Legislature:
Category:
Reset
Active:

talba għal home tal-anzjani

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32936, jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li t-talba tagħha għadha ma ġietx milqugħa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li mid-data tat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 32936 ma kien hemm l-ebda tibdil fiċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet msemmija.

Servizz ta' Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm aktar minn operatur wieħed li offra jagħti s-servizz ta' emerġenza lill-pazjenti Maltin u Għawdex? Kif intgħażel l-Isptar St. James biex jagħti dan is-servizz?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-għażla tal-Isptar saret skont kif jipprovdu ir-Regolamenti Finanzjarji u bil-awtorizazzjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Dan il-ftehim huwa għall-tlett xhur u wara ssir evalwazzjoni dwar l-andament ta’ dan is-servizz.

Servizz ta' emerġenza b'xejn minn kliniċi privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun available dan is-servizz b'xejn lill-poplu minn kliniċi privati? Għaliex intgħażlu dawn il-ġranet? Fuq liema statistika mexa biex iddeċidew li għandhom ikunu dawn il-ġranet li jibda jingħata dan is-servizz u mhux ġranet oħrajn matul il-ġimgħa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li dan is-servizz beda jiġi offrut mill-Ġimgħa 4 ta’ Mejju 2012. Is-servizz qed jiġi offrut mis-seba’ ta’ filgħaxija tal-ġimgħa, il-ġranet kollha tas-Sibt u l-Ħadd sas-seba’ ta’ filgħodu tat-Tnejn. Dan il-ftehim kien pass ieħor mill-Gvern biex jgħin itaffi l-problema ta’ numru kbir ta’ nies li jattendu fid-dipartiment tal-emerġenza ġewwa l-isptar Mater Dei fi tmiem il-ġimgħa. F’diversi konsultazzjonijiet, irriżulta li fit-tmiem tal-ġimgħa, il-pubbliku jiltaqa ma’ problemi biex isibu t-tobba kuranti tal-familja u għalhekk jispiċċaw jirrikorru fl-isptar Mater Dei u dan minħabba aktar faċilitajiet li jeżistu f’din il-faċilita’. Ċifri ta’ attendenza juru wkoll numru aktar qawwi ta’ nies li jattendu fl-emerġenza fi tmiem il-ġimgħa. Hu mportanti li niġbed l-attenzjoni li dan il-ftehim hu proġett pilota u ser ikun rivedut wara tlett xhur biex nkunu certi li l-għan ewleni tiegħu qiegħed jiġi milħuq.

Applikazzjoni għad-dar tal-Anzjani tal-Imtarfa

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li jixtieq jidħol fid-Dar tal-Anzjani tal-Imtarfa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-anzjan li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ġie approvat mill-Board. B’hekk dan tqiegħed fil-lista ta’ stennija għal dar tal-anzjani.

talba għal operazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34009 u jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li għandha problema fl-ispina tagħha tingħata prijorità għall-operazzjoni li għandha bżonn tagħmel minħabba l-uġigħ li qed issofri peress li hi nfurmata li għandha xhur tistenna jekk mhux snin għal din l-operazzjoni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-konsulent responsabbli mill-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant irreveda n-noti u t-testijiet radjoloġiċi ta’ din il-persuna. Dan il-pazjent jidher li għandu problemi f’partijiet ta’ l-ispina dorsali u xi ħsara ħafifa ma nerfijiet assoċjati ma din. Huwa tpoġġa fuq il-lista għal operazzjoni mit-tim tal-konsulent mill-20 ta’ Marzu 2012. Kif wieħed jista jifhem hemm numru ta’ pazjenti oħra li qed jistennew għal interventi simili u fortunatament il-każ tal-persuna kkonċernata mhuwiex wieħed urġenti. Il-konsulent ser jopera lil dan il-pazjent x’ħin ikun il-waqt jew qabel, dejjem jekk ikollu xi kanċellazjonijiet ta’ interventi oħra.

