Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13547 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Business centre

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar s’issa biex jitwaqqaf business centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni f’Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #13549 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Passaġġi fil-kampanja — kisi bil-konkrit u materjal ieħor

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 9763 u tgħid mill-2005 ‘l hawn kemm-il passaġġ fil-kampanja ġie miksi bil-konkrit jew b’materjal ieħor? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta’ kull passaġġ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-lista u pjanti ta' passaġġi fil-kampanja miksija bil-konkrit jew materjal ieħor hija kif tidher fid-dokument li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13837 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali matul is-sena 2009 mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Fejn kienet u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13539 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

emissjonijiet tal-boiler house

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tekniku dwar jekk l-emissjonijiet tal-boiler house humiex konformi mal-leġislazzjoni relevanti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fir-rapport li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13512 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Barriers elettromekkaniċi fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid lil min ġie kkummissjonat ix-xogħol ta’ twaħħil ta’ barriers elettromekkaniċi fid-daħla tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Kemm sewa dan ix-xogħol?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-barriers elettromekkaniċi għadhom ma ġewx ikkummissjonati.
Leg 11 PQ #13513 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — tneħħija t'Asbestos mill-kuruturi tas-CCU

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jitneħħa l-Asbestos mill-kuruturi tas-CCU u d-Dipartiment tar-Radjoloġija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-asbestos mill-kuruturi tas-CCU u d-Dipartiment tar-Radjoloġija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex tneħħa.
Leg 11 PQ #13515 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Università ta' Malta — korsijiet fuq diploma

Question

B'referenza għall-prospectus maħruġ mill-Università ta' Malta, fejn l-Università bis-sapport tal-Ministeru tagħha l-Università qiegħda toffri course ta' sena fiċ-Ċentru tal-Università għal Għawdex li jwassal għal Diploma fil-Kummerċ, u li se jkun finanzjat mill-fondi tal-European Social Funds. Billi taħt is-sezzjoni "informazzjoni oħra" fl-istess prospectus jingħad li dan il-course se jkun segwit minn korsijiet oħra li jwasslu għal degree fil-finanzi, ICT u Tourism Studies, tista' l-Ministru tgħid jekk meta jispiċċa dan il-kors humiex se jibdew degree courses fit-Tourism Studies, ICT jew Finanzi? Tista' tgħid jekk il-Bachelor of Commerce fil-Università ta' Malta, Ċentru għal Għawdex hix se toffri bħala main areas of study it-Tourism Studies, ICT jew Finanzi minbarra l-Management u l-Economics? Ma taħsibx li l-Università għandha tgħid x'se jsir issa wara li jispiċċa l-kors li jwassal għad-Diploma fil-Kummerċ u dan biex studenti li japplikaw ikunu jistgħu jippjanaw il-karriera tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li minbarra d-Diploma Course fil-Kummerċ li qed isir taħt il-proġett Higher Education Courses to Address Skill Mismatches in Gozo ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew hemm maħsub ukoll li dan il-kors jiġi segwit minn korsijiet oħra li jwasslu għal Degree Courses fil-finanzi, fl-ICT u fl-Istudji Turistiċi. Dwar il-parti tal-mistoqsija dwar il-main areas of study nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #13516 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Nuqqas ta' staff fl-ispiżeriji tal-Gvern

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5288 fejn intqal li minħabba nuqqas ta' staff fl-ispiżerija, l-istaff kien qed jingħata kumpens billi tnaqqas il-ħin biex il-pubbliku ikun jista' jinqeda, u billi kontra kull proċedura stabbilita f`dipartimenti oħra tal-Gvern, il-pubbliku li kien ikun ilu jistenna fil-kju kien qed jintbagħat lura f`nofsinhar x' ħin tagħlaq l-ispiżerija minħabba l-ftehim milħuq bejn id-Direttur tal-Customer Services u l-Union Ħaddiema Maghqudin fl-aħħar ta' Novembru 2008, tista' l-Ministru fiċ-ċirkostanzi preżenti tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 5288 fejn hemm ċar li mill-1 ta' Jannar 2009 il-ħinijiet tal-ftuħ tal-ispiżerija ġew lura għan-normal u għalhekk ma hemm l-ebda ftehim fis-seħħ fir-rigward tal-ħinijiet tal-ftuħ tal-ispiżerija.
Leg 11 PQ #13517 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — spiżerija

