Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità dwar it-Trasport — Min hu responsabbli mit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min hu responsabbli mit-toroq f'pajjiżna jekk hux ic-Chairman ta' l-Awtorità dwar it-Toroq jew ic-Chairman tan-Network Infrastructures Directorate? Jista' jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet ta' ingaġġ ta' dawn iż-żewġ chairmen rigward salarji, allowances u benefiċċji oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Network Infrastructures Directorate — Managers

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm managers impjegati ma' Network Infrastructures Directorate ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport? Jista' jgħid kull manager x'inhu x-xogħol tiegħu jew tagħha? Jista' jgħid kull manager kif ġie impjegat u x'inhuma l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg rigward salarji, allowances u benefiċċji oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Regional Road — flyover

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6720 u jgħid meta hu maħsub li jiġi attwat il-pjan biex isir it-tibdil fit-toroq li jinkludi flyover fejn hu magħruf bħala t-tankijiet tal-gass fit-Triq Reġjonali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru . 6716 .

Awtorità dwar it-Trasport — brochure - open top buses

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7073 u jgħid għala l-mappa tar-rotta tan-North ippublikata fuq il-brochure tal-open top buses tal-operatur li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, hi differnti mill-mappa li ġiet ippublikata fuq it-tender(a) li din tal-aħħar hi l-istess mappa ppublikata fil-kuntratt iffirmat fl-14 ta' Ġunju, 2007? (referenzi għad-dokument qed jintbagħtu separatament) Jista' jispjega kif l-Awtorità ppermetiet li minn fuq il-mappa tan-North ippublikata fuq il-brochure tneħħew il-bus stops li skond il-kuntratt tal-14 ta' Ġunju, 2007 (riferenza: Schedule 3: The Service) u skond it-tender(b) jindika li suppost hemm fejn il-knisja parrokkjali tal-Mellieħa u fejn in-nature reserve tal-Għadira u għala l-open top double decker mhux qed tgħaddi minn hemm u jekk qattx operat minn hemm? Jista' jippreżenta kopja tas-site plans tal-loop starting points u loop stopping points tar-rotta tan-North skond il-mappa li hemm fit-tender(ċ)?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-unika rotta tan-North approvata mill-Awtorità hija dik li tinsab fil-kuntratt eżistenti. Fir-rigward tat-tneħħija ta’ loop stopping points minn fuq ir-Rotta tan-North, ninsab infurmat li f’ Jannar tal-2008, l-Awtorità kienet awtorizzat it-tneħħija tal- loop stopping points tal-Għadira Nature Reserve minħabba li din hija miftuħa għall-pubbliku b’appuntament minn qabel. Ninsab infurmat ukoll li fit-tender tar-Rotta tan-North ma jeżistu ebda site plans tal- loop starting points u l- loop stopping points

Tarxien — Triq Sant Anna - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6700 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5881, nixtieq ninforma lill-Ministru li t-triq hija maqlugħa u is-sistema tad-drenaġġ hija antik u għadha bil-katusi u hemm minnha li għadha bil-ġebel (gandott) u hemm spralli u l-ilma tat-triq qed jinżel fil-kantina tar-residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-main tad-drenaġġ fi Triq Sant Anna, Tarxien ser jinbidel. Dan ix-xogħol ġie inkluż fl-programm ta’ xogħlijiet.

Awtorità dwar it-Trasport — brochure - validità tat-tickets

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7075 u jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tippermetti lill-operatur tas-servizzi li jidhru fil-brochure li qed jintbagħat separatament u lanqas fuq it-tickets li jagħti lill-passiġġieri m'għandhomx indikat li l-istess ticket hu validu għal 24 siegħa hekk kif stipulat fit-tender u fil-kuntratt li ġie ffirmat mal-Awtorità dwar it-Trasport? Jista' jippreżenta kopja tat-ticket li l-Awtorità dwar it-Trasport approvat lill-operatur biex jingħata lill-passiġġieri li jixtru sightseeing tours - North jew South?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li skond il-kuntratti eżistenti, l-operatur mhux obbligat li jindika fuq il-brochures u/jew fuq it-tickets li l-istess ticket hu validu għal 24 siegħa. Infurmat ukoll li ma teżisti ebda kopja ta’ ticket li l-Awtorità approvat lill-Operatur għalkemm id-dettalji li jridu jkunu indikati fuq it -ticket huma stipulati fil-kuntratt eżistenti.