care workers — kundizzjoni tax-xogħol imtejba

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32840 u jgħid x'passi konkreti ttieħdu ħalli l-care workers li qed jaħdmu fil-qasam tas-saħħa ma jkomplux jiġu sfruttati u abbużati minħabba kundizzjonijiet ħżiena fl-impjieg tagħhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-kuntratturi li għandhom kuntratt mad-Dipartiment tas-Saħħa biex jipprovdu servizzi ta’ care workers, huma responsabbli biex jassiguraw il-kundizzjonijiet tax-xogħol skont il-liġijiet tal-pajjiż. Id-Dipartiment tas-Saħħa huwa l-klijent li jirċievi dawn l-impjegati u minkejja dan, qed jistudja kif itejjeb il-kuntratti fit-tenders futuri. Barra minn hekk, qed jipprepara korsijiet ta’ informazzjoni u struzzjoni ghal care workers sabiex jiġu nfurmati biex jifhmu n-natura u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.

serq minn numru ta' djar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 33052 u 32418 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32225, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mis-sena 2008 'l hawn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Tqassim ta' ktieb: Minn Qalbna... Għalik

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 33490 u 33044 u jgħid kemm ġie jiswa il-ktejjeb ta' propoganda li jismu Minn Qalbna...Għalik? Kif tqassam u kemm ġie jiswa t-tqassim tiegħu? Kemm-il kopja ġiet imqassma? Jista' jgħid min għamel dan ix-xogħol u jekk ingħatax b'direct order jew le?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 33044.

operazzjonijiet tal-katarretti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-katarretti minn Jannar 2012 sal-lum fl-Isptar Mater Dei u fi sptarijiet ohra, bl-ispiża tinġarr mill-gvern?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-15 ta’ Mejju 2012 f’Malta saru 805 operazzjoni tal-katarretti fejn 320 operazzjoni tal-katarretti saru fl-Isptar Mater Dei filwaqt li 485 operazzjoni tal-katarretti saru fi kliniċi privati bl-ispiża tinġarr mill-Gvern. Għall informazzjoni dwar Għawdex, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

operazzjonijiet tan-knee replacement

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm saru operazzjonijiet tan-knee replacement minn Jannar 2012 sal-lum fl-Isptar Mater Dei u f'isptarijiet oħra, bl-ispiża tinġarr mill-gvern?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-15 ta’ Mejju 2012 f’Malta saru 224 operazzjoni tan-knee replacement fl-Isptar Mater Dei. Ma saret l-ebda operazzjoni tan-knee replacement fi sptarijiet oħra bl-ispiża tinġarr mill-Gvern. Għall-informazzjoni dwar Għawdex, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

kwestjoni fuq il-karta r-roża

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'effett se jkun hemm fuq dawk il-persuni li qed jiġu infurmati li m'għadhomx eligibbli għal karta r-roża, u li issa se jaqgħu fuq kartuna s-safra għal mediċini li għandhom bżonn? Veru jew le li dawk li kienu jieħdu ċertu servizzi b'xejn bħal hearing aid, nuċċali u dentura permezz tal-karta r-roża, issa se jispiċċalhom dan is-servizz bl-għeluq tal-karta r-roża?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-kriterji li fuqhom jkun approvat l-intitolament għall-mediċini b’xejn huma bbażżati fuq l-Att tas-Sigurta’ Soċjali Kap 318 Art 23 u Skeda V ta’ l-istess Att. Dawk il-pazjenti li jkollhom marda kronika skont Skeda V, jirċievu d-dokument magħruf bħala l-kartuna s-safra. Dawk il-persuni li jkollhom dħul finanzjarju inqas mill-medja skont id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali japplikaw għal Skeda II (il-kartuna r-roża). Il-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V ġiet emendata uffiċjalment fis-27 ta’ Marzu 2012 kif ġie stabilit fl-avviż legali 81 tal-2012. Id-Dijabete Mellitus hija waħda mill-kundizzjonijiet kroniċi li qabel kienet tingħata l-kura b’xejn permezz tal-kartuna r-roża u li issa żdiedet mal-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V. Pazjenti li kienu jieħdu l-kura tad-dijabete permezz tal-kartuna r-roża ser ikunu jistgħu jagħżlu jekk ikomplux jieħdu l-kura meħtieġa tad-dijabete permezz tal-kartuna safra jew roża. Pazjenti dijabetiċi li ser jagħżlu li jkomplu jieħdu l-kura meħtieġa permezz tal-kartuna r-roża mhux ser jispiċċalhom s-servizzi b’xejn imsemmija.

