Servizz ta' ajruplan żġħir bejn il-Port il-Kbir u l-Imġarr
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern għall-proposta tal-Kamra tan-negozju Gożitana għall-bini ta' airstrip? Wara d-debacle tas-soċjetà Helisureste u l-għoti tas-servizz ta' ajruplan żgħir bejn il-Port il-Kbir u l-Imġarr, tista' tgħid kemm-il titjira saret kuljum bejn Malta u Għawdex mit-tluq tal-Helisureste sal-lum? Meta hu maħsub li jibda jopera s-servizz ta' ajruplan twin engine li jieħu 17-il passiġġier u li kellu jibda jitlaq mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta kif imwiegħed? Tista' ukoll tispjega x'inhi l-qagħda tal-heliport żbandat illum? Kif qed tiġi utilizzata din iż-żona u kemm qed jonfoq il-Gvern biex imantni din iż-żona? Għandu pjan biex jutilizza din iż-żona? Kif?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri konċernati.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 15150 u 15594, tista’ l-Ministru tgħid abbażi ta’ xiex ġew ivvotati l-flus għall-2010 taħt item 7124 tal-Vot Kapitali III biex jintużaw għal titjib fil-lokalitajiet turistiċi, b'mod partikolari f'Marsalforn u x-Xlendi jekk sal-lum għad lanqas hemm programm tax-xogħlijiet li għandhom isiru din is-sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-flus taħt item 7124 tal-Vot Kapitali III ġew allokati skont il-prijoritajiet tal-Ministeru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-amministrazzjoni tal-Isptar ta' Għawdex għamlet arranġament ma' ħaddiema li mhumiex ECG technicians li għal kull ECG li jieħdu wara s-6.00 p.m. jingħataw time off in lieu biex jagħmel tajjeb għall-ħin li jkunu ħadmu żejjed?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li iva, l-amministrazzjoni tal-Isptar ta' Għawdex għamlet arranġamenti man-nurses. Huma jingħataw it-time off in lieu għal kull ECG li jittieħed mit-Tnejn sas-Sibt wara t-8.00pm u nhar ta' Ħadd wara s-2.00pm
Jista' l-Ministru jgħid x'ħinijiet jaħdmu l-ECG technicians fl-Isptar t'Għawdex? F'dan l-isptar jingħata servizz ta' 24 siegħa għal dawn it-testijiet importanti tal-ECG? Dawn it-testijiet jingħataw minn ECG technicians jew minn ECG technicians u ħaddiema oħra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ħinijiet tal-ECG technicians huma:
Żewġ ħaddiema li jaħdmu mit-Tnejn sas-Sibt.
Mis-7.00am sas-2.00pm u mis-1.00pm sat-8.00pm.
Żewġ ħaddiema li jaħdmu fuq roster ta' DDDDO.
Mis-7.00am sas-2.00pm.
Fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex is-servizz tal-ECG qed jingħata 24 siegħa. Dawn it-testijiet qed jingħataw minn ECG technicians u wara t-8.00pm jingħataw min-nurses. (Nhar ta' Ħadd mis-2.00pm 'l quddiem).
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14207 fejn naqset li tagħti tweġiba għall-mistoqsijiet li sarulha, tista' l-Ministru tgħid kemm metri kwadri ta' passaġġi fil-kampanja (farm access roads) inbnew fid-diversi rħula f’Għawdex matul l-2008 u l-2009? Kif kienu maqsumin skont il-lokalità? X’inhija r-referenza tal-applikazzjoni li saret lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal kull xogħol li sar? X’kienet in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet, skont il-lokalità? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet li saru lill-Ministeru tagħha għal dawn ix-xogħlijiet?
1. ANTON REFALO staqsa lill-Onorevoli Ministru għal Għawdex: B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Nrun 14207 fejn naqset li tagħti tweġiba għall-mistoqsijiet li sarulha, tista' l-Ministru issa jekk jogħġobha tgħid kemm metri kwadri ta' passaġġi fil-kampanja (
farm access roads
) nbnew fid-diversi rħula f’Għawdex matul l-2008 u l-2009? Kif kienu maqsumin skont il-lokalità? X’inhija r-referenza tal-applikazzjoni li saret lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal kull xogħol li sar? X’kienet in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet, skont il-lokalita’? Tista’ tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet li saru lill-Ministeru tagħha għal dawn ix-xogħlijiet?
1. ANTON REFALO staqsa lill-Onorevoli Ministru għal Għawdex: B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Nrun 14207 fejn naqset li tagħti tweġiba għall-mistoqsijiet li sarulha, tista' l-Ministru issa jekk jogħġobha tgħid kemm metri kwadri ta' passaġġi fil-kampanja (
farm access roads
) nbnew fid-diversi rħula f’Għawdex matul l-2008 u l-2009? Kif kienu maqsumin skont il-lokalità? X’inhija r-referenza tal-applikazzjoni li saret lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal kull xogħol li sar? X’kienet in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet, skont il-lokalita’? Tista’ tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet li saru lill-Ministeru tagħha għal dawn ix-xogħlijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
M'għandi xejn xi nżid mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 14207.
farm access roads — evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet pendenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid minn min qiegħda ssir l-evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet pendenti għal farm access roads biex jiġi stabbilit liema minnhom għandhom isiru skond il-prijorità tal-każi? Meta mistenni li titlesta din l-evalwazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet qed issir minn uffiċċjali tad-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp. Qed isir sforz biex l-evalwazzjoni titlesta mill-aktar fis possibbli.
