Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12737 Sitting 166 2009-11-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Promozzjoni tat-turiżmu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar s’issa biex jitwaqqaf direttorat ġdid fi ħdan il-Ministeru tagħha għall-promozzjoni tat-turiżmu f’Għawdex bħala destinazzjoni distinta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9754.
Leg 11 PQ #12738 Sitting 166 2009-11-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Akkomodazzjoni soċjali f'Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inbnew units residenzjali ġodda f’Għawdex għall-akkomodazzjoni soċjali? F’liema lokalitajiet inbnew? Kemm minnhom ġew allokati? F’liema lokalitajiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #12740 Sitting 166 2009-11-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Fondi Ewropej — programm finanzjarju - proġetti u miżuri

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Tista’ tgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9752.
Leg 11 PQ #12608 Sitting 165 2009-11-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

pjan tekniku dwar il-ħażna tal-ilma tax-xita

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ħarġitx offerta għall-pjan tekniku dwar il-ħażna ta' l-ilma tax-xita f'Għawdex? Jekk fl-affermattiv, meta ħarġet? Meta għalqet? Min ħadha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9879.
Leg 11 PQ #12610 Sitting 165 2009-11-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Gżira organika — qasam tal-agrikoltura

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inizjattivi mistennija li jittieħdu biex Għawdex isir gżira organika fil-qasam tal-agrikoltura?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li dan is-suġġett huwa wieħed mill-elementi li ser jiġu ttrattati miċ-Ċentru għar-Riċerka, Żvilupp u Innovazjoni fil-qasam tal-agrikoltura.
Leg 11 PQ #12611 Sitting 165 2009-11-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Politika għall-Agrituriżmu — diskussjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid ma' liema awtoritajiet kompetenti saru diskussjonijiet dwar it-tfassil ta' Politika għall-Agrituriżmu? Meta saru? X’kien ir-riżultat ta’ dawn id-diskussjonijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li saru taħdidiet ma' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u ma' l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta (MTA) aktar kmieni din is-sena u li t-tfassil ta' din il-politika issa daħal bħala waħda mill-proposti għall-pjan ta' Eko-Għawdex għat-tliet snin li ġejjin.
Leg 11 PQ #12612 Sitting 165 2009-11-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xħajma — Faċilitajiet sportivi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar mill-1 ta’ Lulju 2009 'l hawn għall-iżvilupp ta’ ċentru ta’ faċilitajiet sportivi fl-inħawi Ta’ Xħajma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9760.
Leg 11 PQ #12613 Sitting 165 2009-11-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

protezzjoni tal-ħamrija mill-erożjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-miżuri li se jittieħdu għall-protezzjoni tal-ħamrija mill-erożjoni f’Għawdex u x’sar s’issa fuqu? Tfassal xi pjan għat-twettiq ta’ dawn il-miżuri? Jekk fl-affermattiv, minn min tfassal? Kif ingħata l-kuntratt?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9759.
Leg 11 PQ #12602 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat — xogħlijiet fuq it-triq

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta mistenni li jerġa' jibda u jitlesta x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid tat-triq li mir-Rabat twassal għall-pjazza ta' San Lawrenz u li kellha ssir taħt il-perjodu ta' programmazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea għas-snin 2004 - 2006?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li qegħdin fil-proċess biex jinħarġu offerti għax-xogħlijiet li jkunu jistgħu jsiru skond l-eżitu ta' l-offerti.
Leg 11 PQ #12603 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Farm Sperimentali — ċentru mediterranju fir-riċerka, żvilupp u innovazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid sar s’issa biex il-Farm Sperimentali tal-Gvern f'Għawdex isir ċentru Mediterranju fir-riċerka, żvilupp u innovazzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma għandi xejn x'inżid mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9884.
Leg 11 PQ #12604 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Studju ta' fattibilità — wind farms

