Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm industrijalisti Għawdxin li għandhom applikazzjonijet approvati u għadhom ma tħallsux? Tista’ tgħid kemm huma l-ammonti dovuti lil dawn l-industrijalisti u għal liema snin huma dovuti? Tista’ tgħid meta se jitħallsu u kemm se jitħallsu? Tista’ tgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għand il-Malta Enterprise? Kemm huma l-ammonti mitluba u għal liema snin huma?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li jirċievu s-servizz tal-meals on wheels f’Għawdex? Tista’ tgħid kemm iħallsu l-benefiċjarji għal dan is-servizz? Min hu eliġibbli għalih? Minn min qed jitmexxa dan is-servizz? X’inhi s-sistema tat-tħaddim tiegħu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fil-mument hemm 24 persuni anzjani f'Għawdex li qed jirċievu s-servizz tal-Meals on Wheels b'mod regolari kif ukoll 11 -il persuna bi bżonnijiet speċjali li jattendu l-iSpecial School ta' Sannat.
Il-benefiċċjarji jħallsu €2.33 għal kull ikla.
Persuni 'l fuq minn 60 sena kif ukoll persuni bi bżonnijiet speċjali huma eliġibbli. Dan is-servizz qed jitmexxa mill-Uffiċċju ta' l-Anzjani fi ħdan id-Dipartiment tal-Customer Services, Ministeru għal Għawdex b'koperazzjoni mal-Ħbieb tal-Morda u l-Anzjani u l-Moviment Azzjoni Soċjali.
L-applikant jista' japplika l-Uffiċċju ta' l-Anzjani, il-Kunsill Lokali ta' fejn joqgħod jew fil-kumpless tal-MAS f'Għajnsielem u mill-għada stess, kemm -il darba jkun eliġibli, jkun jista' jibda jibbenefika minn dan is-servizz. L-applikanti jistgħu jagħżlu l-ġranet meta jkunu jixtiequ li jirċievu l-platt sħun. M'humiex marbuta li jieħdu s-servizz kuljum. L-ikla tikkonsisti fi tliet platti b'menu varjat u adattat għad-dieta ta' l-anzjani. L-ikel ikun konservat bl-aktar mod iġeniku permezz ta' containers tal-foil u tal-ġablo. Dawn il-containers jiġu ppakjati f'thermal boxes b'mod individwali u jitqassmu permezz ta' van li tibda bir-rotta tagħha għall-ħabta ta' l-10.30a.m.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm konsulenti tqabbdu s’issa biex jagħtu xi tip ta’ konsulenza dwar l-eko-Għawdex? Kif tqabbad kull wieħed minn dawn il-konsulenti? Ħarġu xi applikazzjonijiet biex jingħataw dawn is-servizzi? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Fuq liema oqsma tal-istrateġija eko-Għawdex tqabbdu jagħtu l-konsulenzi tagħhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12044 ngħarraf ukoll illi l-esperti ntgħażlu abbażi tal-kompetenza tagħhom.
Tista' l-Ministru tgħid minn min huma magħmula l-joint ventures JPF, ENG, Gaudos JV li lkoll issottomettew offerti għall-għoti ta’ tenders f’Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-joint ventures mitluba mill-Onor. Interpellant huma magħmula kif ġej:
JPF - Asfaltar Ltd.; Road Construction Co. Ltd.; u Schembri Infrastructures.
Gaudos JV - Schembri Infrastructures; u Road Construction Co. Ltd.
ENG - Tal-Ġeneral; u ENCO SRL.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm infetħu childcare centres tal-Istat f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2009 u x’kienet in-nefqa kapitali u rikorrenti fuqhom kull sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata illi għalkemm child care centres ta' l-Istat f'Għawdex għadhom ma nfetħux għaddejja ħidma sabiex dan is-servizz jibda jiġi offrut.
Tista’ l-Ministru tagħti r-raġuni/jiet għaliex l-flus ivvotati taħt item 7096 – investment incentives li kien jidher taħt Vot Kapitali III għas-sena 2009 ma ġewx ivvotati taħt il-Ministeru tagħha għas-sena 2010?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-fondi allokati għal-investment incentives għas-sena 2010 ġew ivvotati taħt item 7096 - investment incentives (subvention) tal-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment.
