Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tfal bil-kondizzjoni tal-ADHD – Mediċini b’xejn

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti informazzjoni dwar liema huma dawk il-mediċini li jingħataw b’xejn mill-Gvern għal dawk it-tfal li għandhom il-kundizzjoni tal-ADHD?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċini li jingħataw mingħajr ħlas mis-servizzi tas-sahha għal dawk il-pazjenti fosthom tfal li għandhom il-kundizzjoni tal-ADHD huma: Pilloli tal Atomoxetine 18mg, 25mg u 40mg u Pilloli tal-Methyl Phenidate 10mg (immediate release) u 18mg, 36mg (prolonged release).

Regional Health Hub fit-Tramuntana ta’ Malta

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti informazzjoni dwar x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern sabiex ikun hemm Regional Health Hub fit-Tramuntana ta’ Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-progett tan-Northern Regional Health Hub wasal fi stadju avvanzat ta’ preparamenti, li jinkludi studju estensiv tal-karatteristiċi ġeoloġiċi tas-sit propost u t-tfassil tas-servizzi li ser jingħataw miċ-ċentru. Ninsabu f’kuntatt kontinwu ma’ bosta awtoritajiet ikkonċernati, inkluż l-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorità tal-ippjanar, fejn qed inħejju biex tiġi sottomessa l-applikazzjoni għall-iżvilupp.

Ministeru għas-Saħħa — Organogramma

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24080, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f'liema skala qed jaħdmu l-persons of trust?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-persons of trust fis-Segretarjat tiegħi huma mqassmin hekk: (1) ħaddiem fi Skala 5, (1) ħaddiem fi Skala 6, 5 ħaddiema fi Skala 7, 6 ħaddiema fi Skala 10, 7 ħaddiema fi Skala 13 u 7 ħaddiema fi Skala 14. Dawn jinkludu ħaddiema li jaħdmu bażi ta’ full time u part-time.

Ministeru għas-Saħħa — Infiq fuq materjal ta' reklamar

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kien l-ammont li ntnefaq mill-Ministeru fuq materjal ta' reklamar inkluż fuq billboards, reklami fil-gazzetti, reklami fuq social media u leaflets jew pubblikazzjonijiet oħrajn li tqassmu fid-djar għal kull xahar bejn Jannar 2020 u Jannar 2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Tfal li ħadu t-tilqima kontra l-influwenza staġjonali

Question

Jista’ id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti informazzjoni dwar kemm s’issa kien hemm tfal bejn il-5 u l-11-il sena li ħadu t-tilqima kontra l-influwenza staġjonali? X’perċentwali jirrappreżenta dan in-numru meta mqabbel man-numru ta’ tfal ta’ dik l-età li għandna f’Malta u f’Għawdex li huma eliġibbli għal dan il-vaċċin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tilqima għal kontra l-influwenza hija awtorizzata għal tfal ta’ ‘l fuq mill-eta’ ta’ 6 xhur. Sal-aħħar tal-2021, 13,657 tifel u tifla ta’ bejn is-6 xhur u s-16 il-sena ħadu din l-imsemmija tilqima.

Dipartiment tas-Saħħa – tilqima kontra l-COVID-19

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24423, jista’ id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti informazzjoni dwar kemm hu t-total ta’ tfal bejn il-ħames snin u l-11-il sena li huma eliġibbli għal dan il-vaċċin f’Malta u Għawdex? Mid-19,997 doża li ngħataw, kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin? Mis-6,881 doża li ngħataw, kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-total ta’ tfal bejn il-5 u l-11 il-sena li huma eliġibbli għal dan il-vaċċin f’Malta u Għawdex huma 32,493. Ninfurmaha ukoll illi f’pajjiżna sas-7 ta’ Frar ta’ din is-sena, ngħataw 23,085 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 lil tfal ta’ bejn l-5 u l-11 il-sena li minnhom 9,776 ħadu it-tieni doża.

Sptar Pubbliku — anzjani bħala social cases

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23444 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva u jindika kemm hu n-numru ta’ anzjani li huma f’xi sptar pubbliku bħala social case?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-isptarijiet ta’ Malta hemm 84 persuna li ħadet l-kura neċessarja u issa ġew ikklassifikati bħala Long term Care patients u li qed jistennew biex jiġu rilokati f’ dar residenzjali. B’referenza għal-mistoqsijiet parlamentari numru 24017 u 23670 nerġa ninfurmah li informazzjoni dwar każijiet soċjali, nitolbu jirreferi lill-Ministru kkonċernat.

