Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — swali tal-operazzjonijiet - apparat
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-apparat kollu li hemm fis-swali tal-operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kull item ta’ apparat meta nxtara?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tibdil fl-ispeċifikazzjonijiet ta' Triq l-Imġarr, Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk inbidlux l-ispeċifikazzjonijiet ta' Triq l-Imġarr, Għawdex? Tista' tgħid fiex kien jikkonsisti dan it-tibdil u tagħti r-raġunijiet għal dan?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ilu magħluq il-canteen tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista' tagħti d-dettalji għaliex ingħalaq u kemm se jdum magħluq?
Hija konxja li billi qrib il-gates tal-Isptar m'hemmx ħwienet, l-għeluq ta’ dan il-canteen qed joħloq tbatijiet kbar lil ħafna persuni li qed ikollhom iġorru ċerti neċessitajiet fuq idejhom minn Pjazza San Frangisk jew Triq Borg Olivier sal-Isptar?
Fejn wasal ix-xogħol li kien qed jagħmel id-Dipartiment tal-Artijiet imsemmi fit-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 10765, Seduta 145 tas-6 ta’ Ottubru tas-sena 2009, u meta se toħroġ l-offerta ?
Taħt min taqa’ l-kirja tal-canteen tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex, taħt id-dekasteru tagħha jew taht il-Ministeru li jaqa’ taħtu d-Dipartiment tal-Artijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Canteen ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ilu magħluq minn Awwissu 2009. Il-kerrej li kien hemm ġie żgumbrat mill-Kummissarju tal-Artijiet peress li ma kienx iħallas il-kera u kien ħalla jakkumula ammont ta' kera. Il-Canteen jerġa' jinfetaħ wara li tinħareġ sejħa għall-offerti u jintgħażel il-kerrej prospettiv.
Il-kirja tal-Canteen ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, taqa' taħt id-dekasteru tal-Ministeru li jaqa' taħtu d-Dipartiment tal-Artijiet.
Spiżerija ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex — ilmenti
Question
Peress li qed ikun hemm ħafna tgergir mill-pubbliku għaliex l-Ispiżerija ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex qed tagħlaq u qed ikun għad baqa' in-nies jistennew, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li kienu saru arranġamenti biex it-twieqi ta' l-ispeżerija jibqgħu miftuħin sas-1.00p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa u sal-11.30a.m. nhar ta' Sibt.
F'Diċembru 2009 intela' l-post vakant ta' spiżjara u hekk issa għandna management ġdid, iżda xorta waħda, is-sitwazzjoni qed tkun evalwata sabiex inkomplu ntejbu s-servizz tal-ispiżerija.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 10965 li oriġinarjament saret lill-MInistru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilha u tgħid x'korsijiet qed isiru bħalissa u għas-sena skolastika kurrenti fl-Istitut tal-Istudji Turstiċi fil-Qala? Min qiegħed jagħti dawn il-korsijiet u xi kwalifiki għandhom dawn il-persuni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li rigward korsijiet u Lecturers fl-ITS il-Qala bħalissa huma hekk:
Korsijiet Numru ta' Lecturers
ESTS l-ewwel sena 3 Lecturers
ESTS it-tieni sena 2 Lecturers
Pastry & Baking Level 1 2 Lecturers
Pastry & Backing Intermediate Level 2 1 Lecturer
Food Preparation & Culinary Arts Part Time 1 Lecturer
Il-Lecturers kollha għandhom id-Diploma, l-kwalifika rikjesta fis-suġġett konċernat.
Qala — Istitut tal-Istudji Turstiċi - korsijiet li saru s-sena li għaddiet
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamnetari 10966 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kulutra, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilha u tgħid x'korsijiet kien hemm fl-Istitut tal-Istudji Turstiċi tal-Qala s-sena li għaddiet? Kemm attendew persuni għal dawn il-korsijiet? X'kienu l-kwalifiki tal-persuni li għallmu dawn il-korsijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-korsijiet fl-2008 u n-numru ta' studenti li attendew kienu hekk:
Kors Numru ta' Studenti
ESTS l-ewwel sena 16 -il student
ESTS it-tieni sena 14 -il student
Pastry & Baking Level 1 13 -il student
WSET Part Time 11 -il student
Il-Lecturers kollha għandhom id-Diploma, l-kwalifika rikjesta fis-suġġett konċernat.