Tista’ l-Ministru tagħti r-raġuni/jiet għaliex l-flus ivvotati taħt item 7113 – construction of factories taħt Vot Kapitali III naqsu minn €90,000 għas-sena 2009 għal €25,000 għas-sena 2010?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-flus ivvotati taħt item 7113 - construction of factories naqsu minn €90,000 għas-sena 2009 għal €25,000 għas-sena 2010 skond il-prijoritajiet tal-Ministeru minħabba li x-xogħolijiet maġġuri fil-Qasam Industrijali f'Għawdex isiru minn fondi tal-Malta Industrial Parks.
Tista’ l-Ministru tgħid kif inhu ppjanat li jintnefqu l-€35,000 għal titjib ta’ faċilitajiet turistiċi ivvotati taħt item 7124 tal-Vot Kapitali III u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra programm tax-xogħol li se jsir? Tista’ tgħid fuqiex intnefqu l-€35,000 li hemm ivvotati għall-2009? Tista’ tagħti dan it-tagħrif maqsum skont it-tip tan-nefqa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-fondi allokati taħt item 7124 tal-Vot Kapitali III se jintużaw għal titjib fil-lokalitajiet turistiċi, b'mod partikulari f'Marsalforn u Xlendi kif ukoll għall-faċilitajiet oħra bħall-għadds. Jiena nfurmata wkoll li n-nefqa għall-2009 minn dan il-vot kienet tikkonsisti minn:
Xiri ta’ Materjal
€2,850
Kiri ta’ Makkinarju
€4,227
Tneħħija ta’
asbestos
minn ġol-baħar
€1,180
Xogħlijiet fuq il-Moll tal-bajja ta’ Ħondoq
€22,656
Follow up
tal-
Masterplan
tad-
Diving
€1,416
Servizzi mir-
Red Cross
€2,600
Tista’ l-Ministru tgħid kif inhu ppjanat li jintnefqu l-€25,000 għall-protezzjoni tal-ambjent ivvotati taħt item 7130 tal-Vot Kapitali III u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra programm tax-xogħol li se jsir? Tista’ tgħid fuqiex intnefqu l-€25,000 li hemm ivvotati għall-2009? Tista’ tagħti dan it-tagħrif maqsum skont it-tip tan-nefqa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-flus ivvotati taħt item 7130 tal-Vot Kapitali III - Environment Protection Works ser jintużaw għal xogħolijiet skond il-pjan ta' azzjoni ta' Eko-Għawdex. Jiena nfurmata wkoll li n-nefqa għall-2009 minn dan il-vot kienet tikkonsisti minn:
Kiri ta’ Vetturi
€2,870
Tneħħija ta’ blat perikoluż minn ġol-baħar
€5,690
Tindif u ġarr ta’ materjal
€6,057
Tqegħid ta’ baga
€375
Tista’ l-Ministru tgħid kif inhu ppjanat li jintnefqu l-€70,000 għall-immaniġġjar tal-iskart solidu ivvotati taħt item 7131 tal-Vot Kapitali III u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra programm tax-xogħol li se jsir? Tista’ tgħid fuqiex intnefqu l-€70,000 li hemm ivvotati għall-2009? Tista’ tagħti dan it-tagħrif maqsum skont it-tip tan-nefqa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-flus ivvotati taħt item 7131 tal-Vot Kapitali III - Immaniġġjar ta' Skart Solidu ser jintużaw primarjament biex jitneħħa materjal mitfugħ illegalment f'żoni pubbliċi kif ukoll biex ikun hemm faċilitajiet ta' l-immaniġġjar ta' skart solidu f'Għawdex. Jiena nfurmata wkoll li n-nefqa għall-2009 kienet kif ġej:
Xiri ta’ Materjal u
parts
€12,440
Ħlasijiet għar-rimi ta’ l-iskart solidu
€7,797
Kiri ta’ Makkinarju u Apparat
€38,700
Servizz ta’
engineering
€4,370
Xiri ta’ Apparat
€6,682
Tista’ l-Ministru tgħid kif inhu ppjanat li jintnefqu l-€35,000 għall-farm access roads ivvotati taħt item 7117 tal-Vot Kapitali III? Tista’ tgħid fuqiex intnefqu l-€35,000 li hemm ivvotati għall-2009? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm għall-2010 u l-pjanti tal-farm access roads li saru matul l-2009?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-fondi vvotati għall-farm access roads f'Għawdex għas-sena 2010 huma ppjanati li jintużaw biex jinbnew u jitranġaw passaġġi fir-raba' fuq mertu prijoritarju skond is-sigurtà, l-utilità u l-ambjent. Dwar partijiet oħra tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13549.
