Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni tal-periklu li ħoloq is-sewage fil-baħar tal-Mellieħa, fiż-żona taċ-Ċumnija? Huwa aċċettabbli li impjant ta' €10.7 miljun iwassal għal dan kollu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea — Communications Committee
Question
Tenut kont tal-konkluzjonijiet tal-Communications Committee tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea datat l-1 ta' Jannar li għadda -
http://circa.europa.eu/Public/irc/infso/cocom1/library?l=/public_documents_2009/cocom09-11_final/_EN_1.0_&a=d
- fejn jidher ċar li Malta għadha lura fl-implimentazzjoni tan-numru ta' l-Emerġenza Ewropew, jista' il-Ministru jgħid x'rakkmandazzjonijiet saru lill-Gvern f'rapport tekniku li sar
ad hoc
biex jigu trattati l-problemi principali fis-sistema Maltija? Kemm hi n-nefqa proposta? Meta se jigi implimentat dan ir-rapport? F'liema stadji?
Jahseb l-Ministru li jekk il-Gvern jagħzel li ma jagħmel xejn, ir-rakkmandazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea eventwalment isiru direttivi u l-proġett ikollu jitwettaq xorta waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Billi l-Land Registry qed jużaw pjanti (meta persuni jkollhom bżonn jirreġistraw propjetà li jkunu qed jixtru) li ilhom snin sħaħ ma jiġu aġġornati, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt il-Land Registry Office humiex qed jużaw il-pjanti aġġornati tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minħabba xi kwestjonijiet ta' ħlas annwali lill-istess Awtorità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi Sqaq il-Kustinjuż limiti tan-Naxxar jinsab fi stat ħażin ħafna, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jara li l-ħsarat li hemm jitneħħew billi jsir wiċċ ġdid f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru rapporti ta' ħsarat fis-sistema tal-ilma fl-inħawi magħrufa bħala il-Budaq, limiti tan-Naxxar, matul l-aħħar 12-il xahar? X'tip ta' rimedji fil-fatt ittieħdu biex dawk li għandhom residenza, attività kummerċjali jew dik agrikola f'dawn l-inħawi jinqdew bl-ilma mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — garanzijali tiswijiet jsiru sew
Question
Billi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn żmien għall-ieħor ikollha bżonn tiftaħ it-toroq biex twettaq tiswijiet fuq is-sistema tal-ilma tagħha, jista' l-Ministru jara li l-istess korporazzjoni tiggarantixxi li dawn l-interventi fuq it-triq jiġu msewwija sew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie mwaqqaf 'Quality Assurance Unit' fi ħdan l-ADT li wieħed mill-objettivi prinċipali tagħha huma li tiżgura li kull intervent li jsir fuq it-toroq iżomm ma' standards ta' kwalita' stabbilita u jsiru fl-aqsar żmien possibli sabiex titnaqqas l-inkonvenjenza għall-pubbliku.
Jista' l-Ministru jara li l-expansion joints tal-bridge li jaqsam minn Triq is-Sebħ, Ħal Qormi fid-direzzjoni tal-Marsa jiġu rranġati peress li dawn tħaffru bil-konsegwenza li qegħdin joħolqu inkonvenjent kbir għal vetturi li jużaw dan il-pont?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Kumitat tat-Tiswija tat-Toroq mingħajr ir-rappreżentanti tal-Kummissarju Elettorali Prinċipali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa tal-Kumitat tat-Tiswija tat-Toroq inżammet mingħajr ir-rappreżentanti tal-Kummissarju Elettorali Prinċipali? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx ismijiet ta' persuna/persuni oħra jistennew għall-approvazzjoni sabiex jiżdiedu mal-membri preżenti ta' dan l-istess kumitat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-kumitat li qed isemmi ma jeżistix.
Kummissjoni Elettorali Prinċipali — persuna nnominata - rappreżentanta fuq il-bord tat-Tiswija tat-Toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx nomina ta' persuna mibgħuta mill-Kummissjoni Elettorali Prinċipali bħala rappreżentanta tiegħu fuq il-bord tat-Tiswija tat-Toroq li qed tistenna l-approvazzjoni tal-Ministru? Jekk hemm, kemm ilha tistenna biex tiġi approvata?
Jista` l-Ministru jgħid meta ser jibda u jitlesta x-xogħol ta’ toroq (ara l-lista isfel) f`Ħaż-Żabbar, liema toroq kienu
imwiegħda li ser jitlestew sa l-2008, mill-Ministru preċedenti għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq, fil-11 ta` Awwissu
2006? Jista' jispeċifika wkoll għaliex l-istess toroq hawn imsemmija baqgħu ma sarux kif imwiegħed?