Ministeru għal Għawdex — Program ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell
Question
Tista' l-Ministru taġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Tista' tinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Tista' ukoll tinforma min attenda u għal kemm żmien?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'ċaqliq ta' ħaddiema kien hemm fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex minn kategorija għall-oħra minn kemm ilha li bdiet din is-sistema tal-kategoriji u tindika mil-liema ward għall-oħra jew parti jew oħra tal-isptar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li kien hemm Nursing Aide (mara) waħda, li ġiet imċaqalqa minn Category B (Cat. B) għall-Cat. A, wara li għaddiet minn intervista li saritilha wara sejħa mid-Dipartiment tas-Saħħa; u Nursing Aide (raġel) li minħabba raġunijiet ta' saħħa għamel talba sabiex minn Cat. A mar jaħdem f'sezzjoni ta' Cat. B.
B’referenza għat-tweġiba tal mistoqsija parlamentari 15150, tista’ l-Ministru tgħid x’titjib hu maħsub li jsir fil-lokalitajiet ta' Marsalforn u x-Xlendi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Għalissa m'għandi xejn x'inżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 15150.
Pjan ta' azzjoni ta' Eko-Għawdex — items li se jitħallsu mill-Environemnt Protection Work
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15149, tista’ l-Ministru tgħid liema items tal-pjan ta' azzjoni ta' Eko-Għawdex se jitħallsu mill-Vot għall-Environment Protection Works?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-fondi allokati taħt il-Vot Kapitali għall-Environment Protection Works tal-Ministeru għal Għawdex ser jintużaw għal tindif u xogħol ieħor f'siti rurali.
Peress li jidher li hemm il-ħsieb li ssir pixxina fil-gżira t'Għawdex, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti (jekk lesti) ta' kif beħsiebu jsir ix-xogħol? Tista' tgħid meta taħseb li jista' jinbeda x-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-pjanti għan-Natatorium jinsabu għall-approvazzjoni tal-MEPA. Hekk kif joħroġ il-permess tibda l-fażi tat-tendering u eventwalment jinbeda x-xogħol.
Peress li fl-ispiżerija ta' l-isptar m'hemmx Pensordil u din il-mediċina ilha nieqsa diversi ġimgħat, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi riżolt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fil-preżent m'hemmx nuqqas tal-mediċina Pensordil fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex.
Peress li l-impjegati taċ-ċentru għal matul il-jum Santa Marta qed jilmentaw għaliex m'għandhomx toilet għalihom imma qed jiġi mġiegħla jużaw toilets tal-klijenti li ħafna drabi qed jkollhom problemi minħabba mard u mikrobi oħrajn li faċilment allura jistgħu jiġi trasmessi lill-ħaddiema u dan kontra kull regola ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, tista' l-Ministru tindirizza din il-problema mmedjatament billi l-ħaddiema jingħataw id-drittijiet tagħhom skond il-Liġi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fiċ-Ċentru Santa Marta qed tiġi segwita l-policy tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità, u għaldaqstant l-ebda regola ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol m'hi qed tiġi miksura.
Peress li fil-long stay ward għadha kemm saret smoking area però ma ġiex stallat extractor u allura hemm inkonvenjent minħabba l-irwejjaħ tas-sigaretti anke għall-pazjenti u l-istaff, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħol konness mal-istallazzjoni tal-extractor sar u l-ismoking area tista' tintuża.
Peress li fil-long stay ward hemm ħafna ġrieden li qed jarawhom saħansitra fil-kxaxen tal-pazjenti, peress li din hija sitwazzjoni intollerabbli u inaċċettabli tista' l-Ministru tara li dan kollu jiġi indirizzat immedjatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fuq bażi regolari jsiru trattamenti f'diversi postijiet fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, inkluż il-Long Stay Ward, mill-ħaddiema fi ħdan il-Pest Control għall-kontroll u l-ħarsien kontra l-ġrieden.
Ministeru għal Għawdex — salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex — problema ta' ilma tax-xita fi Triq il-Gruwa f'Sannat
Question
Peress li qed jinqala inkonvenjent fi Triq il-Gruwa, Sannat, Għawdex fis-sens li meta tagħmel ix-xita qed jakkumula l-ilma fejn il-kalkara tal-ġir għaliex hemm kanal li tant huwa żgħir li mhux biżżejjed biex jirċievi l-ilma kollu li jinġema hemmhekk, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li t-triq imsemmija taqa' taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali ta' din il-lokalità, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Bini ta' Sewage Pumping Station f'Wied il-Mielaħ fl-Għarb Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ħarġitx xi tender għall-bini ta’ Sewage Pumping Station f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb, Għawdex? Jekk ħarġet meta? Min rebaħha? Kemm hu l-valur tal-kuntratt? Meta beda x-xogħol? Meta huwa marbut li jlesti x-xogħol kollu l-kuntrattur? X’sar s’issa u x’jonqos isir biex jitlesta x-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li x-xogħol imsemmi huwa konness mad-drenaġġ u huwa taħt ir-responsabilità tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.