Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13968 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — struttura amministrattiva - informazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-istruttura amministrattiva (i) tas-Servizzi Mediċi, (ii) Servizzi ta’ Infermiera u (iii) Servizzi Anċillari (lay administration li tinkludi stores, manutenzjoni, trasport, kċina, tindif, eċċ.) tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-organogramma ta’ kull struttura fl-isptar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13969 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — faċilitajiet u servizzi ta’ terapija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’faċilitajiet u servizzi ta’ terapija, minbarra dawk ta’ fisjoterapija, hemm fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tagħti lista tal-apparat kollu li hemm fit-taqsima? Tista’ tgħid kull item ta’ apparat meta nxtara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tiġi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13970 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Dipartiment tad-Dentistrija - apparat

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-apparat kollu li hemm fid-Dipartiment tad-Dentistrija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kull item ta’ apparat meta nxtara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13971 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — żjarat mid-dirtetturi kliniċi responsabbli mis-servizzi mediċi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-Diretturi kliniċi li huma responsabbli mis-servizzi mediċi provduti fl-isptarijiet tal-Istat fil-gżejjer Maltin humiex qed iżuru regolarment l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kif huma obbligati jagħmlu? Jekk le, għaliex? Jekk iva, tista’ l-Ministru tgħid kemm-il żjara saret minn dawn id-Diretturi fl-2009? Meta saru u minn liema Diretturi? Saru xi rakkmandazzjonijiet minn dawn id-Diretturi? Jekk iva, x’kienu? Ġew implimentati dawn ir-rakkmandazzjonijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #14233 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Wied l-Infern - tindif

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża minfuqa biex sar tindif fil-Wied tal-Infern fil-limiti taż-Żebbuġ Għawdex, wara tfigħ illegali ta' radam f'dan il-wied fl-2007?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li dawn l-inħawi jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali tal-lokalita' rispettiva, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #14443 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Ministu tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender documents sottomessi rigward proġetti finanzjati jew ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea f'din l-aħħar sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-Onor. Interpellant hu nfurmat li d-dokumenti li qed jitlob jikkontjenu informazzjoni ta' natura kummerċjali u għalhekk mhux indikat li 'tender documents' jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13960 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — numru ta' operazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kull sena mis-sena 2000 sal-2009? Tista’ tagħti n-numru tal-operazzjonijiet skont il-qasam ta’ kura medika bħal maternità/ġinekoloġija, oftalmoloġija, ortopedija eċċ.?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13961 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Taqsima tal-Patoloġija - apparat

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-apparat kollu li hemm fit-Taqsima tal-Patoloġija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kull item ta’ apparat meta nxtara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13962 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — wards maqsuma - informazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm wards fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex maqsumin skont is-servizz mediku li jagħtu? Tista’ tgħid kemm hemm sodod f’kull ward u tgħid x’kienet ir-rata ta’ okkupanza f’kull ward kull sena mis-sena 2000 sal-2009?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13963 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — sptar f'Tal-Ibraġġ - wards

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm wards fl-Isptar f’Tal-Ibraġġ li kien inbena bħala sptar għall-kura psikjatrika? Għaliex qed tintuża kull ward illum? Kemm hemm pazjenti f’kull ward?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex; Fergħa tal-Ibraġġ, hemm 3 wards. 1. Ix-Short stay ward - Għall-mard psikjattriku akut; - Admission Ward; hemm 6 pazjenti (u 21 pazjent 'on leave') 2. il-Long Stay Ward - Għall-mard psikjattriku kroniku / Residenza; hemm 30 pazjent (u 3 pazjenti 'on leave') 3. il-Male Geriatric Ward - Residenza għall-Anzjani Rġiel; hemm 32 resident/pazjent (Numru ta' pazjenti 'as per' 13-1-2010.)
Leg 11 PQ #13964 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Dar Sant' Anna

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm sodod f’Dar Sant’Anna fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kemm hemm anzjani residenti f’din id-dar? Kemm hemm staff biex jieħdu ħsieb din id-dar? X’inhu l-grad tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-Residenza Sant'Anna hemm 81 sodda li fil-preżent huma kollha mimlijin. Id-dettalji dwar l-istaff li jieħu ħsieb din ir-Residenza qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13965 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Taqsima tal-Anzjani Rġiel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm anzjani rġiel fix-short-stay, fil-medium stay u fil-long stay rispettivament fit-Taqsima tal-Anzjani Rġiel fil-Kumpless tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Kemm hemm staff jieħdu ħsieb dawn il-wards? X’inhu l-grad tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #14259 Sitting 185 2010-01-26 Oral · Final From: JEFFREY PULLICINO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Informazzjoni dwar bordijiet

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra tar-Rappreżentanti kif ġej: a. Liema Bordijiet jaqgħu taħt id-dikasteru tagħha? b. In-numru ta’ diretturi fuq dawn il-bordijiet? ċ. Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel? d. Kemm hemm chairpersons nisa fuq il-bordijiet tal-Ministeru konċernat? e. Kemm inħatru diretturi u chairpersons wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'hemmx bordijiet statutorji fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Leg 11 PQ #13330 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Qala — Istitut tal-Istudji Turstiċi - studenti li segwew xi korsijiet

Question

Tista' l-Ministru twieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 10968 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm hemm studenti li qed isegwu xi kors fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi fil-Qala?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 47 student/a li bħalissa qed isegwu xi korsijiet fl-ITS fil-Qala.
Leg 11 PQ #13332 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Qala — Istitut tal-Istudji Turstiċi

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 10970 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u tgħid min kien imexxi l-Istitut tal-Istudji Turstiċi tal-Qala s-sena li għaddiet? B'liema kwalifiki? Għaliex ma baqax imexxi dan l-istitut?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s-sena li għaddiet kien qiegħed imexxi l-Istitut tal-Istudji Turistiċi fil-Qala full time lecturer, impjegat tal-ITS Malta. Ma baqax imexxi dan l-Istitut fuq deċiżjoni tiegħu.
Leg 11 PQ #13333 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Qala — Istitut tal-Istudji Turstiċi - postijiet ta' kap u ta' għalliema

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 10971 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid x'sejħiet saru biex jimtlew il-postijiet ta' kap u ta' għalliem fl-Istitut tal-Istudji Turstiċi fil-Qala? Xi kwalifiki ntalbu? Kemm applikaw? Min applika u b'liema kwalifiki? Min intgħażel u b'liema kwalifiki?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saret l-ebda sejħa għall-post ta' kap fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi fil-Qala.
Leg 11 PQ #13954 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Taqsima tal-Fisjoterapija - apparat

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-apparat kollu li hemm fit-Taqsima tal-Fisjoterapija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kull item ta’ apparat meta nxtara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13955 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — ambulanzi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ambulanzi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kull waħda minnhom meta nxtrat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm ħames (5) ambulanzi. Tip ta' Ambulanza Meta nxtrat GVN 235 Volkswagen transporter 14/05/1990 GVN 238 Volkswagen transporter 04/05/1990 GVN 241 Volkswagen transporter 29/05/1987 GVN 037 Fiat Ducato 24/02/1997 GVN 459 Fiat Ducato 06/03/2003. Fil-preżent qed titħejja t-tender għal xiri ta' żewġ ambulanzi oħra.
Leg 11 PQ #13956 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Taqsima tas-CCU - apparat

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-apparat kollu li hemm fit-Taqsima tas-CCU fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kull item ta’ apparat meta nxtara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13957 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Taqsima Radjoloġija -apparat

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-apparat kollu li hemm fit-Taqsima tar-Radjoloġija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kull item ta’ apparat meta nxtara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.