Dipartiment tal-VAT — taxxa mhux mħallsa - nies il-ħabs
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jaqbillux jaċċetta li dawk li għandhom x'jagħtu lid-Dipartiment tal-VAT u li jiġu ssentenzjati mill-Qorti biex iħallsu dak li hu dovut u l-multi straordinarji, jingħataw l-opportunità mill-Qorti li jħallsu fuq bażi ta' pagamenti milli jiġu mitfugħa l-ħabs? Kemm qed jiswa lill-gvern kull gurnata li persuna li kellha tagħti lid-Dipartiment tal-VAT u ġiet issentenzjata l-ħabs? X'tiswa lil Gvern jekk persuna li għandha tagħti, tingħata l-opportunità li tħallas b'sistema ta' pagamenti, abbażi ta' persentaġġ? Qiegħed jieħu in konsiderazzjoni il-gvern li persuni li għandhom jagħtu lid-Dipartiment tal-VAT u ġew issentenzjati l-ħabs mingħajr ma ingħataw l-opportunità li jħallsu b'sistema ta' pagament, meta jiġu mitfugħa l-ħabs biex jiskontaw is-sentenza, dawn il-persuni ma jkunux jistgħu jaħdmu u b'konsegwenza li l-gvern ikollu joħroġ benefiċċju soċjali lill-familja tiegħu? Kemm fil-fatt qed jiswew lill-gvern il-familji ta' persuni li bħalissa qegħdin il-ħabs jiskontaw sentenzi bħal dawn, f'termini ta' benefiċċji soċjali, l-ammonti skont il-benefiċċji mogħtija?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ħaddiema qabżu l-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema/uffiċjali li qabżu l-61 sena u baqgħu jaħdmu fil-ministeru tiegħu u/jew fid-dekasteru li jaqa' taħtu?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17936 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-konsulenti u kuntratturi li ħadmu fuq Dar Malta fi Brussell, u kemm tħallsu kull wieħed?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
In vista tar-rapporti li mill-inqas żewġ kumpaniji privati krew spazju f’Dar Malta fi Brussel, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17934 u jgħid jekk dan il-fatt affettwax b’xi mod l-immunitajiet jew tariffi li ssoltu jkunu riservati għal binjiet ta’ ambaxxati? Kienu affettwati b’xi mod refunds jew ħlasijiet ta’ taxxa fuq il-bini tal-istess bini?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għaż-żewġ mistoqsijiet hija fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jikkonferma li turbina ta’ 60 MW, fil-Power Station tal-Marsa, li fil-ġimgħat li għaddew ma kenitx qed taħdem minħabba ħsarat, intbagħtet barra minn Malta biex tissewwa? Jekk iva, fejn intbagħtet, min għamel ix-xogħol u kemm sewa dan ix-xogħol? Jikkonferma li s-soltu tiswijiet bħal dawn kienu jsiru fit-Tarzna ta’ Malta u jista' jgħid kemm sewa dan ix-xogħol kull darba li sar fit-Tarzna, b’mod separat?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid xi skart se jkun prodott mill-estenzjoni tal-power station f'Delimara, f'liema kwantità u ta' liema natura se jkun dan l-iskart? Jista' jgħid x'se jsir minn dan l-iskart u jekk hux maħsub li dan jiġi esportat direttament jew jekk hux se jkun trasferit għal x'imkien ieħor qabel jiġi esportat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-iskart prodott se jkun fil-forma ta’ trab u sludge.
Id-dettalji ta’ kif se jinġabar u jiġi esportat se jiġu stabbiliti mill-IPPC permit wara li jkun assessjat u approvat mill-MEPA.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ARMS Ltd qed iddum ma toħroġ il-vouchers għal persuni li huma intitolati għalihom u dan meta diġà rċevew il-kont tad-dawl u l-ilma? Jaħsibx li dan il-fatt se joħloq diffikultajiet lil numru ta' familji li qed jiġu mitluba jħallsu l-kont sħiħ mingħajr tnaqqis?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li s-sitwazzjoni ġiet riżolta u l-vawċers qed jiġu proċessati.
L-ebda benefiċjarju m’hu ser jitlef il-vawċers tiegħu u l-ARMS Ltd ħadet il-passi neċessarji biex kull familja intitolata għall-vawċer, u li ma tkunx ħallset il-kont fiż-żmien stipulat minħabba dan id-dewmien, tingħata ż-żmien xieraq biex tagħmel dan il-ħlas mingħajr interessi.
Peress li issa r-riżoluzzjoni dwar it-trasferiment ta' art f'Bormla lill-Palumbo ġiet approvata, u peress li l-art f'Għajn Dwieli taħt il-Fgura, li kienet isservi ta' car park għall-ħaddiema tat-Tarzna ma kenitx parti f'din ir-riżoluzzjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet għal din il-biċċa art?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern qed jistudja l-possibiltajiet għall-użu ta’ din l-art.
