pazjenti tal-oftalmoloġija trattati f'Malta minflok f'Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex qed jintbagħtu pazjenti tal-oftalmoloġija fl-Isptar Mater Dei biex sempliċiment jagħmlulhom xi taqtir u tgħid għaliex dan mhux qed isir fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma kien hemm l-ebda pazjent taħt il-kura tal-Konsulent tal-Oftalmoloġija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex li ntbaghat l-Isptar Mater Dei biex isirlu xi trattament f'forma ta' taqtir f'għajnejh.
Peress li dan l-aħħar qed tiżdied l-inċidenza ta' theddid ta' bomba fil-Qorti t'Għawdex li qed joħloq ċertu paniku u bir-raġun; peress li f'Għawdex m'hemmx skwadra jew nies speċjalizzati fuq il-bomb disposal, tista' l-Minsitru tgħid x'passi qed jieħu l-Gvern biex f'Għawdex ukoll ikollna dan is-servizz li kulma jmur iktar qed jinħass il-ħtieġa għalih?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Sptar Ġenerali t’Għawdex — distribuzzjoni ta’ l-ikel
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14888 tista' l-Ministru tagħti lista ta' x'inhuma l-azzjonijiet li ttieħdu biex ikunu ndirizzati numru ta' nuqqasijiet li l-Awditur Generali fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2008, sab li twettqu f’dik li hija sistema t’akkwist u ta’ distribuzzjoni ta’ l-ikel fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ttieħdu diversi azzjonijiet fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex biex jiġu indirizzati l-punti mqajma fir-rapport annwali ta' l-Awditur Ġenerali għas-sena 2008, fosthom ġie assenjat Uffiċċjal Prinċipali biex ikun inkarigat mit-taqsima tal-istores, sabiex ikun hemm kontrolli akbar skont kif stipulat fir-regolamenti finanzjarji. Ġiet introdotta wkoll sistema ġdida kompjuteriżżata biex jinżamm l-istokk tal-ikel.
Barra minn hekk it-talbiet mis-swali għall-provvisti qed isiru b'mod elettroniku biex jiġi żgurat li jibqa' rekord ta' kull ma jintalab u jiġi provdut. Saru wkoll miżuri oħra ta' sigurtà u ċċekkjar biex jiġu eliminati kemm jista' jkun kull diskrepanza jew żbalji.
Ministeru għal Għawdex — Kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li sal-2013 il-Gvern, permezz tal-Ministeru għal Għawdex ser ikun qiegħed jimplimenta l-programm elettorali ppreżentat fl-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet, skond il-fondi allokati fl-Estimi Finanzjarji għas-snin relattivi.
Dwar proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex għandu dan il-programm ta’ proġetti approvati sa llum:
Name of Project
Allocation for the Project(inclusive of VAT)
Completion Year
Upgrading of Villa Rundle
Gardens
€ 2,479,360.54
2011
Reconstruction of part of
Xlendi Road and Ta' Pinu
Road
€ 9,476,867
2010
Upgrading of Operating
Theatre and Setting Up of
Radiology Unit
€ 3,653,477.06
2010
Upgrading of Zewwieqa
Waterfront
€6,241,242.30
2011
Higher education courses to
address skills mismatches in
Gozo (ESF 1.23)
€ 233,382
2013
Training Courses to enhance
Employability and Adaptability of
the Workforce
€ 124,852
2010
Masterplan for the Cittadella
€355,770
2010
Tista' l-Ministru tgħid għaliex għadhom ma sarux il-ħlasijiet tal-extra duties li membri tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex għamlu matul ix-xhur ta’ Ġunju, Lulju u Awwissu tas-sena li għaddiet ? Tista' tgħid kemm jammontaw dawn il-ħlasijiet? Tista' tgħid meta se jsiru dawn il-ħlasijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti tekniċi kollha relatati dwar il-ħidma li għandha ssir għar-restawr taċ-Ċittadella? Tista' tgħid jekk il-bażi taċ-Ċittadella hijiex qed iċċedi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li, f'dak li jirrigwarda l-Masterplan għaċ-Ċittadella sar draft tad-dokument u fil-ġimgħat li ġejjin ser titkompla il-konsultazzjoni pubblika fuq dan id-draft. Id-dokument finali jkun jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra meta jkun lest.
Fir-rigward imbagħad, tal-proġett li qed isir permezz ta' fondi miksuba mill-Unjoni Ewropea taħt il-programm ta' fondi ERDF 2007-2013, liema proġett qed isir f'kollaborazzjoni mal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, ninsab infurmata li nbeda x-xogħol ta' verifika ta' l-istabilità tal-blat li fuqu hi mibnija ċ-Ċittadella. Din il-fażi ta' investigazzjoni u verifika għandha twassal biex fl-2011 jinbeda x-xogħol li jinstab li hu neċessarju għall-konsolidazzjoni ta' l-istess blat.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14203, tista' l-Ministru tgħid x’sar s’issa u x’jonqos isir fil-proċess meħtieġ sabiex isir ix-xogħol fuq l-oqbra l-ġodda u fuq il-preparamenti marbuta mal-kuntratti tal-oqbra?
B’referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14215, tista' l-Ministru tgħid x’inhuma l-faċilitajiet adegwati biex jilħqu l-bżonnijiet ta' l-anzjani u persuni b'diżabilità u l-faċilità ta' idroterapija li se jkun hemm fil-pixxina li tirreferi għaliha l-mistoqsija msemmija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li parti min-Natatorium ser tkun riservata proprju biex tilħaq il-bżonnijiet ta' l-anzjani u persuni b'diżabilita'. Din il-parti tinkludi fond aktar baxx biex jiffaċilita' l-użu, sistemi ta' idroterapija, u għamara apposta għall-eżerċizzju. L-aċċess, ix-showers u ċ-changing rooms ser ikunu addattati skond il-ħtiġijiet ta' dawn il-persuni.