Awtorità dwar it-Trasport — brochure - prezzijiet tat-tours

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7074 u jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tippermetti li l-operatur tas-servizzi li jidhru fil-brochure li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, hemm imniżżla l-prezzijiet tas-servizzi l-oħra li l-istess operatur joffri, però ma hemmx imniżżla l-prezzijiet tat-tours offruti bl-open top double decker buses hekk kif mitlub jagħmel ukoll fil-kuntratt iffirmat mal-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li skond il-kuntratti eżistenti, l-operatur mhux obbligat jinkludi l-prezzijiet tat-tours offerti fuq il-brochures.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3995 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (GATT, AUSTIN)

Rigward l-informazzjoni mitluba li tkopri sal-aħħar tal-2008, nitlob lill Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru 4292. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni rigward 2009.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — riforma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir riforma fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? Jekk fl-affermattiv, dan ifisser li xi partijiet tal-Korporazzjoni se jiġu privatizzati?

Response (GATT, AUSTIN)

Saru diversi riformi fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma matul il-5 snin li għaddew, liema riformi għadhom għaddejjien sal-lum. Fil-preżent m'hemm l-ebda pjan li xi partijiet tal-Korporazzjoni ser jiġu pprivatiżżati.

Bormla — Santa Liena - Ġibjuni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6559 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Ambjent Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx xi proġett maħsub dwar l-użu aħjar tal-ġibjuni ta' Santa Liena, Bormla? Hemm xi ħsieb li jkunu msewwija biex jilqgħu fihom il-kapaċità oriġinali tal-ilma li għalihom kienu maħsuba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità Marittima ta' Malta — Baċir Nru 1 - bollards u ħadid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7007 u jgħid jekk hemmx xi pjanijiet ġodda għall-Baċir Nru 1? X'inhi r-raġuni għaliex ħaddiema tal-Awtorità Marittima ta' Malta żebgħu bollards u xi ħadid ieħor mad-dawra tal-Baċir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li qed isir studju fuq il-possibilita’ li ssir marina temporanja f’din il-lokalita’ sakemm tittieħed id-deċiżjoni.aħħarija dwar il-proġett il-ġdid għad-Dock 1. Għaldaqstant, l-Awtorita’ Marittima ħadet ħsieb li jsiru xi xogħolijiet żgħar .

Fgura — Toroq u raba'

Question

B'referenza għat-twessiegħ ta' Triq il-Foss u l-kostruzzjoni ta' Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa, Fgura jaħseb il-Ministru li l-pjanta proposta mill-Awtorità dwar it-Trasport li dettalji dwarha qed jidhru separatament, għandha tinbidel b'mod li t-twessiegħ tat-triq għandu jsir fil-parti żdingata biex jiġu protetti l-ħbula tar-raba' li jinħadmu u li huma saqwija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.

Għawdex — Rabat - parking space għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm parking spaces għall-persuni b'diżabilità fir-Rabat, Għawdex? Jista' jgħid fejn huma u meta ġew approvati mill-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar — Ħsarat fit-toroq

Question

Billi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena li għaddiet kellha tagħmel mijiet ta' interventi fuq is-sistema tal-ilma fl-inħawi ta' Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar u billi ħafna minn dawn l-investimenti wasslu biex it-toroq konċernati jibqgħu bi problemi fil-wiċċ tagħhom, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn il-ħsarat jissewwew mill-ġdid kemm jista' jkun malajr?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lil Onorevoli Nterpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu u ċioe jindika l-ismijiet tat-toroq fil-lokalitajiet imsemmija fejn saru l-interventi li qed jirreferi għalihom.

San Ħiljan — Triq it-Tabib John Buontempo - arblu tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li jsir arblu tad-dawl fi Triq it-Tabib John Buontempo, The Village, San Ġiljan, minħabba d-dlam li hemm f'din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

CVA

Question

Jista' l-Ministru jindika b'liema liġi l-operaturi tas-CVA ingħatalhom id-dritt li jekk ma jitħallsux id-drittijiet dovuti lilhom, persuna ma tistax tħallas il-liċenzja tal-vettura?

Response (GATT, AUSTIN)

Infakkar lill-Onor Interpellant illi mhiex konswetudini ta' din il-Kamra li Ministru jagħti pariri legali.

Kwalifiki għal driving instructor

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5710, jista' l-Ministru jgħid kas b’kas (mingħajr ma jidħol fid-dettalji tal-individwi) l-24 persuna li qed jistennew sabiex jiksbu liċenzja ta' driving instructor kemm ilhom li ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom? Jista' jgħid jekk huwiex minnu li bħalissa hemm dewmien sabiex dawn l-individwi jpoġġu għall-eżami? Jista' jassigura li jiġi eliminat kull dewmien li jista' jkun hemm?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Haż-Żebbuġ — Xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 5222 u 5890 u jagħti rendikont sena b’sena, tax-xogħlijiet infrastrutturali kollha (inkluż toroq) li saru mill-Gvern Ċentrali f’Ħaż-Żebbuġ, mill-2005 sal-2008? Jista' jagħti lista tax-xogħlijiet infrastrutturali li huma fil-programm tal-Gvern Ċentrali u jagħti l-ordni ta' prijorità tal-istess xogħlijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.