Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tiswija saret fil-pajpijiet tal-ilma matul is-sena 2009 f'Malta u f'Għawdex? Jista' jgħid x'jiġri meta jkun hemm ħsara ġewwa pajp li jkun qed jipprovdi l-ilma biex il-poplu jixrob? Jista' jgħid jekk jitteħdux kampjuni biex jaraw li dak l-ilma li joħroġ mill-pajp li jkun inqasam ma jkunx ikkontaminat b'xi mod?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena li għaddiet (2009), il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sewwiet 19,145 ħsara fuq pajpijiet tal-ilma tax-xorb. Minn dawn, ‘il fuq minn 95% kienu ħsarat fuq servizzi tal-ilma, bil-kumplament ikunu tiswijiet fuq mejnijiet tal-ilma.
Meta ssir tiswija ta’ servizz tal-ilma, ir-riskju ta’ kontaminazzjoni huwa zgħir ħafna, peress li l-pressa fil-kanen timbotta l-ilma l-barra u għalhekk diffiċli ħafna li xi materjal estranju jidħol ġol-kanna. Meta jinbidel servizz sħiħ, il-kanna l-ġdida tiġi “flushed out” bl-ilma li fih il-Chlorine, qabel ma din titqabbad mas-sistema eżistenti biex il-ftit riskju ta’ kontaminazzjoni jiġi eliminat.
Meta jissewwa mejn tal-ilma ukoll isir ammont ta’ “flushing out” tal-kanen fejn dan ikun possibbli. Jekk jinħass li hemm riskju ta’ xi kontaminazzjoni, jitpoġġa wkoll ftit trab tal-Chlorine biex dan jispiċċa.
Ta’ min igħid li l-Korporazzjoni toqgħod ferm attenta biex jiġu evitati kontaminazzjonijiet. Fil-fatt jittieħdu diversi kampjuni tal-ilma li jiġu analizzati mil-Laboratorju tal-Korporazzjoni biex jiġi żgurat li l-ilma huwa tajjeb għax-xorb. Fl-2009 inġabru 1,217 kampjuni mill-villaġġi bħala parti mill-monitoraġġ ta’ sorveljanza u dak ta’ awditjar stabbiliti mill-att legali 17 ta’ 2009. B’kollox saru 19,830 test fuq dawn il-kampjuni.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Head office
Question
Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jintuża bħala head office ta' kull korporazzjoni u awtorità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kif ġie akkwistat il-post u x'jitħallas għall-użu tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kampanja ta' Marketing — Proġett ta' estensjoni tal-power station
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16293, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispiża ta' €8,500 msemmija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jgħid illi għalkemm l-ispejjeż kienu mistennija jlaħħqu €8,500, fil-fatt ġew inqas u ġew ilaħħqu s-somma ta’ €8,050.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16295 u jgħid meta ġie kkummissjonat ir-rapport intern dwar l-operat tal-VAT? Meta tlesta? Jekk għadu ma tlestiex, sa meta għandu jitlesta? Ġew attwati xi rakkmandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali biex issir reviżjoni ta' ċerti prattiċi fi ħdan dan id-dipartiment u jekk iva, jista' jindika x'kienu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17458.
power station ta' Delimara — consumer research study
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16371 u jgħid minn min sar il-consumer research study dwar il-ġenerazzjoni tal-elettriku f'pajjiżna, inkluż l-estensjoni tal-power station ta' Delimara? Meta ġie kkummissjonat u meta tlesta? Kemm ġew intervistati nies? Liema kumpanija nediet dan l-istudju? Kemm tħallset tiegħu? Jista' jqiegħed kopja tal-findings tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16371.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta fil-Gozo Channel tlestietx jew le dwar allegazzjonijiet li għamel kaptan tal-istess kumpanija fir-rigward ta' nuqqasijiet li skont hu hemm fuq il-vapuri? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi din l-inkjesta fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk l-inkjesta għadha għaddejja jista' jgħid meta huwa maħsub li din titlesta u min qed jagħmel din l-inkjesta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17324.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16317 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li bih inħatar iċ-chairman tal-Enemalta, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, minn nofs is-sena 2005?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17457.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16924 u 16295 u jgħid meta ġie kkummissjonat ir-rapport intern dwar l-operat tal-VAT? Meta tlesta? Jekk għadu ma tlestiex, sa meta għandu jitlesta? Ġew attwati xi rakkmandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali biex issir reviżjoni ta' ċerti prattiċi fi ħdan dan id-dipartiment u jekk iva, jista' jindika x'kienu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17458.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-elettriku f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2002 sal-lum? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub separatament għall-oqsma industrijali, kummerċjali, domestiċi u dwal fit-toroq pubbliċi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17521.