Lista ta’ toroq:
Triq is-Sienja, Triq San Patrizju, Parti minn Triq San Frangisk,Parti minn Triq ix-Xgħajra,Parti minn Triq Dun Salv Sciberras,Triq Patri Feliċjan Grech,Triq Victor Cauchi,Misraħ San Nikola,Parti minn Triq A.Caligari,Triq il-Fustan,Triq il-Qoton,Triq il-Misqa,Triq Krexxuni,Parti minn Triq Felice,Triq il-Ħawt,Triq Dun Frans Buhagiar,Parti minn Triq l-Għadiba,Triq il-Kaħwiela,Triq is-Saqwi,Triq Santa Marija, Sqaq Nru. 1,Triq Santa Klara,Triq iż-Żabra,Triq is-Serrer,Parti minn Triq il-Barumbara,Trejqet il-Mitħna.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ikkonfermat li se issir it-triq tal-Mellieħa inti u nieżel iċ-Ċirkewwa? Kif ser jiġu affettwati l-Caravans? Se jiġu minsusa? Jekk iva, x'kumpens se jieħdu? Beħsiebu l-Gvern jagħtihom post ieħor? Jekk iva, fejn qed ikun propost?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ilma baħar jinbidel f'ilma ħelu — infieq fuq enerġija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li pajjiżna qed jonfoq fuq enerġija biex jibdel l-ilma baħar f'ilma ħelu? X'tip ta' alternattivi qed jaħdem fuqhom il-Gvern biex iżid il-provvista ta' l-ilma mingħajr l-użu ta' fossil fuel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Triq li tgħaqqad Ħaż-Żabbar mal-Fgura -Girdle Road
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir Girdle Road li tgħaqqad Ħaż-Żabbar mal-Fgura li hi fi stat diżastruż u liema triq hi wiesgħa u tista' sserraħ mhux ftit il-konġestjoni tat-traffiku lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-parti ta’ Triq il-Labour bejn Triq il-Kunsill tal-Ewropa (magħrufa wkoll bħala Girdle Road) u Triq il-Madonna Medjatrċi ġewwa Haż-Żabbar, hija parti mid-diversion route li ser tintużha waqt il-kostruzzjoni tal-link Road lejn Smart City u għaldaqstant ser jinħareg tender biex din il-parti tat-triq tiġi rranġatha.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir re-surfacing ta' Triq il-Labour, f'Ħaż-Żabbar, b'mod partikolari 0,3km tat-triq bejn Girdle Road u Misraħ il-Madonna Medjatriċi, liema triq qisa baħar imqalleb u hi ferm traffikuża?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6536 u 7363 u jgħid kemm kien hawn persuni li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma sena b'sena mis-sena 2004 sas-sena 2008 u matul l-ewwel xahrejn ta' 2009? Kemm kien hemm persuni fl-istess perjodu li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7115, 6838 u 7364 u jgħid lokalità b'lokalità liema toroq residenzjali tlestew sa tmien l-2008 mill-programm ta' xogħol li kien tħabbar f'Awwissu 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir ħalli l-problema tal-iżbroffar tad-drenaġġ fil-bajjiet, tispiċċa darba għal dejjem u dan għaliex nhar il-Ħadd 15 ta' Marzu 2009, fl-4.30 p.m. diġà stajna ninnotaw bajja f'Paceville fejn kien hemm dan l-iżbroff? Issa li għadna fix-xitwa, jista' jara tistax issir xi ħaġa ħalli sa ma jasal is-sajf din il-ħsara tissewwa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-iżbroff li kien hemm Paceville kien kaġun ta’ sadd fil-mejn tad-drenaġġ. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tagħmel tindif fis-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi ta’ dawn il-bajjiet qabel jidħol l-istaġun tas-sajf. Il-Korporazzjoni qed ukoll tinstalla sistema ta’ monitoraġġ tal-pompi ħalli tara li l-operazzjoni tal-pompi tad-drenaġġ tkun tiffunzjona l-ħin kollu u jekk jiżvillupaw xi ħsarat tieħu azzjoni immedjata.
Jikkonferma l-Ministru li meta tinbiegħ dar u l-bejjiegħ jitlob lill-Korporazzjoni Enemalta jieħu l-aħħar qari tal-konsum u jitniżżel l-isem tax-xerrej biex l-kontijiet jibdew jintbagħtu f’ismu, irid jintbgħat il-kuntratt ta’ bejgħ lill-Korporazzjoni Enemalta? Ma jaħsibx li m’hemmx bżonn li affarijiet li jkun personali jintbagħtu lil entità pubblika? Għaliex meta jkun hemm każ bħal dan ma ssirx karta ġuramentata u din tkun aċċetatta mill-Korporazzjoni Enemalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta sar il-kuntratt bejn l-Awtorità dwar it-Trasport u l-Awtorità tat-Trasport Pubbliku għal servizz ta’ kowċ bejn l-ajruport u ċ-Ċirkewwa? Kemm hu t-terminu ta’ żmien tal-kuntratt? Jista’ jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma sar ebda kuntratt bejn l-Awtorità dwar it-Trasport u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku għal servizz ta’ kowċ bejn l-Ajruport u ċ-Ċirkewwa.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.