B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30162, jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema lokalità huma l-binjiet u uffiċini tal-Gvern li għandhom roof garden?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninfurma lill-Onor Interpellanta li l-binjiet u l-uffiċini tal-Gvern li għandhom roof garden u f’liema lokalita fejn dawn jinsabu huma kif ġej:
Gene Bank Plant Technology Centre Hal-Lija
IMU Level 3 fi hdan l-Ministeru tas-Saħħa u l-An¿janita Attiva -St Luke’s Gwardamangia
Qrendi Resource Centre
Skola Sekondarja Santa Luċija
MCAST Applied Sciences-Raħal Ġdid
Fakulta Ambjent Malti-Universita ta’Malta,Msida
Id-Dipartiment tal-Gvern lokali Belt Valletta
Valletta Design Cluster
San Vinċenz de Paule -Hal-Luqa
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru – Penalitajiet amministrattivi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew imposti penalitajiet amministrattivi mill-entitajiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u kemm minnhom ġew kontestati?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-Awtorita tax-Xandir imponiet dawn l-penalitajiet amministrativi kif ġej:
2022
10
2023
14
2024
19
2025
4
Nfurmat ukoll li kien hemm żewġ penali amministrattivi li ġew kkontestati. Iż-żewġ deċiżjonijiet ta’ dawn il-penali amministrattivi ħarġu fl-2024. Mhiex id-deċiżjoni li tista’ tiġi appellata iżda l-proċedura. L-appell ma jsirx quddiem l-Awtorita imma quddiem il-Qorti.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid minn meta ġew mogħtija t-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 11200, 14932 u 23051, jekk qattx ġew avviċinati l-familjari tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia biex jiddiskutu monument iddedikat għaliha?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’hemmx diskussjonijiet għaddejjin dwar din l-materja.
Infakkar li l-Gvern immexxi minni dejjem wera rispett lejn il-memorja tas-Sinjura Caruana Galizia u lejn l-familja tagħħa, mhux biss fl-anniversrju tal-mewt tagħħa imma tul is-sena kollha.
Ċelebrazzjonijiet tal-anniversarju tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea - Nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28461 u jgħid kemm kienu jammontaw l-ispejjeż totali marbuta maċ-ċelebrazzjonijiet tal-anniversarju tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, li saru fit-30 ta’ April 2025 fil-Barrakka ta’ Fuq u fil-Port il-Kbir?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Karigi ta’ Segretarju Permanenti, Direttur Ġenerali u Direttur
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni li kienu jokkupaw il-karigi li ġejjin fis-Servizz Pubbliku, fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena:
i. Segretarju Permanenti;
ii. Direttur Ġenerali; u
iii. Direttur?
Response (ABELA, ROBERT)
Rigward is-Segretarji Permamenti , nirreferi lill Onor Interpellant għas-sit elettroniku:
https://publicservice.gov.mt/en/personnel-page
li kopja ta’dan it-tagħrif qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward tal-karigi l-oħra li qed jistaqsi fil-mistoqsija tiegħu , qed inpoġġi ukoll it-tagħrif ġa pubbliku ukoll :
https://opm.gov.mt/ikkuntattjana/
fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fid-dawl tal-Opinjoni Finali tal-Ombudsman imressqa f’Novembru 2023 – li ġiet formalment riferuta lill-Ispeaker skont l-artikolu 22(4) tal-Att dwar l-Ombudsman u li ġiet imqiegħda quddiem din il-Kamra – u fid-dawl tas-sejbiet tal-Ombudsman li “a notary failed to transfer stamp duty and capital transfer taxes due on property deeds, despite having received payments from clients”, peress li l-vittmi ġew mitluba jħallsu t-taxxa darbtejn, u peress li din ġabet protesti mill-pubbliku, jista’ l-Prim Ministru jispjega għaliex il-Gvern sa issa naqas milli jaġixxi fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll il-Gvern meta biħsiebu jimplimenta miżuri konkreti, inklużi dawk proposti mill-Kunsill Nutarili u mill-Ombudsman, sabiex jingħata rimedju immedjat u jiġu protetti d-drittijiet ta’ dawk il-bona fide taxpayers?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30101
fir-rigward tal-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) 2024/900, fejn intqal li ‘għaddejja l-ħidma neċessarja sabiex jiġi żgurat l-implimentazzjoni effettiva tal-provedimenti tar-Regolament rispettiv’, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienet din il-ħidma biex jiġu effettivament implimentati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE u jekk ġiex fit-tmiem? Jista’ jgħid ukoll liema entità ser tkun jew hi responabbli għat-tħaddim tar-regoli pertinenti u jekk ġewx imfassla xi regoli domestiċi fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament tal-UE?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija f'Mistoqsija Parlamentari numru 30101.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk attwalment hemmx normi preċiżi li jirregolaw online safety, fejn service providers li jipprovdu video-sharing platforms ikunu marbuta li jieħdu l-miżuri adattati biex iħarsu lill-utenti minn kull tip ta’ materjal li jinġarr online li hu ta’ ħsara, inkluż cyberbulling u l-promozzjoni ta’ self-harm? Jekk m’hemmx, jista’ jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li jintroduċi normi f’dan ir-rigward?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat mill-Awtorita tax-Xandir li fl-2020 saret it-traspożizzjoni tal-AVMS fil-leġislazzjoni nazzjonali _Kap 350 (L-Att dwar ix-Xandir). Din it-traspożizzjoni daħħlet provvedimenti fir-rigward ta’ video sharing platform. Artikllu 16S tal-Att dwar ix-Xandir jitratta dwar li fornituri ta’ pjattaforma ta’ video sharing (video sharing platforms) li huma taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Malta jieħdu l-miżuri xierqa biex jipproteġu l-minuri, fost l-oħrajn l-Artiklu 16S (1) (a) jgħid li dawn il-pjattaformi jridu jieħu l-miżuri xierqa biex jipproteġu :
(a) Lill-minorenni minn programmi, videos iġġenerati mill-utenti u kommunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li jistgħu jfixklu l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom f’konformità mal-Artiklu 16JA.