Issa li l-uffiċċju konġunt ġie trasferit lejn il-Berġa tal-Baviera, jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini fejn kien hemm l-uffiċċju konġunt hux se jintuża minn xi entità governattiva? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min se jibda jużah?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, m’għandu l-ebda tagħrif dwar l-użu li ser isir mill-bini li qabel kien okkupat mill-Uffiċċju Konġunt.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex u meta l-gvern iddeċieda li jabbanduna l-Elecricity Generation Plan 2006-2015 li kien ibbażat fuq in-natural gas bħala t-triq ‘il quddiem u fuq liema livell ittieħdet id-deċiżjoni strateġika li jsir dan il-u-turn?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Dipartiment tal-VAT — oġġezzjonijiet reġistrati mit-tax payers
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17909 u jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' oġġezzjonijiet reġistrati mit-tax payers mad-Dipartiment tal-VAT? Jista' jagħti breakdown ta' kemm huwa ta' kumpaniji/self employed/ħaddiema eċċ. kif ukoll jikkategorizzahom sena b'sena abbażi tal-oġġezzjonjiet in kwestjoni? Meta ġew reġistrati l-ewwel darba?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ oġġezzjonijiet reġistrati mit-taxpayers mad-Dipartiment tal-VAT huwa kif spjegat hawn taħt:
581 oġġezzjoni marbuta ma’ VAT li minnhom hemm 162 kumpanija u 419
self employed
;
54 li għandhom x’jaqsmu ma’ Eko Kontribuzzjoni li minnhom hemm 30 kumpanija u 24
self-employed
/;
Huwa diffiċli li wieħed jikkategoriżżhom sena b’sena peress li biex isir dan l-eżercizzju wieħed l-ewwel irid janaliżża u jkollu jistħarreġ kull oġġezzjoni.
L-oġġezzjonijiet imsemmija ġew reġistrati kif spjegat hawn taħt:
Eko-Kontribuzzjoni
VAT
Self employed
- Kumpaniji
Self employed
- Kumpaniji
2009 3 4 31 16
2010 21 26 388 146
Dipartiment tat-Taxxi Interni — oġġezzjonijiet reġistrati mit-tax payers
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17908 u jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' oġġezzjonijiet reġistrati mit-tax payers mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jista' jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' kumpaniji/self employed/ħaddiema eċċ. kif ukoll jikkategorizzahom sena b'sena abbażi tal-oġġezzjonjiet in kwestjoni? Meta ġew reġistrati l-ewwel darba?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17908.
Dipartiment tat-Taxxi Interni — kumpaniji li qed jiġu mħarrka
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17905 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' kumpaniji self employed/ħaddiema eċċ. li qed jiġu mħarrka għaliex m'onorawx il-ħlasijiet/pagamenti dovuti lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus in kwestjoni ta' żbilanċ kontra d-dipartiment?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Dipartiment tal-VAT — kumpaniji li qed jiġu mħarrka
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17906 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' kumpaniji self employed/ħaddiema eċċ. li qed jiġu mħarrka għaliex m'onorawx il-ħlasijiet/pagamenti dovuti lid-Dipartiment tal-VAT? Kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus in kwestjoni ta' żbilanċ kontra d-dipartiment?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17810, 17631 u 17494 u jgħid jekk kienx irrifjuta li ma jħallix il-ħwienet, wara talba li saritlu mil-General Retailers and Traders Union, jiftħu nhar l-1 ta' Mejju li għadda, liema talba kellha l-appoġġ tal-Għaqda tal-Konsumaturi? Jekk ma sarux rakkmandazzjonijiet, jista' jispjega jekk kienx ikkonsulta mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment fuq din il-kwistjoni? X'kien il-parir tiegħu fuq din il-kwistjoni? Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur ta' xi parir lis-Segretarju Parlamentari fuq din il-ħaġa? X'kien dan il-parir u jekk ma ngħatax parir għalfejn dan il-parir ma ngħatax?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hu minnu li l-GRTU erba’ t’ijiem qabel l-1 ta’ Mejju ikorrispondiet mal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment iżda l-policy tal-Gvern hi li l-ħwienet ma jiġux imħeġġa jiftħu f’jiem ta’ festi jew fil-jiem tal-Ħadd sakemm ma jkunx hemm l-eċċezzjoni ta’ xi okkażjoni partikolari li tkun ta’ benefiċċju inevitabbli għas-settur tan-negozju. F’dan il-każ ittieħdet id-deċiżjoni li ma tiġix applikata din l-eċċezzjoni. Sadanittant is-Segretarju Parlamentari għal Negozji żgħar u Artijiet ma rċieva l-ebda parir mingħand il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
Proprjetà tal-Knisja u issa saret tal-Joint Office
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18041 u jara li dawk li bnew ir-residenza privata tagħhom fuq art li kienet tal-Knisja u issa saret tal-Joint Office, ikunu jistgħu jifdu ċ-ċens? Liema huma dawk il-lokalitajiet fejn għadhom sejrin in-negozjati biex jinfeda ċ-ċens?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 17874 u jara li jiġi rranġat id-dawl li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Enemalta, fi Triq il-Qalb ta' Ġesù, Triq Għajn Dwieli u Triq Fr Charles Plater peress li ilhom bla dawl ġimgħat sħaħ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18011 u jagħti l-prezz ta' kull metru kwadru li l-gvern iħallas ta' art esproprijata għal skopijiet pubbliċi kemm meta l-art tkun fl-outside development zone kif ukoll meta hi fl-ischeme?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-prezz tal-art esproprijata jiġi ffissat skont il-provedimenti tal-Att li jirregola l-Akkwist ta’ Artijiet għal skopijiet pubbliċi (KAP 88). Skond l-ammendi li saru f’din il-Liġi fis-sena 2003, il-prezz tal-Artijiet li jkunu ser jiġu esproprijati f’żona ta’ żvilupp jiġi stabbilit skont il-prezz tas-suq.
Dwar l-art li tkun f’
Outside Development Zone
din tiġi stmata bħala art agrikola.
Fiż-żewġ kazi, l-istimi jsiru mill-Periti mqabbda mid-Dipartiment u m’humiex ibbażati fuq il-metraġġ.