Strateġija dwar is-Saħħa Mentali

Question

Jista’ id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika xi twettaq mill-Istrateġija dwar is-Saħħa Mentali li ġiet varata f’Lulju tal-2019?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iStrateġija Nazzjonali għas-Saħħa Mentali hija mifruxa fuq medda t’għaxar snin. Kemm ilha li ġiet varata din l-iStrateġija, bdiet ħidma u konsultazzjoni wiesgħa biex jibda u jitkompla x-xogħol f’oqsma diversi. Il-punti hawn taħt imsemmija jindikaw xi twettaq s’issa, iżda ma jirriflettix ix-xogħol kollu li sar minħabba li t-twettiq ta’ din l-iStrateġija huwa parti minn proċess kumpless u li jieħu ż-żmien. Nippromwovu is-Saħħa Mentali u l-Ben Esseri Nindirizzaw l-impatt tal-qafas soċjali fuq is-Saħħa mentali: a. Qed nindirizzaw il-qafas soċjali tal-individwu li jista’ jagħmel l-individwu iktar suġġett għall-mard mentali. Il- Mental Health Services qed jipparteċipa fi studju li qed isir mis-Superintendenza tas-Saħħa Pubblika, biex nistudjaw, l-impatt li l-qafas soċjali għandu fuq is-Saħħa Mentali u b’hekk ikun jistgħu jiġu ndirizzati biex nipprevvjenu dan il-mard. L-istħarriġ qed isir u r-riżultati mistennija joħorġu din is-sena. b. Qed inżidu l-għarfien dwar is-saħħa mentali billi l-professjonisti tas-Saħħa Mentali jużaw pjattaformi diversi – bħal Webinars , diskussjonijiet fil-komunita’ li jsiru fil-kunsilli lokali, mal-korp tal-pulizija, sehem fi programmi fuq il-midja tradizzjonali u wkoll fuq dik soċjali. c. L- Occupational Therapists attendew għall-programm ta’ Financial Literacy organiżżat bi sħab mill-Ministeru tal-Politika Soċjali u l-HSBC, biex b’hekk ikunu jistgħu jgħinu lill-persuni b’diżordni mentali biex jużaw flushom aħjar. Użu ta’ sustanzi lleċiti a. Qed tiżdied il-kooperazzjoni bejn professjonisti fis-Saħħa Mentali u NGOs f’dan il-qasam bil-ħsieb li tiżdied is-sinerġija bejniethom permezz ukoll ta’ stħarriġ tal-infermiera li jaħdmu ma’ dawn il-klijenti biex joffru terapija aħjar. b. Sar refurbishment mill-qiegħ ta’ sala għall-pazjenti nisa bid- dual diagnosis – problemi mentali u dipendenza mid-droga. Is-sala ġiet mgħammra b’aperturi, għamara u faċilitajiet sanitarja anti-ligature , biex tkun sikura għal dawn il-klijenti. Hemm sezzjoni iktar sikura ġewwa din is-sala għall-moniteraġġ mill-qrib ta’ persuni li huma ta’ riskju ikbar. Rikonfigurazzjoni tas-Servizzi tas-Saħħa Integrazzjoni tas-Saħħa Fiżika ma’ dik Mentali: a. Qed jingħata servizz minn tabib tal-familja fi ħdan is-servizzi tas-saħħa mentali. b. Tobba li qed jitħarrġu biex jispeċjaliżżaw bħala tobba tal-familja, qed jagħmlu tlett xhur fil-qasam tas-Saħħa Mentali, biex b’hekk iżidu l-għarfien tagħhom f’dan il-qasam. c. F’Ħal Qormi is-servizz primarju u dak mentali jingħataw mill-istess post u f’Lulju 2020 żdiedu s-servizzi tas-saħħa mentali li jingħataw miċ-ċentru tas-saħħa ta’ Ħal Qormi. Is-servizzi l-ġodda huma: klinika tas- psychogeriatrics u oħra għall-adulti b ’learning disorders . d. L-iSptar Psikjatriku ġdid sa jinbena ħdejn l-isptar Mater Dei, b’hekk titneħħa l-istigma assoċjata mal-isptar kurrenti. Barra minnhekk tiġi ffaċċilitata l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ sptarijiet billi jissaħħu s-servizzi psikjatriċi ġewwa Mater Dei u s-servizzi għall-mard fiżiku f’pazjenti ġewwa l-isptar psikjatriku. Servizzi fil-komunita’: a. Ingħalqet il- Psychiatric Out Patients fl-isptar Mater Dei u dan is-servizz qed jingħata mill-kliniċi tas-saħħa mentali li qegħdin fil-komunita’ eqreb ta’ fejn jgħix il-klijent. b. ¯diedu l-professjonisti fil-qasam ta’ saħħa mentali fil-komunita’ biex ikunu jistgħu ilaħħqu maż-żieda tas-servizzi u tal-klijenti li jirċievu dawn is-servizzi. c. Qed jintużaw premises fil-Qawra, minn fejn jingħataw servizzi psikjattriċi biex jilħqu aħjar il-klijenti tat-Tramuntana ta’ Malta. d. Jissaħħaħ is-servizz tat-tfal CAPES fil-komunita’ biex isegwi tfal bi problemi ta’ Saħħa Mentali fil-komunita’ biex kemm jista’ jkun l-pazjenti t’eta żgħira ma jkollhomx bżonn jiddaħħlu fl-isptar Monte Carmeli. e. Tniegħda servizz ġdid fil-komunita’ f’Diċembru, 2021 – Crisis Intervention Home Treatment Team . Dan huwa tim multidixxiplinarju