Applikazzjonijiet ta' oqbra proċessati

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li qabel l-elezzjoni tal-2008 intbagħtu ittri fid-djar ma' Malta kollha jinfurmaw persuni li kienu applikaw għal qabar li issa kienu se jakkwistaw wieħed? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri intbagħtu? Jista' jgħid kemm minn dawn li irċevew l-ittri fil-fatt akkwistaw qabar? Jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar approvax il-bini ta' dawn l-oqbra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fl-2008 kienu ntbagħatu ittri b’informazzjoni lill-applikanti dwar lis-stadju tal-applikazzjoni sabiex jakkwistaw qabar fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Maria Addolorata. Fl-ittra l-applikanti kienu ukoll mistoqsija għadhomx interessati fl-applikazzjoni għall-akkwist ta’ qabar. Kienu ntbagħatu madwar 2,500 ittra. Mill-2008 ma ġewx allokati oqbra fiċ-Ċimiterju Santa Maria Addolorata. Fl-2007 kien ħareġ il-permess tal-MEPA għall-estenzjoni tal-istess Ċimiterju. L-estenzjoni taċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata tinsab fl-ewwel fażi tagħha cioe’ t-taħmil ta’ materjal.

Transfer ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, se jingħata transfer minn dan il-grad u jkun mibdil ma' xi ħaddieħor, meta bord ta' inkjesta mqabbad biex jinvestigah ma sab xejn kontra tiegħu anzi kellu kliem ta' tifħir fuq ix-xogħol tiegħu? Jista' jispjega ukoll l-għala l-overtime ta' dan l-individwu ma jkunx approvat meta tal-ħaddiema l-oħra ikun approvat hekk kif jidher fl-email mibgħata lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll fl-amministrazzjoni fil-Ministeru tiegħu datata 5 t'Ottubru 2011?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li t-transfer ġie mitlub mill-impjegat innifsu. L-overtime jingħata skont l-esiġenza tas-servizz u b’mod responsabbli mill-management.

MyHealth — informazzjoni

Question

Fil-100 jum li ilu inawgurat il-MyHealth, jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna hemm rreġistra fis-sistema u minnhom x'kienet il-lokalità u l-età każ b'każ? Kemm minnhom jirriżulta li kienu inpatients fl-Isptar Mater Dei? Minn barra discharge letters, meta hu maħsub li s-sistema tipprovdi wkoll lit-tobba tal-għażla tal-pazjent ir-riżultati patoloġiċi u radjoloġiċi speċifiċi hekk kif dawn jiġu maħruġa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li mill-31 ta’ Jannar 2012 sad-9 ta’ Mejju 2012, 855 individwi daħlu b’suċċess fis-sistema myHealth. L-aċċessibilita u l-użu ta’ din is-sistema huwa dipendenti fuq l-eID, li għalih iċ-ċittadini iridu jirregistraw mad-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Ċivili. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-entita’ responsabbli għall-eID biex jiġi ffaċilitat l-aċċess mill-istess entità, għar-reġistrazzjoni tal-eID. Il-Privacy Policy li qed titħaddan għal dan is-sit, tindika li l-ebda informazzjoni personali mhu se tinżamm fuq is-sit. Għal skopijiet purament ta’ verifika u sigurta’ tinġabar l-identità ta’ min jidħol fis-sistema, imma ma jinġabru l-ebda dettalji personali oħra dwar min juża s-sistema, bħall-età u l-lokalità. Huwa maħsub li s-sistema myHealth tibda tipprovdi riżultati patoloġiċi u rapporti radjoloġiċi speċifiċi fl-aħħar ta’ Mejju.

