mini-buses, taxis u karozzi tal-linja — assocjazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jindika x'laqgħat kellu din is-sena mal-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lil tal-mini buses, tat-taxis u tal-karozzi tal-linja? X'konklużjonijiet kien hemm f'kull waħda minn dawn il-laqgħat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Gżira — Triq Luqa Briffa - Dipartiment tal-Ilma - kwalità tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra fiex waslu l-investigazzjonijiet tad-Dipartiment tal-Ilma dwar il-kwalità tal-ilma fi Triq Luqa Briffa, il-Gżira? Jaf illi ilhom għaddejjin ilmenti dwar il-kwalità ħażina tal-ilma f'din it-triq għal xhur sħaħ u s-sitwazzjoni baqgħet l-istess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn stħarriġ u testijiet li għamlet il-KSI fuq ilmenti li rċiviet irriżulta li l-kwalita' tal-ilma fit-triq imsemmija mill-Onor Interpellant fil-fatt huwa ta' kwalita tajba għax-xorb.
Fid-dawl li t-traffiku fil-baħar tal-qxur u laneċ mhux reġistrati madwar Malta u Għawdex qed jiżdid, x'passi qed jieħu l-gvern biex jsaħħaħ is-sigurtà tas-sajjieda tagħna meta dawn jkunu qed jaqdu dmirijiethom u joħorġu jistadu fl-ibħra tagħna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Uffiċċju għall-użu komunitarju — Servizz ġdid ta' l-ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jintalab ħlas għas-servizz ġdid ta' l-ilma fuq uffiċċju għall-użu komunitarju u mhux kummerċjali li mhuwiex iktar minn daqs ta' 22 metru kwadru? Ma jaħsibx li dan il-ħlas tas-servizz huwa wieħed eċċessiv?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-istudji dwar it-trasport pubbliku fejn jirrigwarda s-servizz tat-tramm f'pajjizna?
Kien hemm xi żviluppi partikulari li ħarġu minn l-istudji dwar dan is-suġġett? Jekk iva, jista' wieħed jingħata aktar informazzjoni dwar dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi l-Ministru għamel referenza għall-mudell ta' Portsmouth għal dak li jirrigwarda il-mod ta' kif isir kontroll fuq il-ħsarat fit-toroq tagħna, u kif il-kuntratturi tat-toroq jinżammu responsabbli għax-xogħol li jwettqu, jista' l-Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' xi master plan li tintuża f'din il-parti ta' l-Ingilterra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6357, jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat tal-ispezzjoni li saret mill-Awtorità ta' Malta tat-Trasport fuq il-pont tal-Isperanza fil-Mosta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità Marittima ta' Malta — Applikazzjonijiet Pendenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità Marittima ta' Malta relatati ma' proġetti f'Kemmuna? X'tip ta' applikazzjonijiet huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta ħaddiema li preżentament qed jaħdmu fil-Malta Shipyards? Jista' jaqsamhom bejn Maltin u barranin u jgħid ukoll x'sengħa għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ninsab infurmat li ma hemmx ħaddiema barranin fil-Malta Shipyards.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu passaporti matul is-sena 2007 u 2008 sena b'sena? Jista' jaqsamhomm skont mnejn ħarġu, cioè Malta, Għawdex u l-ambaxxati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7873 u jara li l-expansion joints tal-bridge li jaqsam minn Triq is-Sebħ, Ħal Qormi fid-direzzjoni tal-Marsa jiġu rranġati peress li dawn tħaffru bil-konsegwenza li qegħdin joħolqu inkonvenjent kbir għal vetturi li jużaw dan il-pont?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.
Jista` l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7921 u jgħid meta ser jibda u jitlesta x-xogħol ta’ toroq (ara l-lista isfel) f`Ħaż-Żabbar, liema toroq kienu imwiegħda li ser jitlestew sa l-2008, mill-Ministru preċedenti għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq, fil-11 ta' Awwissu 2006? Jista' jispeċifika wkoll għaliex l-istess toroq hawn imsemmija baqgħu ma sarux kif imwiegħed?
Lista ta’ toroq: Triq is-Sienja, Triq San Patrizju, Parti minn Triq San Frangisk, Parti minn Triq ix-Xgħajra, Parti minn Triq Dun Salv Sciberras, Triq Patri Feliċjan Grech, Triq Victor Cauchi, Misraħ San Nikola, Parti minn Triq A.Caligari, Triq il-Fustan, Triq il-Qoton, Triq il-Misqa, Triq Krexxuni, Parti minn Triq Felice, Triq il-Ħawt, Triq Dun Frans Buhagiar, Parti minn Triq l-Għadiba, Triq il-Kaħwiela, Triq is-Saqwi, Triq Santa Marija, Sqaq Nru. 1, Triq Santa Klara, Triq iż-Żabra, Triq is-Serrer, Parti minn Triq il-Barumbara, Trejqet il-Mitħna.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kummisjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kummisjonijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (GATT, AUSTIN)
M'hemmx kummissjonijiet li jaqgħu taħt l-uffiċju tiegħi.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7511, jista' l-Ministru jivverifika jekk l-ammont ta' late payment fee hux ġust meta mqabbel mal-kont ta' CVA meta tali kont jista' jkun baxx ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-'late payment fee' li qed jirreferi għaliha dik approvata mill-gvern u li hija regolata taħt it-tielet skeda tar-Regolamenti Dwar Aċċess Kontrollat ta' Vetturi F'Ċerti Żoni. (sc65.31).
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 7264, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet il-preparazzjoni tat-tender li qed issir referenza għaliha fl-istess risposta? Fiex waslet s'issa d-diskussjoni mal-partijiet ikkonċernati dwar ir-riforma fit-trasport pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux normali li jiġu approvati reserved parking bays f'toroq prinċipali, li fihom it-traffiku jgħaddi fiż-żewġ direzzjonijiet u li mhumiex wesgħin biex jippermettu parking ta' dan it-tip fihom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Burmarrad — Triq l-Insolja - tiswija fuq main tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarj biex fi Triq l-Insolja, Burmarrad, jsiru tiswijiet fuq main tal-ilma li ilu bil-ħsara għal tul taż-żmien biex jieqaf il-ħela tal-ilma u t-tieni biex ma ssirx aktar ħsara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.