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-ispiżerija tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex qiegħda tiftaħ mit-8.00am sa nofsinhar mit-Tnejn sal-Ġimgħa meta l-ħaddiema fl-ispiżerija jispiċċaw fis-2.00pm? Tista tgħid il-ħinijiet li fiha tkun miftuħa l-ispiżerija biex jinqeda l-pubbliku nhar ta' Sibt? Għaliex meta jsir l-ħin li fih tagħlaq l-ispiżerija, il-pubbliku li jkun jistenna fil-kju mhux qed jinqeda u jkollu jerġa' jmur ġurnata oħra, meta jkun hemm min ikun ilu jistenna aktar minn siegħa? Konxja l-Ministru li dawn il-hħinijiet għandhom jitwalu minħabba li l-pubbliku mhux moqdi u ħafna morda qed ikollhom jistennew ħinijiet twal biex jinqdew? Min approva dawn il-ħinijiet il-ġodda u min ħa r-responsabbiltà għal din id-deċiżjoni, is-Supretendent ta' l-Isptar, id-Direttur tal-Customer Services jew hija deċiżjoni politika? Tista' tgħid kemm hemm ħaddiema fl-ispiżerija, x'inhu l-grad ta' kull ħaddiem wieħed wieħed, il-ġranet tax-xogħol u l-ħinijiet ta' kull ħaddiem ta' l-ispiżerija wieħed wieħed? Meta se tiġi introdotta l-għażla tal-ispiżerija f`Għawdex? Lil min ingħata x-xogħol tat-twaħħil tal-barriers fid-daħla ta' l-Isptar Ġenerali ta` Għawdex u kemm ġie jiswa dan ix-xogħol?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13534 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Testijiet tat-tafal — tender għall-bini mill-ġdid

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-riżultati tat-testijiet tat-tafal li saru qabel ħarġet/ingħatat it-tender għall-bini mill-ġdid u tat-testijiet li saru wara li nagħtat it-tender? Tista’ tgħid jekk kenitx ħarġet offerta separata għat-twettiq ta’ kull wieħed miż-żewġ settijiet ta’ testijiet? Meta ħarġu t-tenders, meta nagħtaw u lil min?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi l-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema tender qiegħed jirreferi fil-Mistoqsija tiegħu.
Leg 11 PQ #13537 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — bini ta' airstrip

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta huwa mistenni li l-Kabinett jirċievi r-rapport dwar il-possibilità li tinbena airstrip f’Għawdex? Meta kien ġie kkummissjonat dan ir-rapport? Minn min ġie kkummissjonat? Minn min qed jitħejja? X’inhuma t-terms of reference għat-tħejjija ta’ dan ir-rapport?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #13106 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

pjan ta' azzjoni għall-promozzjoni ta' Għawdex għall-investiment u l-ħolqien ta' l-impiegi

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan ta' azzjoni mħabbar fil-budget għas-sena 2009 f'paġna 81 fejn il-Malta Enterprise u l-Ministeru għal Għawdex kellhom joħolqu pjan ta' azzjoni flimkien għall-promozzjoni ta' Għawdex għall-investiment u l-ħolqien ta' l-impiegi? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema Għawdxin li kienu jaħdmu f'Għawdex xahar b'xahar matul is-sena 2009?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li matul is-sena li għaddiet il-Malta Enterprise kellha diskussjonijiet fuq diversi livelli mal-Ministeru għal Għawdex f'dak li għandu x'jaqsam mat-tfassil tal-istrateġija t'Għawdex bħala gżira ekoloġika. Is-suġġerimenti u l-proposti ġew integrati fid-dokument li ġie ppublikat. In-numru ta' ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Għawdex huwa kif ġej: Jannar 8,995 Frar 8,977 Marzu 8,992 April 8,982 Mejju 8,986 Ġunju 9,042.
Leg 11 PQ #13209 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Żebbuġ Shooting Range

