Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bini ta' triq fil-Mellieħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7924 u jgħid jekk hux ikkonfermat li se issir it-triq tal-Mellieħa inti u nieżel iċ-Ċirkewwa? Kif ser jiġu affettwati l-Caravans? Se jiġu minsusa? Jekk iva, x'kumpens se jieħdu? Beħsiebu l-Gvern jagħtihom post ieħor? Jekk iva, fejn qed ikun propost?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub ikun aktar speċifiku dwar liema triq qed jirreferi għalija.

Awtorità dwar it-Trasport — Late Renewal Charge - road licence refund

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6904 li ġiet imwieġba aktar minn xahar ilu fejn hu kien ikkonferma li huwa minnu li l-Awtorità dwar it-Trasport introduċiet late renewal charge għar-road licences kif ukoll għar-reġistrazzjoni ta' karozzi iżda intebħet li dawn l-istruzzjonijiet ma kenux koperti minn avviz legali u effettivament qalet permezz ta' ċirkulari li b'seħħ immedjat kellhom jwaqqfu ż-żamma ta' dawn il-multi u anki jingħatalhom refund minħabba dan l-iżball, jista' l-Ministru jispjega l-fatt li sal-bieraħ stess nies li kellmu uffiċjali għoljin tal-awtorità dwar meta jistgħu jistennew li jieħdu ir-refund kif ikkonfermat minnu stess ġew infurmati li s'issa ma kienu rċivew ebda struzzjonijiet dwar dan? Meta mistennija jinħarġu dawn ir-refunds?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Power stations — filtri li jintużaw fiċ-ċmieni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7326 u jagħti dettalji tekniċi tal-filtri li jintużaw mill-Korporazzjoni Enemalta fil-power stations tal-Marsa u Delimara senjatament dawk li jintużaw fiċ-ċmieni biex inaqqsu d-diffuzjoni tal-partiċelli li jniġġzu l-arja, u dan prevja dikjarazzjoni jekk jintużawx jew le tali filtri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Enemalta ma tużax filtri fiċ-ċmieni tal-Power Stations tal-Marsa u ta’ Marsaxlokk. Madankollu l-fatt jibqa’ li l-livell ta’ tniġġiż miż-żewġ Power Stations jaqa’ fil-limiti ta’ dak li huwa aċċettabbli. Dan għaliex l-Enemalta tieħu passi oħra sabiex jitnaqqas it-tniġġiż mill-Power Stations billi per eżempju tuża fuel li għandu livell baxx ta’ kubrit.

Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — xogħol ta' asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu jsir xogħol ta' asfaltar f'kull lokalità f'Għawdex separatament f'dawn l-aħħar ħames snin in konsegwenza ta' xogħlijiet li saru mill-Korporazzjonijiet Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma separatament u jindika t-toroq involuti u kemm metru kwadru ta' asfalt u/jew tarmac ingħata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Qormi — area bejn Triq il-Kanun u Triq il-Kaċċatur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-area f'Ħal Qormi li hija abitata minn mijiet ta' familji, jigifieri l-area li tinsab bejn Triq il-Kanun u Triq il-Kaċċatur, hijiex meqjusa bħala residenzjali jew industrijali għall-finijiet tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk ġie deċiż li għandha tkun area industrijali, meta ġie deċiż dan? Min ħa din id-deċiżjoni u fuq liema kriterji? Ittieħdu in konsiderazzjoni l-perikli li jeżistu għal mijiet tal-familji li ilhom is-snin kbar jgħixu fl-akwata u li investew flushom f'xiri ta' djar residenzjali? Jaf il-Ministru f'liema periklu jistgħu jkunu dawn il-mijiet ta' familji, meta mhux tant snin ilu diġà kien hemm inċidenti mill-aktar serji?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ħal Qormi — problemi fi Triq il-Wied u Triq Valletta