li jagħti għajnuna għall-persuni bi problema akuta ta’ saħħa mentali liema kura tingħata fil-komunita’ anki fid-dar tal-pazjent. Dan is-servizz jnaqqas il-bżonn li persuni bi problemi akuti milli jiġu ammessi ġewwa l-isptar psikjatriku. Servizzi t’Emerġenza: a. Tkompla l-iżvilupp tat-tim tas-servizz fl-emerġenza, fl-iSptar Mater Dei, billi s’issa hemm preżenza ta’psikjatra jew HST fil-psikjatrija u żewġ infermiera. Qed tkompli l-ħidma biex jitjieb is-servizz permezz ta’ diskussjoni kontinwa bejn il- Mental Health Services u Mater Dei. Sptar Akut Psikjatriku Ġdid: a. L-isptar Akut Psikjatriku Ġdid huwa ppjanat li jsir ħdejn l-isptar Mater Dei, dan biex il-pazjenti taż-żewġ sptarijiet jkollhom servizzi aħjar tal-kura fiżika u dik mentali – integrated care . Beda’ x-xogħol fuq l-ippjanar ta’ dan l-isptar billi sar il- medical brief , l-art qed tiġi ttrasferita lill-Ministeru tas-Saħħa u nħareġ tender – għad- Design ta’ dil-faċilità. Tlestiet l-evalwazjoni tal-offerti riċevuti għas-sejħa għall-offerti għas-servizzi ta' konsulenza li għandha twassal għat-tħejjija tal-kunċett tad-disinn tal-bini tal-Isptar Psikjatriku Akut (CT2077/2021). Din intbgħatet id-Dipartiment tal-Kuntratti. Repurposing ta’ L-iSptar Monte Carmeli: a. Sar refurbishment qawwi fis-sala għall-pazjenti bid- dual diagnosis , kif diġa ġie deskritt. b. Tlestew żewġ Isolation Units li huma sikuri biex jistgħu jakkomodaw lill-pazjenti b’diżordni mentali imma li jkunu qed isofru wkoll b’mard infettiv. c. Qed isir xogħol strutturali fuq żewġ swali tas- psychogeriatrics , għax hemm domanda għal din it-tip t’akkomodazzjoni fis-soċjeta. Kull sala sa takkomoda 23 pazjent u sa jsir ġnien addattat għal dawn il-klijenti. Sa jsiru żewġ Isolation Units , biex jakkomodaw pazjenti b’mard psikjatriku meta jkunu qed isofru wkoll minn mard infettiv. d. Tkomplew ix-xogholijiet fuq proġett eżistienti -FW2. e. Qed isir thejjija ta’ tenders għal iktar proġetti ta’ ristrutturar. Ġonna Terapewtiċi: a. Saret il-pjanta u l- ispecifications biex isir ġnien fil- Young People’s Unit, bħala post terapwetiku għall-klijenti t’eta zgħira. b. Twaqqa’ bini barra ‘l gate tal-isptar, li minfloku se jsir ġnien terapewtiku għall-pazjenti u għall-qraba tagħhom. Support lill-Persuni b’Diżordni Mentali: Rijabilitazzjoni u support: a. Komplejna bil-ħidma biex persuni b’diżordni mentali ma jibqgħux jirċievu l-kura ġewwa l-isptar imma billi jibdew jgħixu fil-komunita’ ġewwa hostels immexxija bi sħab bejn il-gvern u l-NGOs u f’postijiet oħra bħal nursing homes għall-persuni anzjani. Mill-2018 sat-3 ta’ Frar ta’ din is-sena, saru 338 rilokazzjonijiet ta’ persuni f’residenzi u hostels addattati għal istess persuni. Nsaħħu lill-Ħaddiema fil-qasam tas-Saħħa Mentali u nintroduċu Sistemi Ġodda Niżvilluppaw u nsostnu lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa mentali: Preceptorship programme li ta sapport u taħriġ lill-infermiera ġodda biex jinżammu f’dan l-impieg. a. Taħriġ lill-infermiera I. Mental Health First Aid ingħata lill-professjonisti li jaħdmu fil-komunita’ II. Coaching lill- managers tal-Infermiera III. Ingħata taħriġ lill-infermiera minn Prof Frans Fluttert fuq għodda li jgħinu lill-professjonisti biex jeżaminaw r-riskju tal-pazjent u jipprevenu li pazjent isir vjolenti u aggressiv waqt li jkun għal kura ġewwa l-isptar. IV. Sar Taħriġ fuq is- Safe Wards liċ- Charge Nurses. b. Taħriġ lill-management biex jitjieb is-servizz mogħti I. 6 sessjonijiet mogħtija lill- management c. Biex jiġu involuti il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa mentali fid-deċiżjonijiet f’dan il-qasam I. Isiru laqgħat ta’ konsultazzjoni bejn il- management u l-ħaddiema f’dan is-settur regolarment. d. ¯viluppar ta’ pjan t’ingaġġar aktar professjonisti fil-qasam ta s-Saħħa Mentali I. Il-pjan biex jiġu ngaġġati aktar professjonisti f’dan il-qasam huwa kontinwu. Isiru diskussjonijiet regolari biex jinħarġu applikazzjonijiet biex jiġu ngaġġati iktar ħaddiema professjonali f’dan il-qasam. e. Biex jiġi pprovdut sostenn psikoloġiku lill-ħaddiema fis-Saħħa Mentali I. Dan is-servizz qed jiġi pprovdut mill – ESP (Employee Support Programme).

