijiet neċessarji ikollhom isiru dejjem.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi li tħallset il-Value Added Tax fuq ir-reġistrazzjoni tagħhom (maqsumin skond il-klassi rispettiva) kull sena mill-aħħar ta' Mejju 2004 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol tal-asfaltar ta' Sliema Road, Kappara tħalla nofs leħja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq taqa' taħt ir-responsilita' tal-Kunsill Lokali. Pero' minħabba li qed tintuża bħala arterja mportanti għall-isptar Mater Dei, l-ADT iddeċidiet li toħroġ parti mill-ispiża fi ftehim mal-Kunsill Lokali u ssir l-aktar parti tat-triq li kienet fl-agħar sitwazzjoni u kien jikkonsisti fi tqaxxir tal-wiċċ eżistenti u l-għoti ta' żewġ layers ta' Asphalt. Peress li il-Kunsill Lokali baqa' ma għamilx ix-xogħol fuq il-kumplament tat-triq, il-Gvern għadu kif approva fondi biex l-ADT tkun tista' tkompli din it-triq.
Irċevejt ilmenti mingħand persuni b'diżabilita' li għandhom reserved parking u li qed jilmentaw minħabba l-fatt li llum il-ġurnata dan ir-reserved parking m'għadux ikun bin-numru tal-vettura ta' min ikun applika, u allura kulmin għandu l-blue sticker jista' jipparkja f'dan il-parkeġġ, u b'dan allura min ikun applika u ottjena l-parkeġġ riservat ma jkollux fejn jipparkja għaliex ikun okkupat minn vettura oħra bil-blue sticker. Peress li din is-sitwazzjoni qed toħloq inkonvenjent kbir lil dawk il-persuni b'diżabilità li wara tant taħbit ikunu ottjenew dan il-parkeġġ, jista' l-Ministru jara jekk dan l-inkonvenjent jistax jiġi ndirizzat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6536 u jgħid kemm kien hawn persuni li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma sena b'sena mis-sena 2004 sas-sena 2008 u matul l-ewwel xahrejn ta' l-2009? Kemm kien hemm persuni fl-istess perijodu li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7115 u 6838 u jgħid lokalità b'lokalità liema toroq residenzjali tlestew sa tmiem l-2008 mill-programm ta' xogħol li kien tħabbar f'Awwissu 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — każ ta' meter tad-dawl u l-ilma
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6719, 6093 u 5567 u jara li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta u tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jaraw il-meter tad-dawl u l-ilma peress li l-anzjana li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qiegħda tara li dan il-main mhux qiegħed idur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7223, 6948 u 6705 u jgħid liema huma t-toroq ġo Ħal Luqa li ser jingħataw resurfacing u tarmak, peress li tista' tgħid it-toroq kollha interni ġo Ħal Luqa huma mkissrin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' ID Cards temporanji li nħarġu lil persuni li qed ifittxu l-ażil f'Malta sena b'sena mill-2001 sal-lum?
Kemm hu l-ammont ta' persuni li qed ifittxu l-ażil f'Malta li ċċaħħditilhom it-talba msemmija u li ilhom f'pajjiżna għal aktar minn sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma se jorħsu b'20%? Għal liema perijodu japplika dan ir-roħs? Dan ir-roħs hu relatat ma' roħs fil-prezz taż-żejt mhux irfinut? X'wassal lill-Gvern biex jagħmel dan ir-roħs?
Stante li l-prezz taż-żejt niżel minn $147 għal $40 kull barmil, jidhirlu li dan ir-roħs kellu jkun iktar sostanzjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija tal-Ministeru tiegħi tat-23 ta' Marzu 2009. Minħabba li l-elettriku f'Malta mhux iġġenerat mill-bramel taż-żejt mhux maħdum, ma nistax inwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant, għalkemm nitolbu jinnota li l-prezz hu $53 u mhux $40.
Tenders fuq cables bejn Malta u Sqallija u metres tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li tinħareġ it-tender għal cables bejn Malta u Sqallija biex jgħaqqad lil Malta mal-Ewropean Fuel għal proviżjon ta' enerġija? Kemm ser tiswa din it-tender? Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jinħareġ t-tender għal bdiel ta' metres tad-dawl bi smart metres? Kemm ser tiswa din it-tender?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'distanza jrid ikun hemm bejn hawker u l-eqreb stage tal-karozzi tal-linja, bejn hawker u l-eqreb stabbiliment kummerċjali u jekk hawker jistax jarma fuq white line?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.