Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — San Pawl il-Baħar - Triq San Pawl - trinek
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ix-xogħol li sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar, matul dawn l-aħħar ġimgħat jiġi msewwi sew, għaliex fil-fatt wara li sar ix-xogħol fuq is-servizzi ta' l-ilma, it-trinek li saru niżlu, b'mod li bħalissa qed iservu ta' sleeping policemen?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma l-Onor Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lill-KSI li ser terġa' tirranġa x-xogħol biex jitlesta kif suppost.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-anzjana, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jingħata importanza peress li ilha bil-problema fil-main tal-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta’ l-individwu konċernat.
Kontijiet tad-dawl u ilma — ulied addottivi mhux imniżżla
Question
Peress li qed nirċievi ilmenti mingħand persuni li addottaw tfal minn barra għaliex dawn it-tfal qed jitneħħew minn fuq il-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma f'dik il-parti fejn ikun hemm indikati n-numru ta' persuni f'residenza; peress li meta qed isiru l-protesti mal-korporazzjoni qed jingħad lil dawn il-ġenituri li dawn l-ulied addottivi tagħhom mhux meqjusa bħala ċittadini ta' Malta minkejja li jkunu għaddew mill-proċess kollu inkluż l-approvazzjoni tal-Qrati Maltin u jkun ukoll ħareġ iċ-ċertifikat tat-twelid mir-reġistru pubbliku; peress li dan kollu huwa diskriminatorju għaliex skond il-liġi wlied addottivi huma meqjusa għal kull fini u effetti tal-liġi bħala l-ulied naturali, jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ u jara li din l-anomalija tiġi ndirizzata minnufih?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tindika l-każ li qed tirreferi għalieħ, ovviament wara li ġġib il-permess tal-persuni konċernati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7831 u jagħti tagħrif dwar kemm hemm managers impjegati ma' Network Infrastructures Directorate ta' l-Awtorità dwar it-Trasport? Jista' jgħid kull manager x'inhu x-xogħol tiegħu jew tagħha? Jista' jgħid kull manager kif ġie impjegat u x'inhuma l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg rigward salarji, allowances u benefiċċji oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità dwar it-Trasport — Min hu responsabbli mit-toroq
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7829 u jagħti tagħrif dwar min hu responsabbli mit-toroq f'pajjiżna jekk hux ic-Chairman ta' l-Awtorità dwar it-Toroq jew ic-Chairman tan-Network Infrastructures Directorate? Jista' jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet ta' ingaġġ ta' dawn iż-żewġ chairmen rigward salarji, allowances u benefiċċji oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabbilta’ tat-toroq hija amministrattivament fdata f’idejn in-Network Infrastructures Directorate. Ir-renumerazzjoni hi skond id-direttivi amministrattivi normali maħruġa mill-Uffiċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7827 u jikkonferma jekk id-Direttur tat-Toroq ta' l-Awtorità dwar it-Trasport tneħħiex qabel spiċċalu l-kuntratt? Jekk iva, jista' jgħid għaliex u jekk għandux intenzjoni li jingaġġa lil xi ħaddieħor minfloku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7748 u cioè: Meta dan l-aħħar qamet il-kwestjoni dwar il-limitu ta’ sewqan fit-toroq fejn twaħħlu speed cameras ġodda, Is-Sur David Sutton u s-Sur Joe Fenech Conti pubblikament qalu li l-Awtorità dwar it-Trasport għandha rapport mingħand esperti Franċiżi li f’Malta m’hawnx toroq li fihom tista’ ssuq b’veloċità ta’ iżjed minn 70 kilometru fis-siegħa. Jista' l-Ministru jgħid: Kemm huma affidabbli dawn l-esperti? Jekk iva, x’passi ttieħdu jew ser jittieħdu sabiex ikunu attwati r-rakkmandazzjonijiet ta’ dawn l-esperti, għax għad hawn toroq fejn l-ispeed massimu indikat huwa ta’ 80km fis-siegħa? Fuq liema awtorità jew dipartiment taqa’ r-responsabbiltà biex dawn ir-rakkmandazzjonijiet jiġu attwati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7320 u 6757 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li sar mill-kumpannija Ecorys B.V. dwar cruise berth fl-Imġarr Għawdex u tad-disinni li ġew żviluppati reċentement? Jista’ jgħid x’inhuma l-alternattivi għall-cruise berth li se jiġu kkunsidrati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ħal Luqa — Triq San Tumas - Awtorità dwar it-trasport - Pedestrian areas
Question
Jista' l-Ministru jgħid huwiex konxju tad-diffikultà li qed isibu biex jaqsmu t-triq il-pedestrians fl-area kummerċjali f'Ħal Luqa fl-akwata ta' Triq San Tumas eċċ.? Jista' jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għamlitx studju dwar il-periklu li jeżisti f'din l-akwata għall-pedestrians u fil-każ x'inhuma l-pjanijiet tagħha? Jekk le, meta se tieħu l-azzjoni meħtieġa biex jitnaqqas il-periklu għall-pedestrians?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tagħha lill-ADT.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7319 u 6758 u jgħid meta mistenni li jibda u jitlesta x-xogħol fuq it-tkomplija tat-Triq Imġarr fir-Rabat, Għawdex? Fiex jikkonsistu x-xogħlijiet li għadhom iridu jsiru? Kemm hija stmata l-ispiża ta’ kull xogħol li għad irid isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħolijiet in kwistjoni mistennija li jibdew wara li tinħareġ sejħa għall-offerti aktar tard din is-sena u jintgħażel il-kuntrattur. Is-sejħa għall-offerti tkun tista' tinħareġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti wara li jinħareġ il-permess tal-MEPA.