Spiża kull sena fuq is-saħħa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet l-ispiża kull sena fuq is-saħħa f'pajjiżna mis-sena 2000 sal-lum u jaqsam din l-ispiża f'dik rikorrenti u dik kapitali? Jista' jgħid kemm minn din l-ispiża kienet dedikata għall-onkoloġija kull sena mis-sena 2000 sal-lum? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża totali tad-Dipartiment tal-Ġinekoloġija mis-sena 2000 sas-sena 2020?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Pazjenti li għamlu użu mill-Isptar Mater Dei

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa jgħid kemm pazjenti għamlu użu mill-Isptar Mater Dei kull sena matul dawn l-aħħar 10 snin, maqsuma sena b'sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ pazjenti li għamlu użu mill-Isptar Mater Dei fl-2011 kien 76,0285 persuna, fl-2012 79,6356, fl-2013 84,7579, fl-2014 75,5109, fl-2015 76,2294, fl-2016 79,2944, fl-2017 79,4300, fl-2018 81,2963, fl-2019 81,8347, fl-2020 58,7101 u fl-2021 73,1770. L-informazzjoni għal 2021 għadha proviżorja. Dawn il-figuri jinkludu pazjenti li żaru l-emerġenza, pazjenti li ddaħlu għal-kura fis-swali ta’ l-isptar (jinkludu day cases u in-patients), pazjenti li żaru d-dipartiment ta’ l-outpatients, pazjenti li żaru l-isptar bħala ward attenders, u pazjenti li kellhom bżonn jagħmlu dijaliżi tal-kliewi fir-Renal Unit.

Mediċini meħuda mill-outpatients — spiża

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet l-ispiża għall-mediċini meħuda mill-outpatients kull sena fl-aħħar 10 snin, maqsuma sena b' sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Persuni li ħadu servizzi u attendew il-GU Clinic

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni ħadu servizzi u attendew il-GU Clinic kull sena fl-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b'sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ attendenzi (visti mat-tabib) fil-GU Clinic ta’ Malta fl-2011 kien 2462, fl-2012 2488, fl-2013 3035, fl-2014 1687, fl-2015 3969, fl-2016 5428, fl-2017 5864, fl-2018 6255, fl-2019 6399, fl-2020 4113, u fl-2021 6516 il-attendenza. Filwaqt li fil-GU Clinic ta’ Għawdex kien hemm 77 attendenza minn meta fetħet f’Mejju tal-2021 sal-aħħar ta’ Jannar ta’ din is-sena.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — reklam fil-Gazzetta KullĦadd

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom. Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts. Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan. L-approvazzjoni tar-reklamar issir skont il-proċeduri stabbiliti. Għal dan il-għan intużaw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispiża ta’ €700 (VAT eskluża).