Riżultat ta' intervista silettiva għal-mili ta' post fuq bażi temporanja

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki f'livell Universitarju ta’ Ċertifikat u Diploma, f'livell Universitarju ta' Grad ta' Baċċellerat, Master u Dottorat, jew f'xi forma oħra, ġew sottomessi mit-tliet kandidati rispettivi li qagħdu għall-intervista silettiva għall-mili ta’ post fuq bażi temporanja dahar ma’ dahar ta’ maniġer servizzi infermeristiċ fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar Monte Karmeli jew fir-Residenza San Vinċenz de Paul, liema post jaqa' taħt ir-Regolament 3(b)(4)(a) tal-Avviż Legali 239/2008 dwar Kuntratti ta' Servizz għal Terminu ta' Żmien Fiss? Dan il-post kien ġie rriklamat mill-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika permezz taċ-Ċirkulari li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, filwaqt li r-riżultat tal-intervista silettiva ġie ppubblikat mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku nhar il-Ħamis, 3 ta' Mejju 2012? Kemm kellu snin ta’ esperjenza fil-grad ta’ Maniġer Dipartimentali tal-Infermerija (Departmental Nursing Manager) kull wieħed mit-tliet kandidati rispettivi, mil-liema grad kienu ġew mistiedena l-applikazzjonijiet għall-mili tal-post imsemmi?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li saret sejħa għal applikazzjonijiet minn Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta fil-grad ta’ Departmental Nursing Manager. Qed jiġi ċċarat ukoll li s-sejħa kienet għall-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita, u mhux speċifikament għall-Isptar Mater Dei, l-Isptar Monte Karmeli jew ir-Residenza San Vinċenz de Paule. Għar-rigward informazzjoni konnessa mal-Bord tal-Għażla tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Dar għall-Anzjani f'Ħal Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux maħsub li tinbena Dar għall-Anzjani f'Ħal Luqa, u dan għaliex, s'issa għad m'għandux Dar għall-Anzjani u jeħtieġ li l-anzjani Siġġiewin, meta jsiru dipendenti, jkollhom l-opportunita li jibqgħu jgħixu fil-kommunità li jkunu għexu fiha, peress li dan huwa l-aħjar ambjent biex l-anzjani, jkunu inkoraġġiti li jibqgħu attivi?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Il-Politika tal-Gvern preżenti fejn tidħol il-Kura tal-Anzjani hija li sa fejn ikun possibli dawn jingħataw l-appoġġ u l-għajnuna li għandhom bżonn biex jibqgħu jgħixu fil-post fejn trabbew u rabbew, viċin il-familjari tagħhom u fl-ambjent li huma mdorrijin fih. Kien għalhekk li l-Gvern kompla jżid is-servizzi fil-komunita għall-anzjani tagħna fost oħrajn anke bl-introduzzjoni tal-Elderly Outreach Community Team u servizzi godda ta’ Night Shelters. Ta min jgħid li min hawn u ftit ieħor se jinfetaħ Night Shelter f’San Vincenz De Paul li jista faċilment jilqa fih anzjani mill-inhawi tal-madwar, fosthom dawk residenti f’Ħal Luqa. Il-Gvern jifhem u japprezza li minkejja kollox jeżistu sitwazzjonijiet fejn numru ta’ anzjani f’xi stadju f’ħajjithom ikollhom bżonn jidħlu għal kura fit-tul. Għal dan il-għan tul din il-leġislatura il-Gvern żied in-numru ta’ sodod għall-Anzjani bi 800 sodda ġdida. Il-Politika tal-Gvern hija li sa fejn ikun possibli jibqgħu jinbnew djar tal-anzjani fil-komunita’. Fil-fatt bħalissa qed isiru tħejjijiet biex tinbena dar tal-anzjani f’Birkirkara, filwaqt li ħarġet expression of interest għal dar tal-anzjani gewwa Raħal Ġdid. Il-Gvern ma jeskludix li fil-futur jibni dar tal-anzjani f’Ħal Luqa jew f’xi post fil-viċinanzi.

