Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5199 u 5888 u jassigura li l-culvert tal-ilma tax-xita li hemm fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ b’mod partikolari l-bokok tiegħu li ħafna minnhom huma miksura, issirlu l-manutenzjoni meħtieġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7037 u jassigura li l-ispeed camera li twaħħlet fi Triq l-Imdina, Ħal-Qormi fid-direzzjoni minn Ħaż-Żebbuġ għall-Belt Valletta ma tkunx moħbija kompletament wara siġra kif fil-verità tinsab bħalissa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ispeed camera msemmija qegħdha tiffunzjona tajjeb u li fuq is-sit hemm tabelli biżżejjed li juru il-preżenza ta’ l-istess speed camera minn distanza konsiderevoli qabel.
Meta dan l-aħħar qamet il-kwestjoni dwar il-limitu ta’ sewqan fit-toroq fejn twaħħlu speed cameras ġodda, Is-Sur David Sutton u s-Sur Joe Fenech Conti pubblikament qalu li l-Awtorità dwar it-Trasport għandha rapport mingħand esperti Franċiżi li f’Malta m’hawnx toroq li fihom tista’ ssuq b’veloċità ta’ iżjed minn 70 kilometru fis-siegħa. Jista' l-Ministru jgħid:
Kemm huma affidabbli dawn l-esperti?
Jekk iva, x’passi ttieħdu jew ser jittieħdu sabiex ikunu attwati r-rakkmandazzjonijiet ta’ dawn l-esperti, għax għad hawn toroq fejn l-i
speed
massimu indikat huwa ta’ 80km fis-siegħa?
Fuq liema awtorità jew dipartiment taqa’ r-responsabbiltà biex dawn ir-rakkmandazzjonijiet jiġu attwati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
In vista tal-fatt li fis-7 ta' Marzu 2008, d-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili ta l-permess lil Island Microlight Club biex jopera titjiriet b'aircraft microlight fil-heliport t'Għawdex, jista' l-Ministru jispjega x'qed izomm milli l-istess club jingħata access għall-heliport sabiex jibda dawn l-operazzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-triq l-antika ta' Wied il-Għajn li sarilha patchwork intensiv, ma sarx l-istess xogħol tant meħtieġ fl-aħħar 200 metru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ġaladarba qed ikun hemm inċidenti spissi fit-Triq Sebuqa, San Gwann u hemm talbiet għal miżuri ta' traffic calming mir-residenti u mill-kunsill lokali, jista' l-Ministru jgħid x'miżura beħsiebha tieħu l-Awtorità dwar it-Trasport biex dawn l-inċidenti jitnaqqsu u r-residenti jistgħu jserrħu rashom li t-triq ma tibqax tintuża donnha korsa tal-karozzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4109 u jgħid jekk ix-xogħlijiet kollha tal-proġett tal-Bridge Manwel Dimech inkluż ix-xogħol tal-landscaping fil-wied ta' taħt il-bridge hux lest kollu? Jekk fin-negattiv, meta se jitlestew ix-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħolijiet tal-bini tal-Pont Manwel Dimech huma lesti għajr numru żgħir ta xogħolijiet li qed jiġu ndirizzati mill-kuntrattur. Fost dawn ix-xogħolijiet hemm modifikazzjoni fil-livell tal-asfalt fil-parti tat-triq fejn tagħqad mal-bridge li jagħti għall-mini u dan ix-xogħol sar. Din il-modifikazzjoni ġiet ordnata mill-Awtorita tat-Trasport wara li x-xogħol li kien sar f'din il-parti ma laħaqx l-istandard meħtieġ u għalhekk l-istess xogħol ser isir mill-kuntrattur a spejjeż tiegħu. Ix-xogħolijiet li saru fil-wied kienu ta' rijabilitazzjoni u mhux ta' landscaping. M'hemmx ippjanat xogħol ta' landscaping fil-wied.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Xiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Ta' liema marka, x'tip kienu u kemm qamu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4784 jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex meħtieġa konferma mill-Kummissjoni Ewropea għall-allokazzjoni ta’ fondi għall-proġetti individwali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proġett taċ-Ċirkewwa huwa proġett wieħed u għall-allokazzjoni ta' fondi mill-UE għal dan il-proġett, mhiex meħtieġa konferma mingħand il-Kummissjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandha bżonn persuna sabiex tkun tista' taħdem ta' driving instructor? Jista' jgħid kemm hawn driving instructors liċenzjati f’pajjiżna bħalissa? Jista' jgħid kemm hemm nies li qed jistennew li jiksbu l-liċenzja ta' driving instructor?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat sabiex persuna tkun tista taħdem ta' driving instructor ma' skola tas-sewqan irid jagħmel kors ta' tagħlim li jkun approvat għal dak il-għan mill -Awtorita Dwar it-Trasprt kif ukoll li jgħaddi minn eżami dwar il-ħila tiegħu li jagħmilha ta' driving instructor.