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi progress sar wara l-laqgħa li saret ma' tekniċi tad-drainage section xhur ilu fuq il-post in kwestjoni, dwar il-problemi fi Triq il-Wied u Triq Valletta, f'Ħal Qormi, jiġifieri: a) il-problema tal-isbroff tad-drenaġġ bejn iċ-ċimiterju u l-ground tal-footballfi Triq Valletta; l-ilma li jitla' sa Triq San Frangisk meta jogħla l-wied; b) l-overflow li jinsab fit-tarf ta' Triq l-Għargħar, li għalkemm fis-sajf ma joħroġx ilma minnu, toħroġ intiena u nemus; ċ) u l-overflowli jinsab fit-tarf ta' Triq il-Wied qabel ma tidħol għall-parti ta' Wied is-Sewda u li jigi taħt Triq Hammieri li mhux fix-xita biss joħroġ l-ilma minnu? Jista' jgħid meta se jinbeda x-xogħol li dakinhar stess tal-laqgħa mat-tekniċi kien ġie indikat li jeħtieġ isir, partikolarment fejn jisbokka d-drenaġġ bejn iċ-ċimiterju u l-ground tal-football? Dwar il-problemi l-oħra indikati, jista' jgħid jekk sarux spezzjonijiet oħra, jekk instabitx il-problema u allura x'se jsir konkretament biex jiġu megħluba l-problemi in kwestjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Qormi — Triq Hammieri - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Hammieri f'Ħal Qormi se jsirilha x-xogħol meħtieġ biex tkun sigura għal min jgħaddi minn hemm bil-mixi u bil-karozza u dan wara li xi snin ilu l-Awtorità dwar it-Trasport kellha diġà pjanijiet dwar x'għandu jsir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Safi — Triq il-Puniċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq il-Puniċi, f'Ħal Safi? Jista' jiddikjara jekk jaqbilx mal-mod bl-addoċċ li bih giet kostruwita hump bit-tarmac fil-bidu ta' din it-triq? X'se jsir biex l-affarijiet isiru kif suppost?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pompi tad-drenaġġ fil-bajjiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7178, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzoni għas-Servizzi tal-Ilma stallatx ukoll sistemi ta' moniteraġġ tal-pompi tad-drenaġġ f'bajjiet oħra? Jekk fl-affermattiv, f'liema bajjiet u kienx hemm kazi mindu ġew stallati 'l hawn fejn żviluppaw ħsarat u allura ttieħdet azzjoni immedjata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-KSI nstallat sistema ta' moniteraġġ kif muri fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Minn mindu ġew installati dawn is-sistemi , kien hemm disgħa każi ta' ħsarat permezz tal-istess sistema u dan ippermetta lill-KSI li tieħu l-passi neċessarji bla dewmien.

Mosta — Distribution Centre - proġett

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta l-proġett marbut mad-distribuzzjoni tal-elettriku li joriġina mid-distribution centre tal-Mosta? Kemm hu mistenni li jqum il-proġett kollu meta jitlesta minn dak kollu li hu meħtieġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li iċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-Mosta tlesta kmieni din is-sena u ġie jiswa madwar €15.4 miljun inkluż il-cables tal-132kV. L-estenzjoni tal-feeders minn dan iċ-Ċentru huwa proċess kontinwu li jittwettaq meta jkun hemm bżonn u skond il-projiritajiet li jkun hemm.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Nefqa globali fuq Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtu matul l-2008 rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Awtorità dwar it-Trasport — konsulenti ADI

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Ministeru u /jew l-Awtorità dwar it-Trasport biex ħallas lill-konsulenti ADI tas-servizzi li taw lill-għaqdiet ambjentali, lill-istampa u ta’ xogħol ieħor relatat mal-pjanijiet b’konnessjoni mal-proġett ta’ l-Għadira? Jista' jgħid jekk huwiex veru li l-istess ditta ta’ konsulenza u / jew konsulenti privati oħra diġà ingħataw xogħol ta’ konsulenza b’konnessjoni ma’ studji li jridu jsiru ma’ dan l-istess proġett? Jekk dan huwa minnu, jista' jgħid min huma dawn id-ditti ta’ konsulenza u/jew individwi u għala ma nħarġitx sejħa pubblika biex isir dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li d-ditta li qed isemmi l-Onor Interpellant kienet mqabbda tiprepara presentation u xi dokumentazzjoni lill-għaqdiet ambjentali dwar il-kunċett ta' kif jaħdmu sistemi ta' bajjiet. Id-ditta tħallset €2,902, għal din il-biċċa xogħol. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija mhux veru li din id-ditta ingħatat xi xogħol ta' konsulenza dwar studji li jridu jsiru fuq dan il-proġett.

Għawdex — Rabat - Parking spaces

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm parking spaces għall-persuni b'diżabilità fir-Rabat, Għawdex, jgħid fejn huma u meta ġew approvati mill-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.7549.