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex ix-shooting range fiż-Żebbuġ hi bħalissa magħluqa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fit-13 t'Ottubru 2009, irriżenja l-Kumitat responsabbli mit-tmexxija tax-Shooting Range fiż-Żebbuġ Għawdex. Fil-preżent għaddej il-proċess sabiex jiġi ffurmat Kumitat ġdid.
Leg 11 PQ #13073 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Triq ta' Pinu — rikostruzzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jinbeda x-xogħol ta' rikostruzzjoni tat-Triq ta' Pinu? Liema kuntrattur ġie awarded it-tender għax-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal dan it-tender kien hemm erba' sottomissjonijiet li ġew mitfugħa minn Polidano Bros. Ltd.; Asfaltar Construction Ltd.; Bonnici Bros. Ltd.; u Gaudos Joint Venture. Wara li t-tliet kuntratturi l-oħra ma ssodisfawx il-kriterji mitluba fit-tender dossier, il-Bord tal-Evalwazzjoni rrakkomanda lill-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti, biex it-tender għal dawn ix-xogħlijiet jiġi awarded lil Gaudos Joint Venture. Ix-xogħol imsemmi ser jibda' lejn tmiem din is-sena.
Leg 11 PQ #13225 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ambjent rurali u urban

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 9530, 8978 u 12485 dwar pjan ta' afforestazzjoni, tista' l-Ministru tgħid jekk dak li hemm fit-tweġiba li tat f'mistoqsija parlamentari 6016 huwiex il-pjan ta' afforestazzjoni tal-Ministeru tagħha? Tista' tgħid f'liema toroq u wesgħat f'Għawdex se jitħawlu s-siġar u l-arbuxelli msemmija fit-tweġiba tagħha? Kemm siġar u arbuxelli se jitħawlu fit-toroq u wesgħat f'Għawdex din is-sena u kull sena mill-2010 sal-2015?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandi xejn x'inżid mar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12485.
Leg 11 PQ #13126 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sussidju fuq xiri ta' solar water heaters

Question

Tista' l-Ministru taċċerta lill-Kamra li l-Għawdxin kollha li japplikaw għas-sussidju fuq xiri ta’ solar water heaters se jingħataw dan is-sussidju? Jekk fin-negattiv, għaliex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #13220 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Boiler House

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10185, tista’ l-Ministru tgħid jekk ir-rapport tekniku dwar jekk l-emissjonijiet tal-boiler house humiex konformi mal-leġislazzjoni relevanti tlestiex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport tekniku dwar l-emissjonijiet tal-boiler house tlesta.
Leg 11 PQ #12380 Sitting 169 2009-11-24 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Skemi u Inizjattivi għall-Kunsilli Lokali

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tagħha fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tagħha u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tagħha vis-a-vis il-kunsilli lokali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Ministeru għal Għawdex jaħdem id f'id mal-Kunsilli Lokali f'Għawdex għall-ġid tal-gżira Għawdxija. Fost il-koperazzjoni li teżisti bejn il-Ministeru u l-Kunsilli Lokali nsibu t-tmexxija konġunta tad-Day Care Centre għall-Anzjani, titjib fil-Branch Libraries, il-provvista ta' servizzi b'xejn ta' tindif tax-xtut, it-twettiq ta' xogħolijiet infrastrutturali in kollaborazzjoni ma' Kunsilli Lokali, it-twettiq ta' manutenzjoni ta' soft areas u siġar mingħajr ħlas, u għotjiet finanzjarji lill-Kunsilli Lokali għall-attivitajiet kulturali li jiġu organizzati mill-istess Kunsilli bil-għan illi jattiraw turiżmu ntern lejn Għawdex matul is-sena.
Leg 11 PQ #12827 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ċittadella — tender għall-konservazzjoni u l-immaniġjar

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kundizzjoni tat-tender li ngħatat għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar taċ-Ċittadella? Tista' tgħid meta se jitlesta dan ix-xogħol? Kemm se jdumu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma nħarġet l-ebda tender għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar taċ-Ċittadella. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għat-tender li nħarġet għall-formulazzjoni ta' Masterplan għaċ-Ċittadella nitolbu jispeċifika biex ikun jista' jingħata d-dokument mitlub.
Leg 11 PQ #12736 Sitting 166 2009-11-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pixkerija

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta li saret biex tinbena Pixkerija f'Għawdex? X’kien ir-riżultat tad-diskussjonijiet li saru mad-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Veterinarji u Sajd dwar dan il-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-pjanta għall-Pixkerija f'Għawdex għadha suġġetta li tiġi emendata skond diskussjonijiet mad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Veterinarji u Sajd.