Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aquifers — volum ta' ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li kien il-volum ta’ ilma estratt mill-aquifers f’Malta u Għawdex separatament mill-privat kull sena mill-1999 ‘l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17512.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħol ta' natura legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li xtraw vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17148 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16031, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li xtraw vetturi matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 9882 vetturi ta’ Kategorija M1 li nxtraw u setgħu japplikaw għal din l-iskema matul l-2008. Din l-iskema għalqet fil-31 ta’ Marzu 2010.

Emissjonijiet mill-power station

Question

Peress li, tenut kont tal-emissjonijiet inter alia mill-power station inkluż l-estensjoni eventwali, huwa importanti li jsir moniteraġġ tal-kwalità tal-arja fil-lokalità ta' Birzebbuġa, oltre lokalitajiet oħra, jista' l-Ministru jgħid jekk hux maħsub li l-Kunsill Lokali ta' Birzebbuġa jkollu ukoll apparat ta' aċċess għal moniteraġġ simili għal dak li se jingħata lill-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Skart prodott mill-power station jiġi esportat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskart li se jkun prodott mill-estensjoni tal-power station f'Delimara hux se jkun trasferit għal post ieħor qabel jiġi esportat? Dan għaliex? Hu possibbli li dan l-iskart jiġi esportat direttament mingħajr ma jiġi trasferit, u jekk dan mhux possibbli għaliex? Jista' jgħid x'hemm bżonn isir sabiex dan jiġi esportat direttament?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

EBRD funding

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet li nifhem li kien hemm għaddejjin bejn il-Ministeru, Malta Enterprise, Malta Resources Authority u l-Korporazzjoni Enemalta biex tiġi riżolta l-kwestjoni dwar EBRD funding għall-PV systems? Il-Gvern jinsab miexi lejn feed in tariff jew lejn net metering system?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-taħdidiet bejn l-Enemalta u l-Malta Resources Authority dwar il-Feed-in Tariff jinsabu fi stadju avvanzat. Huwa ttamat illi d-deċiżjonijiet li hemm bżonn, jittiehdu fil-jiem li ġejjin sabiex b'hekk jitħaffef l-użu tal-Fondi mill-Unjoni Ewropea għall-istallazzjoni ta' PVs. Il-Gvern se jagħti t-tagħrif kollu meħtieġ fil-ħin opportun.

Korporazzjoni Enemalta — adhoc committee - executive rapporteur

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadux jservi bħala executive rapporteur fuq l-ad hoc committee tal-Korporazzjoni Enemalta dwar nuqqasijiet strutturali fil-ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-elettriku kif wkoll dwar l-identifikar ta’ loading shedding problems bejn iż-żewġ power stations eżistenti?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Independent European Ratings Agency

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kunsiderazzjoni u jew x’pożizzjoni għandu dwar il-proposta Ġermaniza biex l-Unjoni Ewropea tintroduċi Independent European Ratings Agency?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s’issa ma saret l-ebda proposta uffiċċjali u konkreta sabiex titwaqqaf Credit Rating Agency indipendenti ewropea. Il-Gvern jieħu pozizzjoni uffiċċjali u nformata meta u jekk proposta bħal din issir.

Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?

Response (FENECH, TONIO)

Nireferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21656

impjant tal-BWSC — esportazzjoni ta' skart

Question

Jista’ jgħid x’arranġamenti saru biex jiġi esportat l-iskart li se jibda jipproduċi l-impjant tal-BWSC f’Delimara meta jibda jopera ? Fejn se jiġi esportat ? Kemm huwa stmat li se jiġi jiswa l-ġarr u l-ispiża biex jiġi depożitat f’landfill apposta f’pajjiż ieħor ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi hawn prematur li wieħed jistenna li l-Enemalta ikollha kuntratt daqshekk kmieni għal skart li mhux ser jiġi iġġenerat qabel l-aħħar ta’ l-2011, jiġifieri sena u nofs oħra. Aktar tard din is-sena huwa mistenni li tiġi ppublikata tender biex jinbeda l-proċess. Mill-istimi li saru jidher li dan il-proċess ser jiswa madwar €2.5 miljun fis-sena.

Żurrieq — Triq Karmnu Zammit - ilma jqattar

Question

Jista' l-Ministru jara li l-kanna tal-ilma li ilha tqattar ix-xhur fi Triq Karmnu Zammit fiż-Żurrieq tingħata l-attenzjoni neċessarja sabiex ma jibqax jinħela daqstant ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma m’għandhiex rapporti ta ħsarat fi triq Karmnu Zammit, Żurrieq. Għalhekk il-bieraħ saret spezzjoni f’din it-triq fejn irriżulta li hemm ħsara żgħira. Din ġiet imsewwija.