Bus shelters approvati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk waslux il-bus shelters li kienu approvati f'diversi nħawi ta' Malta? Jekk iva, meta ser jitwaħħlu? Jekk le, meta hu mistenni li jkunu Malta, biex jitqegħdu f'posthom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s’ issa waslu għoxrin (20) Bus Shelter minn mija (100) li ġew ordnati mill-kumpanija Faces Ltd. Madwar ħamsin (50) minn dawn il-bus shelters kienet applikat għalihom l-ADT, filwaqt li l-kumplament applikaw għalihom diversi Kunsilli Lokali. Infurmat ukoll li bħalissa qed isiru l-preparamenti neċessarji sabiex jibdew jitqegħdu uħud mill- bus shelters li kienet applikat għalihom l-ADT. Għar-rigward ta’ bus shelters li applikaw għalihom il-Kunsilli Lokali, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Irranġar ta' triq li twassal għar-residenza San Vincenz de Paule

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir arranġament biex it-triq li tagħti minn ħdejn iċ-Ċimiterju tat-Torok għal ħdejn it-triq li tagħti għar-Residenza San Vincenz de Paule tiġi rranġata biex il-vetturi li ħallsu l-liċenzji sabiex jgħaddu minn din it-triq ma jibqgħux jagħmlu ħsara kemm fiżikament kif ukoll finanzjarjament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant isir meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa lill-ADT u skond il-prijorita' ffissata.

Mosta — żona tad-dib - wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm biex iż-żona tad-"dib" ġewwa l-Mosta tingħata wiċċ ġdid, liema toroq jinstabu f'istat ħażin ħafna u l-ilma tax-xita qiegħed joħloq umdità kbira fid-djar għaliex qed jinxtorob mit-toroq ħżiena li hemm?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tenders fuq cables bejn Malta u Sqallija u metres tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li tinħareġ it-tender għal cables bejn Malta u Sqallija biex jgħaqqad lil Malta mal-Ewropean Fuel għal proviżjon ta' enerġija? Kemm ser tiswa din it-tender? Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jinħareġ t-tender għal bdiel ta' metres tad-dawl bi smart metres? Kemm ser tiswa din it-tender?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi għadu kmieni biex wieħed jintrabat b'dati jew stimi abbażati dwar l-interconnection ma Sqallija.. Infurmat ukoll li t-tender għal bdil tal-meters tad-dawl eżistenti bi smart meters hu maħsub li joħroġ fix-xhur li ġejjin.

San Pawl il-Baħar — Breakwater tal-Veċċa

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex id-dwal fuq il-breakwater tal-Veċċa, San Pawl il-Baħar, jissewwew?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li d-dawl tan-navigational aid li hemm fuq il-breakwater qed jaħdem. Jekk l-Onor Interpellant qed jirreferi għal xi dwal oħra, nitolbu jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Land Registry Office — użu tal-pjanti aġġornati

Question

Billi l-Land Registry qed jużaw pjanti (meta persuni jkollhom bżonn jirreġistraw propjetà li jkunu qed jixtru) li ilhom snin sħaħ ma jiġu aġġornati, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt il-Land Registry Office humiex qed jużaw il-pjanti aġġornati tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minħabba xi kwestjonijiet ta' ħlas annwali lill-istess Awtorità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sistemi tal-IT kollha li huma preżentement użati mid-Diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku u tal-Artijiet, qed jiġu riveduti sabiex ikunu robusti biżżejjed biex jifilħu għall-ħtiġijiet li ser jitnisslu meta l-Parlament japprova l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali. Dawn se jinkludu servizzi li llum huma ineżistenti bħal pereżempju illi aċċess għall-pjanti jkun web based ukoll. Għalhekk inħass li ma kienx jagħmel sens illi l-eżerċizzju ta' aġġornament tal-pjanti jitnieda waħdu imma jkun iktar għaqli li jsir eżerċizzju olistiku li jkopri t-titjib tal-functionalities kollha.

Awtorità dwar it-Trasport — toroq li qatt ma saru

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm fadal toroq li huma magħrufa mill-Awtorità dwar it-Trasport, bħala li għadhom qatt ma saru, u li allura huma responsabbiltà ta' l-istess awtorità biex jiġu mogħtija wiċċ bit-tarmac? X'tip ta' informazzjoni nġabret mingħand il-korporazzjonijiet l-oħra biex jiġi assigurat li dawk li huma servizzi meħtieġa jkunu diġà tqiegħdu f'posthom qabel jibda x-xogħol ta' l-asfaltar ta' dawn it-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.