Qala — l-Istitut tal-Istudji Turistiċi - kwalifiki
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 10963 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilha u tgħid min qiegħed imexxi bħalissa l-Istitut tal-Istudji Turistiċi fil-Qala? Xi kwalifiki għandha din il-persuna u kif ġiet magħżula għall-ħatra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-persuna li bħalissa qiegħda tmexxi l-Istitut tal-Istudji Turistiċi fil-Qala hija full time lecturer, impjegata tal-ITS Malta. Din hi l-unika full-time lecturer fl-ITS fil-Qala u qiegħda tmexxi hi wara li l-full-time lecturer tal-ITS Malta li kien qed imexxi ITS fil-Qala qabilha iddeċieda, ftit jiem biss qabel bdiet is-sena skolastika 2009/2010, li ma jibqax jagħmel dan ix-xogħol.
Tista’ l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa biex ikun hemm servizz ta’ WIFI fis-swali u l-kmamar tal-wards tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li għalkemm bħalissa m'hemmx il-ħsieb li tiġi introdotta is-sistema tal-WIFI, mhix eskluża l-possibilità li jkun provdut dan is-servizz.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — servizzi ta’ konsulenti, senior registrars u registrars
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm oqsma ta’ kura medika koperti b’servizz ta’ konsulenti, senior registrars u registrars fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kemm hemm konsulenti, senior registrars u registrars f’kull qasam? Tista’ tgħid kemm u liema minnhom huma impjegati tal-Ministeru għal Għawdex? Tista’ tgħid kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin f’kull qasam ta’ speċjalità?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — servizzi ta' outpatient
Question
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema oqsma ta’ kura medika hemm servizzi ta’ outpatient fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kemm hemm konsulenti, senior registrars u registrars f’kull qasam? Tista’ tgħid kemm u liema minnhom huma impjegati tal-Ministeru għal Għawdex? Tista’ tgħid min minnhom huma Maltin jew barranin?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — informazzjoni fuq outpatients
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huma l-ġranet ta’ stennija għal appuntament ta’ servizz ta’ outpatient għal każijiet ġodda f’kull qasam tal-kura medika fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kemm-il darba fil-ġimgħa/fix-xahar u kull meta jingħataw is-servizzi ta’ outpatient f’kull qasam ta’ kura? Tista’ tgħid kemm kien hemm każijiet ġodda ta’ outpatients kull sena mill-2000 sal-2009 skont il-qasam tal-kura medika? Kemm kien hemm follow-ups?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-konferenza stampa li saret fil-5 ta' Jannar 2010, tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-preservazzjoni ta' sit taċ-Ċirku tal-Ġebel f'Għawdex minħabba li huwa espost għall-elementi naturali u in vista ta' aktar skavi li hemm pjanati li jsiru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li għalkemm ir-responsabilità tas-sit imsemmi mill-Onor. Interpellant jaqa' taħt ir-responsabilità ta' Heritage Malta, il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jagħmel il-parti tiegħu biex dan is-sit jiġi ppriservat kif jeħtieġ. Fil-fatt, il-Ministeru għal Għawdex issottometta applikazzjoni taħt il-fondi EAFRD biex tinbena tinda fuqu li filwaqt li toffri protezzjoni lis-sit tkun tista' sservi biex tiffaċilità l-aċċess għall-viżitaturi. Ir-responsabilità finali tal-priservazzjoni ta' dan is-sit hija responsabilità ta' Heritage Malta.
Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri ser jieħu l-Ministeru biex isiru t-tiswijiet meħtieġa fiċ-Ċentru tal-Inkubazzjoni ta' Għajnsielem peress li mill-aħħar mistoqsija parlamentari li għamilt ftit li xejn sar xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi xogħolijiet ta' manutenzjoni fuq iċ-Ċentru jsiru fuq bażi regolari.