Korporazzjoni Enemalta — flus f'tiswijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16170 dwar flus imħallsa f'tiswijiet fuq units tal-power station fl-aħħar snin u r-risposti anċillari li ngħataw għal mistoqsijiet orali oħra li saru, jista' l-Ministru jispeċifika kif jinqasmu l-ispejjeż tat-tiswija msemmija turbina b'turbina u sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17348, 17160, 16919 u 16528 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta — Cabin crew

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) kif filwaqt li fl-Air Malta qed jingħad li l-ingaġġ ta' 18-il persuna li kienu jaħdmu fuq bażi temporanja bħala Cabin Crew u issa ġew ingaġġati b'kuntratt indefinit, kien żball amministrattiv, kif il-UHM permezz ta' press release bid-data tat-18 ta' Mejju 2010 bit-titolu 'Ftehim bejn l-UHM u l-Air Malta dwar Ħaddiema fis-Sezzjoni tal-Cabin Crew', qed jiġi mistqarr pubblikament li: 'F'dawn iċ-ċirkostanzi t-Taqsima għamlet diversi rappreżentazzjonijiet mal- management tal-Air Malta kif ukoll talbet lid-Direttur fid-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, it-tabib li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, biex jintervjeni dwar din is-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema'; b) min qed jgħid il-verità, dak li qed jintqal mill-management tal-Air Malta jew dak li ppubblikat il-UHM; ċ) kif l-Air Malta ddiskutiet il-każ tal-Cabin Crew mal-UHM u mhux mal-Union of Cabin Crew li hija l-union leġittima li tirrappreżenta lil din is-sezzjoni ta' ħaddiema fl-Air Malta?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta u WSC — bill calculator

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17449 u jgħid għaliex fil-web page tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u tal-Korporazzjoni Enemalta, il-bill calculator ma kenitx qiegħda tiffunzjona għal dawn l-aħħar xhur? Jista' jispjega din l-ineffiċjenza meta suppost bl-ARMS Ltd l-affarijiet isiru aktar effiċjenti?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta — ħaddiema quddiem il-bord ta' dixxiplina

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex numru ta' impjegati li kienu għaddew dixxiplina quddiem il-Bord ta' Dixxiplina fl-Air Malta u li l-każ tagħhom ġie deċiż meta ma kienx hemm it-tkeċċija rakkmandata, għadhom sal-lum ma daħlux għax-xogħol u dan minħabba l-Omas Pass?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta ma’ għandha l-ebda ġurizdizzjoni fuq meta jinħareġ l-OMAS pass. Il-ħruġ ta’ l-OMAS pass isir mill-Uffiċċju tal-Manager Airport Security. Fil-kas tal-impjegati msemmija l-applikazzjoni għall-ħruġ ta’ l-OMAS pass tagħhom trid tgħaddi mill-Airport Security Committee qabel il-pass jinħareġ. Ta’ min isemmi li l-Air Malta ħadet ħsieb li tapplika għall-OMAS passes ta’ dawn l-impjegati immedjatament malli ħarġet id-deċiżjoni tal-kumpanija li fiha ma’ ġietx rakkmandata t-tkeċċija. Dawn l-applikazzjonijiet ittieħdu ‘by hand’ fl-uffiċċju tal-Manager Airport Security biex minn naħħa ta’ l-Air Malta ma jnkux hemm dewmien. Dawn l-impjegati jaħdmu f’ restricted area fejn l-aċċess għal din l-area isir biss permezz ta’ l-OMAS pass. Konsegwentement dawn l-impjegati ma jistawx jidħlu f-din l-area biex jagħmlu x-xogħol normali tagħhom qabel jinħarġilhom l-OMAS pass.

Framework tenders għall-embellishments u upgrading f'oqsma industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-aġġudikazzjoni tal-framework tender għad-diversi xogħlijiet ta' embellishments u upgrading f'diversi oqsma industrijali f'Malta u Għawdex, liema tender kienet għalqet f'Jannar 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Kuntratti ippublika avviż fid-19 ta’ Mejju 2010 li fih il-pubbliku qiegħed jiġi infurmat li seba’ kuntratturi se jikkwalifikaw għal kuntratt biex jagħmlu xogħlijiet f’diversi oqsma industrijali f’Malta u Għawdex.

Arms ltd — vouchers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ARMS Ltd qed iddum ma toħroġ il-vouchers għal persuni li huma intitolati għalihom u dan meta diġà rċevew il-kont tad-dawl u l-ilma? Jaħsibx li dan il-fatt se joħloq diffikultajiet lil numru ta' familji li qed jiġu mitluba jħallsu l-kont sħiħ mingħajr tnaqqis?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Xogħol ta' tindif fiż-żoni industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17320 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif isir ix-xogħol ta’ tindif fiż-żoni industrjali? Kif jitneħħa l-materjal ta’ bini li jinstab mitluq hemm? Meta l-aħħar li sar ġbir ta’ dan it-tip ta’ skart?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.