Pipeline li jissupplixxu gass bejn Malta u Sqallija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17683 u 17044 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid xi żviluppi hemm dwar il-pipeline li jissupplixxi gass bejn Malta u Sqallija? Meta hu ppjanat li jseħħ dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Architecture Project - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17415, 17224, 17006 u 16785 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16785, liema tweġiba tapplika wkoll għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 17415, 17224, u 17006.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' computers
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17611, 17348, 17160, 16919 u 16528 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni sabiex jara li bozza maqtugħa li ġiet irrapurtata fil-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex li qiegħda quddiem it-Tulip Bar fi Triq Testa Ferrata, tkun irranġata għaliex ilha rrapurtata ġimgħatejn?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17615 u 17449 u jgħid għaliex fil-web page tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u tal-Korporazzjoni Enemalta, il-bill calculator ma kenitx qiegħda tiffunzjona għal dawn l-aħħar xhur? Jista' jispjega din l-ineffiċjenza meta suppost bl-ARMS Ltd l-affarijiet isiru aktar effiċjenti?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex jara li bozza b'referenza 50/0573/08 li ġiet approvata kemm mill-Korporazzjoni Enemalta kif ukoll mill-Kunsill Lokali tar-Rabat kif indikat fil-korrispondenza li qed tingħata separatament? Jidher li min korrispondenza mall-Kunsilli Lokali tar-Rabat hemm indikazzjoni li wires li kienu hemm u għal xi raġuni tneħħew illum qed joħolqu diffikulta sabiex din il-bozza titwaħħal f'postha?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni u kumpaniji li huma rreġistrati mal-VAT maqsuma skont is-settur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni u kumpaniji reġistrati mal-VAT skont is-settur huwa kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16604, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk il-kexxun tal-Baċir Nru 1, hux miżmum f'post f'parti mit-Tarzna li issa se tiġi privatizzata? Jekk hu l-każ, jista' jgħid jekk dan hux se jibqa' parti mill-Baċir Nru 1?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kexxun tal-Bacir Numru 1 m’huwiex miżmum f’ post fit-Tarzna li issa se tiġi privatizzata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16609 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema kienu l-vapuri li daħlu fit-Tarzna matul is-sena 2009 u 2010 sal-għeluq tagħha? Kemm dam kull vapur u f'liema baċir/moll kien marbut kull vapur waqt l-istess xogħlijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17073 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4223, jista' l-Ministru jaġġornani b'informazzjoni fuq dan il-proġett u jgħid meta huwa ppjanat li jibda u jispiċċa l-proġett ta' Crafts Village f'Ta' Qali? Kemm fil-fatt huwa stmat li se jiswa dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddejja l-aħħar fażi tal-finalizzazjoni ta' l-istimi u pjan ta' żvilupp tal-proġett fuq il-bażi tal-pjanijiet kif diskussi mar-rappreżentanti tas-sidien.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħol ta' konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'xogħol ta' konsulenza ngħata lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ.li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b'sena bejn l-2004 u l-2009? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol u xi ħlas sar ta' kull biċċa xogħol ta' konsulenza ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Stallazzjoni tal-cable connection bejn Malta u l-grid tal-enerġija Ewropew
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17334 u 17120 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema huma l-erba' kumpaniji li tefgħu formalment il-bid tagħhom s'issa għall-kuntratt tal-istallazzjoni tal-cable connection bejn Malta u l-grid tal-enerġija Ewropew? Jekk huma konsorzja, minn min huma komposti? Minn min huwa kompost il-bord tal-membri tal-aġġudikazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi effettivi qed jittieħdu biex jkun hemm fast tracking tal-queues li qed jkun hemm ta' kuljum fl-aġenzija ARMS Ltd, b'inkonvenjent kbir għal dawn in-nies speċjalment meta jkunu persuni ta' ċertu età, bi bżonnijiet speċjali u problemi oħra ta' saħħa kif ukoll nies li jkunu ħadu leave apposta?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17518, 15380, 15617, 15858 u 17268 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena, sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15380.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17520 u 17258 u jgħid kemm kien il-konsum tal-ilma f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2002 sal-lum? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub separatament għall-oqsma industrijali, kummerċjali u domestiċi?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17507 u 16997 u jassigura li l-ebda direttur fuq il-bord tal-Korporazzjoni Enemalta m'għandu kunflitt ta' interess f'oqsma li fihom il-kumpanija tixtri prodotti u servizzi? F'każ li jeżistu dawn il-każijiet, liema huma?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru, b'referenza għad-Dragonara Casino, jgħid - issa li l-preferred bidder ġie dikjarat - x'se jkunu l-kondizzjonijiet li bihom il-preferred bidder se jieħu l-pussess temporanju u/jew il-ġestjoni tad-Dragonara Casino? Veru li hemm pjanijiet li l-entertainment li s'issa għadu jiġi provdut fil-bar area se jispiċċa u minflok se jkun hemm iktar slot machines fil-bar area? Veru li s-servizz tal-catering se jonqos drastikament? Għaliex il-ħaddiema ma ġewx ikkonsultati dwar it-takeover li ġejja għajr li l-casino se jingħalaq għal 15-il jum? Se jkun hemm tnaqqis tal-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema jew addirittura fil-headcount tal-ħaddiema? Veru li se jitneħħew il-part-timers?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il binja/proprjetà tal-gvern hemm mal-Victoria Lines li hija okkupata illegalment u jekk jafx minn min hu okkupat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi jirriżulta li hemm sitt (6) strutturi proprjetà tal-Gvern fil-Victoria Lines li m’humiex mikrija u li x’aktarx huma okkupati illegalment.
Id-Dipartiment qiegħed jinvestiga din l-allegazzjoni. Jekk u meta jirriżultalu li hemm abbuż, jittieħdu l-passi kollha, inkluż azzjoni ta’ żgumbrament, kif sar fl-istess akkwata madwar sena u nofs ilu fuq abbuż ta’ art pubblika.