Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reserved parking

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6660 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jara x'sar minn reserved parking ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li minkejja li applikat it-talba ma ġietx aċċettata? Jista' l-Ministru jivverifika l-każ peress li hija ssostni li nies b'diżabilità bħalha ħarġulhom l-blue sticker u tagħha ma ħarġitx?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ Dwar it-Trasport ta’ Malta m’għandha l-ebda applikazzjoni għal Reserved Parking Bay għal din il-persuna li ntbagħtu d-dettalji tagħha. Il-blue badge tapplika għaliha u tinħareġ mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’.

Każ fuq kont tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-kont tal-ilma ta' anzjana li d-dettalji tagħa qed jintbagħtu separatament li qed tilmenta li ġie għoli pparagunat ma' kontijiet oħrajn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma naħsibx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta' l-individwu konċernat.

Tneħħija tal-capping fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7245, 6871, 5732, 5337, 4812 u 3539 u jgħid kemm huwa stmat li t-tneħħija tal-capping fuq dawl u ilma se tiswa lill-industrija globalment f'sena waħda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mtarfa Bypass — tarmac cracks

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li saru fuq l-Imtarfa bypass, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6924, 6619, 6206, 6120, 5616 u 5219 u jispjega kif f'diversi partijiet fuq iż-żewġ naħat tal-bypass hemm tarmac cracks fil-wiċċ tat-triq? Jista' jara li ssir inkjesta serja sabiex tiġi stabbilita eżatt in-natura li qed tikkawża dawn it-tarmac cracks? Jekk fl-affermattiv meta ser isir dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6923, 6618, 6207, 6119, 5819, 5581 u 5122 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ matul 2008 kienet ta' €282,324,798.

Awtorità dwar it-Trasport — Ħlas lill-kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 7293, 6954, 6695, 6124 u 6267 u jgħid għalfejn il-kuntratturi li jaħdmu għall-Awtorità dwar it-Trasport idumu żmien twil ma jitħallsu b'detriment għall-istess kuntratturi li jkollhom pagi u materjal xi jħallsu u interessi fuq l-overdrafts? Veru li ċ-Chief Executive Officer jiffirma ċ-ċekkijiet ta' ħlas lil dawn il-kuntratturi darba fix-xahar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif saru l-ħlasijiet dawn l-aħħar xahrejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li ttini eżempju tal-fatti li qed issemmi.

Toroq arterjali li se jsir xogħol fuqhom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7224, 6880,6502, 5924, 5715, 5470 u 5293 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali, distributorji u lokali li hu ppjannat li jsir xogħol fuqhom matul din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qtugħ tas-servizz tad-dawl lil familja

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn stante li f'din il-familja jgħixu żewġ persuni, it-tnejn bir-relief, wieħed minnhom qiegħed rikoverat fl-Isptar Monte Carmeli? Jista' jgħid għalfejn inqata' s-servizz tad-dawl? Jaħseb li l-Gvern tramite l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kellu jagħti ż-żmien għall-ħlas? Jaħseb li t-talba ta' €350 hija projbittiva biex jerġa' jiddaħħal id-dawl fid-dar de quo tenut kont iċ-ċirkostanzi soċjali tal-każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-każ li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant hu ta' natura soċjali. Nitlob għalhekk lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsijiet lill-Ministru konċernat minħabba li l-Gvern ma jeżerċitax il-politika soċjali tiegħu permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Xlendi — Cruise liners - bagi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7064, jista’ l-Ministru jgħid kemm passiġġieri jġorr kull wieħed mill-cruise liners imsemmija? Meta mistennija titqiegħed il-baga biex dawn il-cruise liners ikun jistgħu jorbtu magħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ninsab infurmat li l-baga mistennija titqiegħed lejn nofs din is-sena.

Tender għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex ħarġitx sal-aħħar ta’ Marzu kif kien mistenni? Jekk fin-negattiv, għaliex? X’qed jagħmel il-Gvern biex jassigura x-xogħol għall-ħaddiema li qed jaħdmu mal-Gozo Channel?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Cirkewwa — Dawl maqtugħ

Question

Billi bosta dwal fl-inħawi tal-port taċ-Ċirkewwa (madwar il-mollijiet) ilhom maqtugħa għal xi żmien, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn jissewwew?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lill-Awtorita' Marittima.