Sal-lum hemm 153 ‘driving instructor’ licenzjati f’pajjiżna fil-waqt li hemm 24 oħra jistennew li jiksbu din il-licenzja.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-proċeduri li ċittadini tal-Unjoni Ewropea, iżda mhux ċittadini Maltin, iridu jgħaddu minnhom sabiex ikunu jistgħu jingħataw lezzjonijiet tas-sewqan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kull ċittadin mill-Unjoni Ewropeja, biex ikun jista jingħata lezzjonijiet tas-sewqan irid isib Skola tas-Sewqan ta’ l-għażla tiegħu u japplika għat-Test tas-Sewqan. L-istess applikazzjoni tghodd ukoll bħala permess biex jitgħallem isuq fuq it-Triq.
Billi minn din is-sena nbidlu l-kriterji li abbażi tagħhom wieħed iħallas il-liċenzja (road tax) annwali tiegħu, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt bniedem li jbiddel il-magna tal-vettura tiegħu, mingħajr ma jbiddel il-vettura hux ser ikun jista' jitlob għar-reviżjoni tal-ħlas dovut, abbażi ta' l-emissjonijiet li l-magna mqiegħda ġdida fil-fatt tipproduċi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm min-nies li daħlu fil-pajjiż b'mod irregolari matul is-sena 2008:
a) iżżewġu f'Malta?
b) kellhom tfal?
ċ) ħallew ħajjithom?
d) suppost kienu parti minn dan il-grupp imma m'hemmx traċċi ta' x'sar minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din l-informazzjoni ma tinżammx fil-Ministeru tiegħi.
Awtorità dwar it-Trasport — Ħal Tarxien - Triq Palma - Bus Shelter
Question
Peress li għaddiet sena minn meta l-Awtorità dwar it-Trasport qalgħet bus shelter li kien jinsab fi Triq Palma, f'Ħal Tarxien u dan ma reġgħax tpoġġa f'postu b'inkonvenjet kbir għar-residenti li jużaw din il-bus stop fi triq ewlenija, jista' l-Ministru jindika meta l-Awtorità ser tpoġġi lura l-bus shelter eżattament fejn kien?
Jista' jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 5171 li tressqet għall-attenzjoni tiegħu fit-12 ta' Jannar li għadda li tirrigwarda l-proġett li twettaq fi Triq il-Knisja, f'Ħal Tarxien u li fadallu xi dettalji xi jsiru biex ikun konformi mal-pjanti oriġinali tal-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-bus shelter fi Triq il-Palma inqala’ mill-Awtorità fuq talba tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien minħabba li dan il-bus shelter kien fi stat perikoluż. Ir-responsabbiltà tat-tqegħid mill-ġdid tal-imsemmi bus shelter hija tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien minħabba li dan jinsab f’ żona residenzjali.
Fir-rigward ta’ l-ewwel parti tal-mistoqsija Parlamentari nru.5171, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 2565.
Aġenzija Ewropeja għal Ambjent — tniġġis mill-użu ta' electromagnetic devises,
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jagħti widen għat-twiddib li l-Aġenzija Ewropea għal Ambjent tagħmel dwar l-effett fuq is-saħħa tan-nies minħabba tniġġis mill-użu ta' electromagnetic devises, bħalma huma s-sistemi tal-mobile phones?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6870, 5733, 5330, 4807 u 4508 u jgħid x'kien it-total ta' elettriku (f'megawatts) li intuża fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena minn fabbriki f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6005 minħabba li issa għadda żmien twil biżżejjed dwar il-programm ta' toroq li suppost il-Gvern qed jaħdem fuqhom? X'inhi r-raġuni li l-Awtorità dwar it-Trasport għadha m'għaddietx il-file lura ħalli tiġi mwieġba din il-mistoqsija? X'effett se jkollha d-deċiżjoni li jiġu privatizzati t-toroq fuq ix-xogħol ta' toroq li suppost qed isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7055 u jgħid min kienet il-persuna responsabbli li approvat it-tibdil fuq ir-rotot b'referenza għall-brochure li qed jinbagħat separatamenet u l-kundizzjonijiet li hemm immniżżla fuq it-tender(a) minn dawk li hemm imnizzla fuq il-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-Awtorità dwar it-Trasport u l-operatur li ismu qed jintbagħat separatament? Jista' jgħid għala l-kundizzjonjiet li hemm imnizzla fil-kuntratt li l-Awtorità dwar it-Trasport iffirmat mal-operatur huma differenti mill-kundizzjonijiet li hemm fuq it-tender (b) li ġiet maħruġa għall-pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7056 u jgħid kif l-operatur b'referenza għall-brochure li qed jinbagħat separatament, qed jitħalla jagħti diversi tickets (li dettalji qed jintbagħtu separatament) lill-passiġieri li fuqhom m'hemmx immniżla id-dettalji kollha mitluba kemm fuq it-tenderu fuq il-kuntratt li l-istess awtorità iffirmat mal-Operatur? Jaf li fuq dawn it-tickets suppost hemm imniżżla l-informazzjoni segwenti:
a) Dettalji tal-operatur inkluż dettalji tal-VAT
b) Numru ta' reġistrazzjoni tal-open top bus li minn fuqu jkun inxtara ticket
ċ) Deskrizzjoni tat-tour
d) Data
e) Ħin
f) Kategorija tal-passiġġier
g) L-ammont li passiġġier irid iħallas
Jista' jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tippermetti lill-operatur li jingħataw tickets kif jidhru fid-dokument li qed jinbagħat separatament mil-lukandi lit-turisti u li fuqhom m'hemmx imniżżla d-dettalji miktuba fil-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.