Ċentru ta' Inkubazzjoni — faċilitajiet ta' emerġenza kontra n-nirien u first aid
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-faċilitajiet ta' emerġenza ta' kontra n-nirien u first aid fiċ-Ċentru tal-Inkubazzjoni humiex mgħammra f'kull workshop fl-istess ċentru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull workshop fiċ-Ċentru tal-Inkubazzjoni huwa mgħammar b'fire extinguisher u sistema ta' fire alarm. Il-klijenti tal-ħwienet tax-xogħol (workshops) huma obligati li jagħmlu mezzi oħrajn ta' kontroll skond in-natura tax-xogħol tagħhom u li josservaw ir-regolamenti mposti fl-Att dwar is-Saħħa u Sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Għawdex — bord tal-għażla ta’ l-aħjar offerti ta' toroq
Question
Tista' l-Ministru tgħid minn min hu kompost il-bord tal-għażla ta’ l-aħjar offerti ta' toroq f'Għawdex u tgħid xi kwalifiki għandu kull membru tal-bord u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra curriculum vitae ta' kull membru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema offerti qed tirreferi peress li kull offerta jkollha bord tal-għażla għaliha.
Tista' l-Ministru tgħid liema entitatijiet u dipartimenti ġew ikkonsultati fuq l-għoti tal-kuntratti li ngħataw riċentement għat-toroq tax-Xlendi u ta' Pinu fost l-oħrajn?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ebda entità jew dipartiment ma jiġi kkonsultat fuq l-għoti ta' kuntratti.
Offerti għat-toroq ta' Pinu, tal-Imġarr u tax-Xlendi
Question
Tista' l-Ministru tgħid min ħa l-offerti għat-toroq ta' Pinu, Triq l-Imġarr u Triq tax-Xlendi u taħt liema termini u kundizzjonijiet? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti relattivi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Dwar il-parti tal-mistoqsija li titratta Triq l-Imġarr, nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Dwar il-kumplament tal-mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Evalwazzjoni rrakkomanda lill-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti biex it-tender għax-xogħolijiet fi Triq ta' Pinu jingħata lil Gaudos Joint Venture u rigward it-Triq tax-Xlendi din għadha fil-fażi ta' tendering. It-termini u l-kundizzjonijiet kemm tat-Triq Ta' Pinu kif ukoll dik tax-Xlendi qegħdin fit-tender dossier li jinsab fuq il-website tad-Dipartiment tal-Kuntratti.
Tista' l-Ministru tgħid kif il-Gvern se jalloka €25,000,000 fi tliet snin għall-proġetti relatati ma' eko-Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata illi s-somma ta' €25,000,000 allokata għal Eko-Għawdex hija ntiża biex jitwettqu l-proposti msemmija fid-dokument : Eco-Gozo - a better Gozo (Proposed Action 2010-2012) li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tal-Parlament fis-seduta tad-9 ta' Novembru 2009.
Vot Kapitali III — taħwil tas-siġar u tisbiħ tal-ambjent
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kif inhu ppjanat li jintnefqu l-€20,000 għat-taħwil tas-siġar u għat-tisbiħ tal-ambjent ivvotati taħt item 7115 tal-Vot Kapitali III u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm tax-xogħol li se jsir? Tista’ tgħid fuqhiex intnefqu l-€20,000 li hemm ivvotati għall-2009? Tista’ tagħti dan it-tagħrif maqsum skont it-tip tan-nefqa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-flus ivvotati taħt item 7115 tal-Vot Kapitali III ser jintużaw għat-titjib fin-nurseries u għat-tħawwil ta' siġar u pjanti f'imsaġar u artijiet pubbliċi u li l-flus ivvotati għall-2009 intużaw kif ġej:
Xiri ta’ żrieragħ, xtieli, materjal, siġar u materjal għat-tkabbir tas-siġar u pjanti
€14,474
Materjal, apparat u xogħol ta’ titjib fin-
nurseries
€3,952
Kiri ta’ apparat
€1,574