Il-bini mill-ġdid ta' din it-triq mistenni li jieħu madwar sena u xogħolijiet isiru f'numru ta' fażijiet.
Ix-xogħolijiet jinkludu xogħolijiet ta servizzi, titjib fl-'alignment' tat-triq, bini ta' ħitan, bini ta' dorok tal-ilma u ġibjuni għal-ġbir tal-ilma biex jintuża għat-tisqija, bankini, xogħol ta' asfalt, dawl tat-triq u tħawwil ta pjanti u siġar.
L-istima tax-xogħolijiet għadha mhux finalizzata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8045 u jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet fl-ewwel tliet xhur tas-sena minn kull waħda mill-cameras tat-traffiku? Jista’ jagħti l-figuri xahar b’xahar u jgħid ukoll kemm ingħataw ċitazzjonijiet is-sena li għaddiet fl-istess xhur?
Tender għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru iwieġeb mistoqsija parlamentari 7558 u jgħid jekk it-tender għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex ħarġitx sal-aħħar ta’ Marzu kif kien mistenni? Jekk fin-negattiv għaliex? X’qed jagħmel il-Gvern biex jassigura x-xogħol għall-ħaddiema li qed jaħdmu mal-Gozo Channel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7884, jista' l-Ministru jgħid jekk il-late payment fee għall-kontijiet tas-CVA fejn wara tlett xhur jiġu ċċarġġjati interessi ta' 100% skond it-tielet skeda ta' Regolamenti dwar Aċċess Kontrollat ta' Vetturi, f'ċerti każi jammontawx għal forma ta' użura?
Response (GATT, AUSTIN)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li m'hix il-konswetudni li domandi parlamentari jitolbu interpretazzjonijiet legali ta' dak li hu stabilit fil-liġi.
B'referenza għall-proposti tal-bypass ta' l-Għadira, jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkummissjonati l-environmental impact assessments fuq il-proposti? Jekk fl-affermattiv, min huma l-konsulenti magħżula?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sa issa, għadu ma ġie kkummmissjonat l-ebda environment impact assesment dwar il-proposti tal-bypass ta' l-Għadira.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8010, 7528, 7224, 6880,6502, 5924, 5715, 5470 u 5293 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali, distributorji u lokali li hu ppjannat li jsir xogħol fuqhom matul din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-programm ta' toroq għas-sena 2009 jinkludi il-By Pass ta' Marsaskala u Triq il-Belt Valletta ż-Żurrieq għal-dak li huma toroq arterjali. Minbarra dawn, l-ADT ser tkun qed toħroġ tenders għal toroq arterjali oħrajn bħall-Xatt l-Għassara ta' l-Għeneb fil-Marsa, Vjal il-Kunsill ta' l-Ewropa u Vjal Ġużeppe Ġaribaldi Ħal Luqa, Triq il-Marfa Mellieħa, Triq l-Imġarr ix-Xewkija u Triq Fortunato Mizzi r-Rabat Għawdex. Rigward toroq lokali, ser isir programm ta' toroq abażi ta' fondi li ġew allokati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7882 u jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma hux tivverifika l-kwalità tal-waste water li jintefa' fil-mains tad-drenaġġ mill-fabbriki tal-farmaċija meta l-kimika f'dan il-waste water tista' tagħmel ħsara lill-mains ta' l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-WSC qiegħda tagħmel il-kontrolli neċessarji skond il-liġi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7878 u jgħid jekk sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtoritajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7977, 7115, 6838 u 7364 u jgħid lokalità b'lokalità liema toroq residenzjali tlestew sa tmien l-2008 mill-programm ta' xogħol li kien tħabbar f'Awwissu 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7975, 6536 u 7363 u jgħid kemm kien hawn persuni li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma sena b'sena mis-sena 2004 sas-sena 2008 u matul l-ewwel xahrejn ta' l-2009? Kemm kien hemm persuni fl-istess perijodu li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista` l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8114 u 7921 u jgħid meta ser jibda u jitlesta x-xogħol ta’ toroq (ara l-lista isfel) f`Ħaż-Żabbar, liema toroq kienu imwiegħda li ser jitlestew sa l-2008, mill-Ministru preċedenti għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq, fil-11 ta' Awwissu 2006? Jista' jispeċifika wkoll għaliex l-istess toroq hawn imsemmija baqgħu ma sarux kif imwiegħed?
Lista ta’ toroq: Triq is-Sienja, Triq San Patrizju, Parti minn Triq San Frangisk, Parti minn Triq ix-Xgħajra, Parti minn Triq Dun Salv Sciberras, Triq Patri Feliċjan Grech, Triq Victor Cauchi, Misraħ San Nikola, Parti minn Triq A.Caligari, Triq il-Fustan, Triq il-Qoton, Triq il-Misqa, Triq Krexxuni, Parti minn Triq Felice, Triq il-Ħawt, Triq Dun Frans Buhagiar, Parti minn Triq l-Għadiba, Triq il-Kaħwiela, Triq is-Saqwi, Triq Santa Marija, Sqaq Nru. 1, Triq Santa Klara, Triq iż-Żabra, Triq is-Serrer, Parti minn Triq il-Barumbara, Trejqet il-Mitħna.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.