Ċimiterju Santa Maria fix-Xewkija Għawdex — xiri ta' oqbra
Question
Wara li f'April 2008, applikanti għal xiri ta' oqbra fiċ-Ċimiterju Santa Marija, Xewkija Għawdex, kienu mgħarfa permezz ta' ittra sabiex mill-iktar fis possibli jikkonfermaw l-interess tagħhom għal xiri ta' qabar u wara li dawn kienu ukoll infurmati bil-prezz uffiċjali skond l-Avviż Legali numru 377/2007 u ħlasijiet oħra meħtieġa għall-akkwist ta' qabar, tista' l-Ministru tgħid:
a) meta se jibdew isiru l-kuntratti pubbliċi relatati?
b) jekk il-prezz skond l-Avviż Legali msemmi għadux validu?
ċ) f'każ ta' differenza fil-prezz, tista' tgħid x'inhi r-raġuni li wasslet għal bdil fil-prezz?
Meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni għall-imsemmija oqbra?
Ministeru għal Għawdex — saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri qed jittieħdu mill-Ministeru biex tiġi promossa s-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Fil-Ministeru għal Għawdex saru risk assessments skond kif titlob il-liġi tal-Health & Safety taħt kull dipartiment kif ukoll ġew appuntati Workers’ Health & Safety Representatives u Departmental Health & Safety Representatives. Ġew organizzati courses għal dawn ir-rappreżentanti sabiex jiġu mħarġa sew fix-xogħol tagħhom.
Sa fejn hu possibbli, d-dipartimenti u s-sezzjonijiet li jaqgħu taħthom qegħdin jimxu ma’ dawn ir-rakkomandazzjonijet. F’ħafna postijiet inxtraw
fire extinguishers,
saru
showers non-slip
, twaħħlu
railings
fit-turġien, kif ukoll ingħata lbies protettiv,
safety boots, safety helmets
, ingwanti,
harnesses
u affarijiet oħra simili għall-ħaddiema industrijali.
Ħaddiema tas-Saħħa Pubblika qed isirulhom eżamijiet mediċi perjodikament sabiex jiġi stabilit jekk ikunx hemm xi periklu għas-saħħa tagħhom meta dawn jiġu f’kuntatt ma’ sustanzi tossiċi.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-menus għall-pazjenti fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex jiġu aġġornati? Jekk iva, meta huwa l-ħsieb li jsir dan?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ma hemmx il-ħsieb li jinbidlu l-menus għall-pazjenti peress li qed jiġu kkunsidrati sistemi oħra li jistgħu jiġu ntrodotti għas-servizz ta' l-ikel fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.
Ministeru għal Għawdex — salarji u kundizzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid fil-mument kemm huwa numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtha? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex jiġu promossi l-green jobs?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jiffaċilita u jisfrutta l-potenzjal ta' kull kuntatt li qed ikollu mis-settur privat bi proposti f'dan ir-rigward. B'mod dirett, jiena nfurmata ukoll li għaddej ix-xogħol preparatorju biex ikun varat iċ-Ċentru ta' Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni fl-Agrikoltura f'Għawdex u qed jiġu evalwati opportunitajiet għal iktar riċerka f'Għawdex.
Sptar Ġenerali t’Għawdex — distribuzzjoni ta’ l-ikel
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'passi ttieħdu sal-lum biex ikunu indirizzati numru ta' nuqqasijiet li l-Awditur Generali fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2008, sab li twettqu f’dik li hija sistema t’akkwist u ta’ distribuzzjoni ta’ l-ikel fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdu azzjonijiet diversi biex jiġu ndirizzati n-nuqqasijiet identifikati fir-rapport annwali għas-sena 2008 ta' l-Awditur Ġenerali uħud minnhom skond ir-rakkomandazzjonijiet li saru fl-istess rapport.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm għall-2010 għall-bini mill-ġdid ta’ farm access roads?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fil-preżent qiegħda ssir evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet pendenti għal farm access roads biex jiġi stabbilit liema minnhom għandhom isiru skond il-prijorità tal-każi.
B’referenza għat-tweġiba li tat għal mistoqsija parlamentari 13744 fejn qalet li l-flus ivvotati għall-2010 taħt item 7131 tal-Vot Kapitali III - Immaniġġjar ta' Skart Solidu ser jintużaw primarjament biex jitneħħa materjal mitfugħ illegalment f'żoni pubbliċi, tista’ l-Ministru tgħid jekk għandhiex lista ta’ żoni pubbliċi fejn hemm materjal mitfugħ illegalment u jekk għandhiex programm għat-tindif ta’ dawn iż-żoni? Tista’ tpoġġi kopja ta’ dan il-programm fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li filwaqt li m'hemmx lista formali ta' żoni pubbliċi fejn hemm materjal mitfugħ illegalment f'Għawdex, qegħdin isiru sforzi biex kemm jista' jkun jitneħħa minn dan il-materjal.
B'referenza għat-tweġiba li tat għall-mistoqsija parlamentari 13743 fejn qalet li l-flus ivvotati għall-2010 taħt item 7130 tal-Vot Kapitali III - Environment Protection Works ser jintużaw għal xogħlijiet skond il-pjan ta' azzjoni ta' Eko-Għawdex, tista' l-Ministru tgħid jekk dan il-pjan ta' azzjoni tlestiex? Jekk tlesta, tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma tlestiex għaliex? Meta huwa mistenni li jitlesta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Pjan t'Azzjoni msemmi tlesta u diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment bħala annex mad-diskors tal-Budget għas-sena 2010.