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi studju ta' fattibilità biex f'Għawdex jitwaqqfu wind farms fuq l-art? Jekk fl-affermattiv, meta sar? Min għamlu? X'inhuma r-rakkmandazzjonijiet tar-rapport? Tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx, meta hu mistenni li jsir dan l-istudju?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li sa issa ma sar l-ebda studju dwar dan.
Leg 11 PQ #12605 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Żoni Pedonali Ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ġewx introdotti żoni pedonali ġodda f'Għawdex matul din is-sena? Jekk fl-affermattiv, fejn? Tista' tpoġġi pjanta tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk għadhom ma ġewx introdotti, sar xi studju dwar fejn dawn iż-żoni jistgħu jiġu introdotti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li sa issa ġiet introdotta żona pedonali fi Pjazza San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex.
Leg 11 PQ #12606 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ristrutturar tal-Ministru għal Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu matul din is-sena biex il-Ministeru għal Għawdex jiġi ristrutturat? Meta mistenni li jiġi ristrutturat? Kif inhu mistenni li jkun ristrutturat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Nru. 9881.
Leg 11 PQ #12607 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — records u medical files elettroniċi

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk is-sistema ta' records u medical files elettroniċi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ġietx evalwata? X’kien ir-riżultat tal-evalwazzjoni? X’inhu l-pass li jmiss?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Sew l-Isptar Mater Dei kif ukoll l-Isptar Ġenerali t'Għawdex irid ikollhom sistemi ta' files mediċi ugwali biex ma jinħolqux problemi meta pazjenti jiġu riferuti minn Sptar għall-ieħor. Għaldaqstant x'ħin jiġi deċiż x'sistema se titħaddem fl-Isptar Mater Dei, jinbdew ukoll il-proċeduri biex din tiġi ntrodotta fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex.
Leg 11 PQ #12337 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Żoni Industrijali — fabbriki vojta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm fabbriki vojta fiż-żoni industrijali f’Għawdex? Sa liema sena kienet tintuża kull waħda, x’kienet tipproduċi u kemm kienet tħaddem nies?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #12483 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — business incubation centre

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar kull sena mill-2007 'l hawn biex jitwaqqaf business incubation centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li parti sostanzjali mis-sit tal-Malta Dairy Products f'Għawdex ġie mgħoddi lill-Ministeru għal Għawdex din is-sena. Dan is-sit qed jiġi kunsidrat fost l-oħrajn li jsir business incubation centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni.
Leg 11 PQ #12485 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

pjan ta' afforestazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 9530 u 8978 dwar pjan ta' afforestazzjoni, tista' l-Ministru tgħid jekk dak li hemm fit-tweġiba li tat f'mistoqsija parlamentari 6016 huwiex il-pjan ta' afforestazzjoni tal-Ministeru tagħha? Tista' tgħid f'liema toroq u wesgħat f'Għawdex se jitħawlu s-siġar u l-arbuxelli msemmija fit-tweġiba tagħha? Kemm siġar u arbuxelli se jitħawlu fit-toroq u wesgħat f'Għawdex din is-sena u kull sena mill-2010 sal-2015?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-pjan tal-Ministeru għal Għawdex huwa li jżid it-Tree Cover b'1% matul is-sena li ġejja.
Leg 11 PQ #11655 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impjegati bit-teleworking

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu t-total ta' impjegati bit-teleworking f'kull dipartiment u uffiċċju separatament, li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid x'faċilitajiet ingħataw lill-ħaddiema biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol minn ġo djarhom u jgħid ukoll x'software jew sistema qed titħaddem minn dawn il-ħaddiema biex isir dan ix-xogħol?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11800 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ċentru għal matul il-jum Santa Marta — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru fiċ-ċentru għal matul il-jum Santa Marta mid-data tal-ftuħ tiegħu sal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li, mil-lat ta' xogħlijiet, mid-data tal-ftuħ taċ-Ċentru għal matul il-Jum 'Santa Marta', sar tqegħid ta' cable tad-dawl ġdid biex tissaħħaħ il-qawwa tad-dawl ta' dan iċ-Ċentru.
Leg 11 PQ #12474 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Triq tax-Xlendi — użu ta' solar powered lights

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk humiex se jintużaw solar powered lights meta tinbena t-triq tax-Xlendi? Jekk le, għaliex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dwal li ser jintużaw għal din it-triq huma energy saving.