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17152 u jgħid x’qed iżomm il-Ministeru tiegħu milli jippubblika r-rapport dwar l-investigazzjoni ordnata dwar nuqqasijiet serji fl-operat tal-Gozo Channel li skont kif rapportat ilha magħluqa għadd ta’ ġimgħat? Jista' jippubblika dan ir-rapport kif ukoll dettalji sħaħ dwar x’irriżulta minn din l-inkjesta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17149.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tat-taxxa tal-income mill-online gambling reġistrati f'Malta u Għawdex matul l-2008 u l-2009 separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul tat-taxxa tal-income mill-kumpaniji tal-online gambling reġistrati f'Malta u Għawdex matul l-2008 u l-2009 separatament kien kif ġej:
2008
2009
€26,886,383
€52,515,224
Peress li, tenut kont tal-emissjonijiet inter alia mill-power station inkluż l-estensjoni eventwali, huwa importanti li jsir moniteraġġ tal-kwalità tal-arja fil-lokalità ta' Birzebbuġa, oltre lokalitajiet oħra, jista' l-Ministru jgħid jekk hux maħsub li l-Kunsill Lokali ta' Birzebbuġa jkollu ukoll apparat ta' aċċess għal moniteraġġ simili għal dak li se jingħata lill-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-data tal-emissjonijiet mill-power station tinsab fil-website tal-Enemalta. L-Air Quality monitoring data hija aċċessibli wkoll fuq il-website tal-MEPA. Dawn iż-żewg siti huma aċċessibli direttament mill-internet u jista’ jaċċesshom kulħadd. Madankollu, l-Enemalta m’għandiex diffikulta li tipprovdi żewġ kompjuters biex ikun hemm aċċess dirett mill-kunsill lokali ta’ B’buġia.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14855, jista' l-Ministru jara li jinħarġu l-flus dovuti lil din il-familja? Jista' jgħid meta se jingħataw dawn il-flus?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dipartiment qiegħed jivverifika l-informazzjoni li ngħatat dwar is-sidien tal-proprjetà li saret referenza għaliha fil-mistoqsija parlamentari 14855. Kif jintemm dan il-proċess u jiġi aċċertat min huma s-sidien reali ta’ din il-proprjetà, il-flus dovuti bħala kumpens jitħallsu minnufih lis-sidien.
Korporazzjoni Enemalta — ħlas lill-avukati u kumpaniji
Question
B’referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 14082 jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu b’mod separat l-avukati u kumpaniji ta' avukati li jissemmew bħala li taw konsulenza lill-Korporazzjoni Enemalta matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal-Mistoqsija Parlamentari numru 17702.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ħlas lill-avukati u kumpaniji
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14074, jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu b’mod separat l-kumpaniji ta' avukati li jissemmew bħala li taw konsulenza lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17701.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li dawk il-familji li jgħixu fi djar imsejjħa Casa Bottega u li għandhom il-membri tal-familja imniżżlin ma' dan l-arloġġ tad-dawl mhux se jingħataw ir-refund imħabbar fuq iż-żidiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dawk il-familji li jgħixu fi djar imsejjħa Casa Bottega u li għandhom il-membri tal-familja imniżżlin ma' dan l-arloġġ tad-dawl, se jingħataw energy allowance skont l-iskema mħabbra fil-budget.
Fid-dawl tal-infieq straordinarju li għadu kif ikkonferma l-Ministru li sar fuq diversi impjanti tal-power stations tal-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom kienu koperti b’insurance policies, u jekk kien hemm, x’kien il-coverage? Min-naħa l-oħra jekk jirriżulta li dawn il-ħsarat ma kenux koperti, jista' jindika x’insurances oħrajn ikopru l-operat tal-Korporazzjoni Enemalta? Ma' liema kumpanija jew kumpaniji saru dawn l-insurance policies? Jista' jikkonferma jekk inħarġux tender/s għalihom jew le? U jekk iva, meta nħarġu?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — lista ta' konsulenti u kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17385 u 16955 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15017, seduta 206, filwaqt li t-tweġibiet ta’ l-Enemalta u tal-Water Services Corporation qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:15017 (Papers laid) Enemalta u WSC.xls
B'referenza għad-diesel li jinġieb mill-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-istess korporazzjoni fuq ordnijiet tad-dwana qed tħallat l-istess diesel b'kimika biex jingħaraf li dan id-diesel huwa dak importat mill-Korporazzjoni Enemalta (national marker) minħabba problema ta' kuntrabandu ta' diesel li kien qed jidħol? X inhi eżattament din il-kimika? Sar studju biex naraw jekk din il-kimika additiva tagħmilx ħsara lill-ambjent u/jew il-bniedem
a) weħidha; u
b) kif imħallta diesel?
Min għamel dawn l-istudji? X jiġri meta d-diesel bin-national marker jinħaraq? Ikun hemm impatti negattivi?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.