Tista' l-Ministru tgħid x'arranġamenti saru jew qed isiru għat-tilqim tal-vaċċin tal-H1N1?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-tilqim għall-vaċċin tal-H1N1 ġewwa Għawdex qed jingħata skond il-kriterji stabbiliti maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Il-vaċċin qed jingħata lill-ħaddiema kollha li għandhom kuntatt mal-pazjenti, nisa tqal u lil dawk kollha vulnerabbli li jbatu b'mard kroniku. Qed jintużaw erba' kliniċi ġewwa l-Isptar Ġenerali sabiex issir din it-tilqima.
Dawk il-pazjenti li ma jistgħux joħorġu minn darhom jistgħu jċemplu lill-MMDNA biex ilaqqmuhom ġewwa darhom stess.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — tenders tal-operating theatres
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'ġara u tagħti rendikont rigward it-tenders tal-operating theatres fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-offerti li ġew sottomessi għat-tender tal-operating theatre ma ssodisfawx il-kriterji stipulati fit-tender dossier u għalhekk ġew ikkanċellati mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Ċirkulari dwar il-pożizzjoni tad-Direttur tat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku
Question
B'referenza għaċ-ċirkulari, li dettalji dwarha qed jidhru separatament, dwar il-pożizzjoni ta' Direttur tat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku fil-Ministeru għal Għawdex, tista' l-Ministru tispjega liema huma l-comparable grades li impjegati fis-settur pubbliku jista' jkollhom u li jagħmluhom eliġibbli għal din il-pożizzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru virements s’issa għas-sena 2009 mill-items tal-Voti Rikorrenti u Kapitali tal-Ministeru tagħha u tagħti l-ammont tagħhom? Tista’ tagħti l-ammonti tal-virements minn kull item u tgħid għal liema items ġew trasferiti? Tista’ tagħti l-ammonti tal-fondi li ġew trasferiti għal kull item? Tista’ tagħti r-raġuni għal kull virement li sar? Tista tagħti d-data ta’ meta sar kull virement?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tagħti r-raġuni/jiet għaliex l-flus ivvotati taħt item 16 – allowances taħt Vot Rikorrenti Nru 14 żdiedu b’€550,000 għas-sena 2010?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li din iż-żieda hija bbażata fuq kemm hu maħsub li se tammonta l-ispiża tad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex taħt dan l-item matul is-sena 2010.
Tista’ l-Ministru tagħti r-raġuni/jiet għaliex l-flus ivvotati taħt item 27 – trasport taħt Vot Rikorrenti Nru 14 żdiedu b’€60,000 għas-sena 2010?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li din iż-żieda hija bbażata fuq kemm hu maħsub li se tammonta l-ispiża tad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex taħt dan l-item matul is-sena 2010.
Tista’ l-Ministru tagħti r-raġuni/jiet għaliex l-flus ivvotati taħt item 5250 – landscaping Gozo taħt Vot Rrikorrenti Nru 14 naqsu b’€200,000 għas-sena 2010?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-flus ivvotati taħt item 5250 - landscaping Gozo Vot Rikorrenti Nru 14 naqsu b'€200,000 għas-sena 2010 skond il-prijoritajiet tal-Ministeru.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Jista’ jgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa matul is-sena 2009 taħt kull item of expenditure f'Għawdex sew kapitali kif ukoll rikorrenti? Kemm kien l-ammont kommess għan-nefqa taħt kull item u li baqa’ ma tħallasx? Saru xi trasferimenti ta’ fondi minn item għal ieħor matul is-sena? Jekk fl-affermattiv, minn liema u għal liema items saru? X’kien l-ammont ta’ kull trasferiment u f’liema data sar kull trasferiment?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.