St Julians — Triq Baħar l-Iswed - Taraġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma sarx it-taraġ li kellu jsir bosta snin ilu fi Triq Baħar l-Iswed, minn fuq il-mina ta’ Triq Reġjonali sa taħt il-bridge ta’ San Giljan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

San Ġiljan — Triq Ġdida f'Baħar l-Iswed - Arblu tad-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta mistenni jitneħħa l-arblu tad-dawl li jinsab f’nofs ta’ triq, fi Triq Ġdida f’Baħar l-Iswed, The Village, San Ġiljan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-Enemalta.

Każ ta' residenza privata

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jiġi rranġat inkonvenjent li ilu madwar tmien snin f'residenza privata li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament jigifieri ilma\drenagg dieħel f'garaxx?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta' l-individwu konċernat.

Apprentistati fit-Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' apprentistat li llum qed jissoktaw bix-xogħol fit-tarzna ta' Malta? X'inhuma siegħat tax-xogħol tagħhom? X'nazzjonalità għandhom?

Response (GATT, AUSTIN)

In-numru ta’ apprentisti li għadhom fl-apprentistat jammonta għal sittax (16). Is-siegħat ta’ xogħol ivarjaw skond il-korsijiet li jattendu u huma mqassmin kif jidher hawn taħt: Nhar ta’ Tnejn - 9 jattendu l-MCAST u 7 ikunu xogħol; Nhar ta’ Tlieta - 9 jattendu l-MCAST u 7 ikunu xogħol; Nhar ta’ Erbgħa - 6 jattendu l-MCAST u 10 ikunu xogħol; Nhar ta’ Ħamis - 5 jattendu l-MCAST u 11 ikunu xogħol; Nhar ta’ Ġimgħa - 7 jattendu l-MCAST u 9 ikunu xogħol. Is-siegħat tax-xogħol huma bejn is-7.00 u t-15.00. L-apprentisti huma kollha ta’ nazzjonalita’ Maltija.

Korporazzjoni Enemalta — privattizzazzjoni tal-Petroleum Division

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu d-diskussjonijiet għal privatizzazzjoni tal-Petroleum Division tal-Korporazzjoni Enemalta? Ma' liema kumpannija qegħdin isiru t-taħdidiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Persuni li qed ifittxu l-ażil f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7416 u jgħid kemm hu l-ammont ta' Karti tal-Identità temporanji li nħarġu lil persuni li qed ifittxu l-ażil f'Malta sena b'sena mill-2001 sal-lum? Kemm hu l-ammont ta' persuni li qed ifittxu l-ażil f'Malta li ċċaħħditilhom it-talba msemmija u li ilhom f'pajjiżna għal aktar minn sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-trasport — Malta by night

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7302 u 7072 u jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt ta' tliet rotot maħduma kuljum msejħa Malta by Night li qed tinħadem minn kumpannija li isimha qed jinbagħat separatament u li qed tiġi riklamata fuq il-brochure li qed jintbagħat separatament tal-istess operatur u li suppost hu approvat mill-Awtorità dwar it-Trasport? Jista' l-Ministru jgħid għala għal dawn l-aħħar sentejn ġiet operata r-rotta Malta by Night mingħajr ma hi msemmija fuq it-tender u lanqas hi msemmija fuq il-kuntratt li l-awtorità iffirmat mal-operatur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma jeżistux kuntratti ta’ tlett rotot imsejħa Malta by Night. Infurmat ukoll li fejn jirriżulta li tkun qed tinħadem rotta li ma tkunx skond kif stipulata fil-kuntratti eżistenti, l-ADT tieħu l-passi neċessarji skond it-termini tal-istess kuntratti.

Bingemma — arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jassigura li numru ta' arbli tad-dawl f'Binġemma limiti tal-Imġarr jinbidlu ma' oħrajn ġodda għaliex jinsabu ta' periklu u ta' inkonvenjent għar-residenti u l-bdiewa tal-madwar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Direttur tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-Direttur tat-Toroq ta' l-Awtorità dwar it-Trasport tneħħiex qabel spiċċalu l-kuntratt? Jekk iva, jista' jgħid għaliex u jekk għandux intenzjoni li jingaġġa lil xi ħaddieħor minfloku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.