Legislature:
Category:
Reset
Active:

Boathouse fuq art tal-gvern

Question

B'referenza għall-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li hija armla u bla tfal u li għandha boathouse fuq art tal-gvern u t-tifel ta' oħtha dar biha, jista' l-Ministru jgħid jekk dan għandux dritt li din il-boathouse issir fuq ismu bil-kunsens tal-armla?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont il-prassi li jimxi d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern f’dawn il-każijiet, it-trasferiment dirett ta’ din il-boathouse jista’ jsir biss lill-persuni li bil-Liġi huma kkunsidrati li huma l-werrieta jew l-eredi tal-persuna li preżentament għandha l-kirja u li legalment għandhom id-dritt biex jiġu rikonoxxuti f’din il-kirja. Kull trasferiment ieħor jsir biss permezz ta’ sejħa għall-offerti.

Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar Kompetittività — definizzjoni ta’ logħob tal-azzard illegali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17799 u jgħid fuq liema bażi r-rappreżentanza Maltija mmexxija mill-Onor. Jason Azzopardi, fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar Kompetittività tal-25 ta’ Mejju 2010, ikkontestat id-definizzjoni ta’ logħob tal-azzard illegali (illegal gambling) kif immexxija mill-Presidenza Spanjola fir-rapport interim tagħha dwar regolametazzjoni ġdida fuq ir-remote gaming fi ħdan l-Unjoni Ewropea? Kien hemm xi brief legali li ntużat mid-delegazzjoni Maltija? Jekk iva, jista’ dan il-briefing, jew inkella jekk le, kwalunkwe dokument uffiċjali ieħor li jispjega l-pożizzjoni Maltija fuq dan is-suggett, jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Policy Design Executive — promozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17822 u jispjega kif skrivana li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, clerk 1 fi skala 14 ingħata promozzjoni ta' Policy Design Executive fis-skala 7 mingħajr ma kellha esperjenza f'dan ix-xogħol jew il-kwalifiki meħtieġa? Jista' jispjega ukoll għaliex l-applikazzjoni tagħha m'għaddietx bil-proċeduri normali, jiġifieri mingħand il-head tagħha bħalma normalment isir? Jista' jgħid jekk ħarġitx applikazzjoni għal dan il-post u jekk le, għaliex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fis-6 t’Awwissu 2009 inħarġet cirkulari sabiex timtela’ din il-pożizzjoni. Skond il-Job Description mehmuża ma’ din ic-cirkulari, ma kienx hemm mitlub l-ebda esperjenza fid-dipartiment tar-Riżorsi Umani u ħadd mit-tlett applikanti kellu esperjenza f’dan id-dipartiment. Skond il-Job Description ukoll, kandidati li ma kellhomx il-kwalifika meħtieġa setgħu jkunu kkunsidrati sakemm dawn iġibu din il-kwalifika fi żmien sentejn. L-applikazzjonijiet kollha ġew approvati mill-Manager jew Chief Officer rispettivi tagħhom, kif stipulat fil-formola tal-applikazzjoni li hija standard u li timtela’ mill-applikanti meta dawn japplikaw għal vakanzi interni.

Dipartiment tat-Taxxi Interni — oġġezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17901 u jgħid, skont id-Dipartiment tat-Taxxi Interni, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa mistenni li din is-sena jinħadmu oġġezzjonijiet u jiġu finalizzati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17901.

Dipartiment tal-VAT — oġġezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17903 u jgħid skont id-Dipartiment tal-VAT kemm huwa mistenni li din is-sena jinħadmu oġġezzjonijiet u jiġu finalizzati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi huwa maħsub li din is-sena jinħadmu u jiġu finaliżżati madwar tmien mitt oġġezzjoni fid-Dipartiment tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud. Dan ukoll wara li riċentament, id-Dipartiment żied persuna oħra fuq dan ix-xogħol.

Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17942 u 17579 u jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17942 u 17579 u jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?

Response (FENECH, TONIO)

Nireferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21656

Policy fid-deductible expenses tat-taxxi tas-self employed

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17929 u jiddikjara jekk kienx hemm tibdil f’xi policy jew regolamenti dwar id-deductible expenses għal fini ta' taxxa tas-self employed? Jekk le, jista' jispjega għaliex spejjeż tat-telefon u tal-internet li huma direttament użati fin-negozju mhux qed jitħallew jiġu mnaqsa kompletament mit-Tax Compliance Unit peress li dan ifisser li r-rata ta’ taxxa effettiva qed tkun ta’ aktar min 35% fuq il-qligħ?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Imġarr Yacht Marina — Privatizzazzjoni

Question

Jista l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17960 u 17677 u jagħti d-dettalji tal-privatizzazzjoni tal-yacht marina tal-Imġarr?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

MFSA — Mediterranean Investment Holding plc

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17803 u ċioe: Peress li dan l-aħħar, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta ħarġet avviż li l-Mediterranean Investment Holding plc kisret il-bond prospectus, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħadet l-awtorità biex tassigura lill-investituri li dan ma jerġax iseħħ f'każijiet oħra ta' bond issues f'pajjiżna?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17803.

MFSA — Consultation document għal Sukuk Issuance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17804 u jgħid hux qed jikkunsidra li jagħmel Sukuk Issuance? Peress li fl-2008 l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta infurmat li fix-xhur li kien imiss kienet se toħroġ Consultation Document, u li jidher li sal-lum dan għadu ma sarx, jista' jgħid fejn wasal dan il-proċess?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17804.

Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd — dħul totali  taċ-Chairman u CEO

Question

B'referenza għal informazzjoni li kienet ippubblikata f'ġurnal tas-6 ta' Ġunjun 2010, jista' l-Ministru jgħid x'inhu d-dħul totali taċ-Chairman u CEO tal-Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd kemm bħala salarju u f'allowances, u kemm swew għall-Malta Enterprise matul is-sena li għaddiet il-kirjiet ta' żewġ BMWs, u x'intnefaq f'hospitality u f'safar mill-istess persuna?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17968, 17611, 17348, 17160, 16919 u 16528 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Tignè footbal club — Nursery tat-team ta' Sliema Wanderers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18039 u jgħid x'diffikulta hemm sabiex il-ground tal-football ta' Tignè jgħaddi biex ikun użat min-nursery tat-tim ta' Sliema Wanderers?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Artijiet qiegħed fil-proċess li jippubblika il-kuntratt sabiex il-football ground jigi trasferit lura mingħand il-MIDI lill-Gvern. Appena l-kuntratt jigi ppubblikat, dan id-Dipartiment ser jittrasferixxi l-proprjetà lil Kunsill Malti għall-iSports sabiex dawn ikunu jistgħu jagħtuh b’ċens lil Sliema Wanderers FC.

Imrieħel — Proġett ta' Business Village - Periti inkarigati mix-xogħol ta' disinn

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti li ġew inkarigati mix-xogħol ta' disinn li sar fuq il-proġett ġdid ta' Business Village fl-Imrieħel? Kemm se jitħallsu dawn il-periti għal xogħlhom u kemm tħallsu s'issa?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett imsemmi jġib l-isem ta’ Corporate Village u l-periti li għamlu d-disinn huma Architectural Project. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 16785.

Malta Enterprise — salarju u fringe benefits taċ-chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'salarju u fringe benefits għandu ċ-Chairman tal-Malta Enterprise?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Qasam Industrijali tax-Xewkija Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki fil-qasam industrijali fix-Xewkija, Għawdex? Kemm minnhom huma okkupati? Kemm qed iħaddmu nies kull waħda?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ fabbriki fil-qasam industrijali tax-Xewkija li huwa amministrat mill-MIP huwa ta’ 38. Tlettax minn dawn, kienu ġew mogħtija lill-Kumpaniji/individwi bħala art fuq ċens temporanju u il-fabbriki ġew mibnija mill-Kumpaniji/individwi stess. Barra minn dawn, 13-il plot ta’ art oħra ġew mogħtija lil-Kumpaniji/individwi fuq ċens temporanju imma s'issa għadhom f’fażi ta’ kostruzzjoni. Mit-38 fabbrika, tnejn minnhom biss mhumiex okkupati. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, fejn qed jiġi mitlub in-numru ta’ nies li iħaddmu dawn il-fabbriki, nissuggerixxi lil Onor Interpellant illi jitlob din l-informazzjoni lill-Ministru ikkoncernat mill-ETC.

perjodu itwal biex jitħallsu l-kontjiet tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex konxju li l-kontijiet tad-dawl li qed jintbagħtu għandhom window time biex jitħallsu tal-inqas f'45 ġurnata? Jekk huwa konxju, jista' jgħid x'passi ħa f'dan ir-rigward ħalli l-konsumatur jingħata dan il-perjodu sħiħ li fih ikun jista' jħallas il-kontijiet tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont ir-Regolamenti tal-Provvista ta’ l-Elettriku (ESR paragraph 66, note 3), interessi fuq il-kontijiet jittieħdu minn 15–il ġurnata li joħroġ il-kont, pero’ l-Korporazzjonijiet qed jagħtu 30 ġurnata oħra lill-konsumatur sabiex ikun jista’ jħallas il-kont (b’kollox 45 ġurnata) . Interessi ta’ 6% japplikaw fi 3 każijiet; 1) jekk kont joħroġ fuq readings attwali u ma jitħallasx fi żmien 45 ġurnata; 2) jekk kont hu għal perjodu ta’ sitt xhur, li joħroġ fuq stima, għax l-meter reader ma jkollux aċċess sabiex ikun jista’ jaqra l-miters; 3) jekk il-kont joħroġ fuq readings mogħtija mill-konsumatur u ma jitħallasx fi żmien 45 ġurnata.

Belt Valletta — postijiet vojta tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu proprjetà l-gvern fil-Belt Valletta li fil-preżent tinsab vojta jew magħluqa? Kemm minn din il-proprjetà tista' tiġi użata għal skop residenzjali u għal skop kummerċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern m’għandu l-ebda proprjetà li mhiex mikrija fil-Belt Valletta ħlief għal xi kantina jew store li jiġu battala minn żmien għal żmien u li dawn jerġgħu jinkrew. Bħalissa hemm madwar 3 ħwienet li huma vojta u li ser jinħarġu bl-offerti dalwaqt. Naturalment dawn ser jinkrew għal skopijiet kummerċjali. Dwar il-proprjetajiet residenzjali, peress li l-kirjiet ta’ residenzi jsiru mill-Awtorità tad-Djar, nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Korporazzjoni Enemalta — adhoc committee - executive rapporteur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb misotqsija parlamentari 17568 u jikkonferma jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadux jservi bħala executive rapporteur fuq l-ad hoc committee tal-Korporazzjoni Enemalta dwar nuqqasijiet strutturali fil-ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-elettriku kif wkoll dwar l-identifikar ta’ loading shedding problems bejn iż-żewġ power stations eżistenti?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.