Il-miżuri xierqa huma elenkati f’Artiklu 16S (6) (a) sa (j) tal-Att dwar ix-Xandir.
L-Artiklu 16JA li ssemma aktar ‘il fuq jitratta provvedimenti dwar protezzjoni tal-minuri li jipproteġu lill-minuri minn servizzi li jistgħu jfixklu l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. Fil-fatt il-protezzjoni tal-minuri f’dan ir-rigward qegħda elenkata f’Artiklul 16JA (1) sa (4).
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30878 u 30879 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid min huwa responsabbli sabiex ikun hemm għarfien aħjar ta’ dak li r-residenti ġewwa Pembroke għaddejjin minnu, u t-trab u storbju marbut mal-kostruzzjoni li għaddejja bħalissa jkun ikkontrollat?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill Onor.Interpellant li l-Ministeru responsabbli huwa dak għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu t-total ta’ ħaddiema fi gradi tekniċi u industrijali mal-Gvern? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm jaħdmu f’kull Ministeru?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li hemm 1,489 ħaddiem fil- gradi tekniċi u 1,427 ħaddiem fil- gradi industrijali.
Uffiċċju tal-Prim Ministru - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari
15419
.
Il-Belt Valletta - Stabbilimenti tax-xorb u ikel - Permessi relatati ma’ mwejjed u siġġijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-permessi relatati ma’ mwejjed u siġġijiet barra l-istabbilimenti tax-xorb u tal-ikel fil-Belt Valletta, jiġux ivvettjati mill-uffiċċju tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellant li la l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lanqas id-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taht id-dekasteru tiegħu ma jivvettjaw jew joħorgu l-imsemmija permessi.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28424 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm bdew jaħdmu persuni barranin f’pajjiżna matul l-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u kemm kienu minn pajjiżi terzi?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm bdew jaħdmu persuni barranin f’pajjiżna matul l-2024, kemm minnhom kienu minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u kemm kienu minn pajjiżi terzi?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
CfT: CT2108/2021 - Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services
Question
B’referenza għas-sejħa CfT: CT2108/2021 - Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services, jista’ l-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm persuni f’din l-iskema, kemm minnhom huma Għawdxin u kemm minnhom huma Maltin, u ma’ liema Ministeru huma assenjati dawn il-ħaddiema? Jista’ jgħid ukoll meta (xahar u sena) tiskadi (tispiċċa) din is-sejħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru - Ħaddiema full-time u part-time
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu full-time u part-time ma’ kull dipartiment u/jew entità li taqa’ taħtu matul is-snin 2012, 2013, 2016, 2018, 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Inadizzjoni għall-informazzjoni mogħtija fit-Tweġiba Parlamentari nru 23981, il-persentaġġ tal-ħaddiema li jaħdmu fuq bażi nazzjonali fis-settur pubbliku kien ta’18% filwaqt li 82% tal-kumplament tal-ħaddiema jaħdmu fis-settur privat.
Restawr ta’ knejjes u kappelli - Fond għall-Kawżi Ġusti
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28163 dwar restawr ta' knejjes u kappelli mill-fond għall-kawżi ġusti, jista' l-Prim Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm minn meta ngħatat it-tweġiba fid-19 ta’ Mejju 2025? Jista’ wkoll jaġġorna l-informazzjoni mitluba sal-aħħar ta’ Settembru 2025?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28162 dwar benefiċjarji mill-fond għall-kawżi ġusti, jista’ l-Prim Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm minn meta ngħatat it-tweġiba fid-19 ta’ Mejju 2025? Jista’ wkoll jaġġorna l-informazzjoni mitluba sal-aħħar ta’ Settembru 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill Onor Interpellanta li fis-seduta 369 fit-23 ta' Lulju 2025 tpoġġa r- rapport awditjat tal-2024.Fir-rigward ir-rapport tal-2025, nirreferi lill-Onor Interpellanta
għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 30654.