Ministeru għas-Saħħa – direct orders

Question

Jista' id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista tad-direct orders kollha li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu matul l-2022, l-ammont tagħhom u l-iskop għal xiex ingħataw?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Dipartiment tas-Saħħa – tilqima kontra l-COVID-19

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti informazzjoni dwar kemm s’issa kien hemm tfal sal-età ta’ 11-il sena li ħadu t-tilqima kontra l-COVID-19? X’perċentwali jirrappreżenta dan in-numru meta mqabbel man-numru ta’ tfal ta’ dik l-età li għandna f’Malta u f’Għawdex u li huma eliġibbli għal dan il-vaċċin? X’tip ta’ informazzjoni qed tingħata lill-ġenituri ta’ tfal f’dan l-age group biex jiġu nkoraġġiti jagħtu t-tilqima lil uliedhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’pajjiżna sal-31 ta’ Jannar ta’ din is-sena, ngħataw 19,997 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 lil tfal ta’ bejn l-5 u l-11 il-sena li minnhom 6,881 ħadu it-tieni doża. Ninfurmaha ukoll illi biex il-ġenituri jiġu nkoraġġiti jagħtu t-tilqima lil uliedhom, l-informazzjoni qed tingħata kemm mis-social media, fuq il-website, gazzetti, webbanners kif ukoll permezz tal-billboards.

Sptar Mater Dei, Sptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – mediċini wżati — spiża

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19977 u jgħid kemm kienet l-ispiża totali ta’ mediċini wżati f’kull wieħed minn dawn l-isptarijiet b’mod separat u għal kull sena għas-snin 2018, 2019, 2020 u għas-sena 2021 sakemm titwieġeb din il-mistoqsija? a. Mater Dei b. Sptar Karen Grech c. Sptar Ġenerali ta’ Għawdex

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sexual Health Policy u Sexual Health Strategy

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar Sexual Health Policy u Sexual Health Strategy ippubblikati mill-Ministeru tas-Saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qiegħed isir xogħol fuq n-National Sexual Health Survey li se jifforma l-bażi tas-Sexual Health Strategy ġdida u aġġornata.

Persuni li użaw is-servizzi ta-ċentri tad-Detox

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni li użaw is-servizzi taċ-ċentri tad-Detox li għandu l-Gvern f’Malta u f’Għawdex, sena b’sena bejn l-2013 u l-2021? Jista' jindika l-lokalità minn fejn kienu l-persuni rispettivi, kenux nisa jew irġiel u x’età kellhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Persuni li għandhom il-problema tad-droga – trattament psikjatriku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li għandhom problema tad-droga u qed jieħdu trattament psikjatriku? Kemm minnhom qed jieħdu t-trattament fl-Isptar Monte Carmeli, kemm f’Mater Dei u kemm minnhom fil-komunità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-isptar Monte Carmeli preżentament hemm 43 pazjenti li qiegħdin jiġu segwiti minn psikjatri rispettivi minħabba li għandhom problema tad-droga. Madwar 10% tal-pazjenti fil-komunita’ li qegħdin jiġu segwiti mill- Community Mental Health Teams minħabba kundizzjonijiet ta saħħa mentali, irraportaw użu ta’ droga illiċita. Minbarra l-Community Mental Health Teams, hemm is-servizz tal-Outreach. Dan huwa servizz li jingħata lil dawk il-pazjenti li minħabba kundizzjonijiet kroniċi u severi ta saħħa mentali, ikollhom bżonn aktar intensive follow-up fil-komunita’. Fl-Outreach (North) hemm 22 każ li għandhom problema ta’ użu ta’ droga, tal-Outreach (Centre) 16, u fl-Outreach (South) 14 il-każ.

Għawdex – bini ta’ sptar

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 17777, 18163 u 19151, issa li ġie kkonfermat illi m'huma għaddejja l-ebda negozjati ma' Steward Health Care dwar il-kuntratt ta' konċessjoni li din tal-aħħar għandha mal-Gvern Malti, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f'liema stadju waslu l-preparamenti sabiex jinbena sptar akut f'Għawdex, jekk ġiex identifikat is-sit tiegħu, meta ser jibda x-xogħol fuqu, meta hu previst li jitlesta, kemm hu mistenni li ser jiswa u kemm ser ikollu sodod? Jista' jispeċifika jekk dan l-isptar hux ser jinbena mill-konċessjonarju u għaliex in-nuqqas ta' bini ta' dan l-isptar mhux meqjus mill-Gvern bħala ksur tal-kuntratt da parti tal-konċessjonarju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt ta’ Konċessjoni bejn il-Gvern u Steward Healthcare għadu fis-seħħ.