Dar għall-Anzjani fis-Siġġiewi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux maħsub li tinbena Dar għall-Anzjani fis-Siġġiewi, u dan għaliex, s'issa għad m'għandux Dar għall-Anzjani u jeħtieġ li l-anzjani Siġġiewin, meta jsiru dipendenti, jkollhom l-opportunita li jibqgħu jgħixu fil-kommunità li jkunu għexu fiha, peress li dan huwa l-aħjar ambjent biex l-anzjani, jkunu inkoraġġiti li jibqgħu attivi?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Il-Politika tal-Gvern preżenti fejn tidħol il-Kura tal-Anzjani hija li sa fejn ikun possibli dawn jingħataw l-appoġġ u l-għajnuna li għandhom bżonn biex jibqgħu jgħixu fil-post fejn trabbew u rabbew, viċin il-familjari tagħhom u fl-ambjent li huma mdorrijin fih. Kien għalhekk li l-Gvern kompla jżid is-servizzi fil-komunita għall-anzjani tagħna fost oħrajn anke bl-introduzzjoni tal-Elderly Outreach Community Team u servizzi godda ta’ Night Shelters. Ta min jgħid li min hawn u ftit ieħor se jinfetaħ Night Shelter f’San Vincenz De Paul li jista faċilment jilqa fih anzjani mill-inhawi tal-madwar, fosthom dawk residenti fis-Siġġiewi. Il-Gvern jifhem u japprezza li minkejja kollox jeżistu sitwazzjonijiet fejn numru ta’ anzjani f’xi stadju f’ħajjithom ikollhom bżonn jidħlu għal kura fit-tul. Għal dan il-għan tul din il-leġislatura il-Gvern żied in-numru ta’ sodod għall-Anzjani bi 800 sodda ġdida. Il-Politika tal-Gvern hija li sa fejn ikun possibli jibqgħu jinbnew djar tal-anzjani fil-komunita’. Fil-fatt bħalissa qed isiru tħejjijiet biex tinbena dar tal-anzjani f’Birkirkara, filwaqt li ħarġet expression of interest għal dar tal-anzjani gewwa Raħal Ġdid. Il-Gvern ma jeskludix li fil-futur jibni dar tal-anzjani fis-Siġġiewi jew f’xi post fil-viċinanzi.

Dar għall-Anzjani f'Ħal Qormi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux maħsub li tinbena Dar għall-Anzjani f'Ħal Qormi, u dan għaliex, dan it-tielet l-akbar raħal f'Malta, s'issa għad m'għandux Dar għall-Anzjani u jeħtieġ li l-anzjani Qriema, meta jsiru dipendenti, jkollhom l-opportunita li jibqgħu jgħixu fil-kommunità li jkunu għexu fiha, peress li dan huwa l-aħjar ambjent biex l-anzjani, jkunu inkoraġġiti li jibqgħu attivi?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Il-Politika tal-Gvern preżenti fejn tidħol il-Kura tal-Anzjani hija li sa fejn ikun possibli dawn jingħataw l-appoġġ u l-għajnuna li għandhom bżonn biex jibqgħu jgħixu fil-post fejn trabbew u rabbew, viċin il-familjari tagħhom u fl-ambjent li huma mdorrijin fih. Kien għalhekk li l-Gvern kompla jżid is-servizzi fil-komunita għall-anzjani tagħna fost oħrajn anke bl-introduzzjoni tal-Elderly Outreach Community Team u servizzi godda ta’ Night Shelters. Ta min jgħid li min hawn u ftit ieħor se jinfetaħ Night Shelter f’San Vincenz De Paul li jista faċilment jilqa fih anzjani mill-inhawi tal-madwar, fosthom dawk residenti f’Ħal Qormi. Il-Gvern jifhem u japprezza li minkejja kollox jeżistu sitwazzjonijiet fejn numru ta’ anzjani f’xi stadju f’ħajjithom ikollhom bżonn jidħlu għal kura fit-tul. Għal dan il-għan tul din il-leġislatura il-Gvern żied in-numru ta’ sodod għall-Anzjani bi 800 sodda ġdida. Il-Politika tal-Gvern hija li sa fejn ikun possibli jibqgħu jinbnew djar tal-anzjani fil-komunita’. Fil-fatt bħalissa qed isiru tħejjijiet biex tinbena dar tal-anzjani f’Birkirkara, filwaqt li ħarġet expression of interest għal dar tal-anzjani gewwa Raħal Ġdid. Il-Gvern ma jeskludix li fil-futur jibni dar tal-anzjani f’Ħal Qormi jew f’xi post fil-viċinanzi.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — allowances mħallsa lill-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tqassim ta' ktieb: Minn Qalbna... Għalik

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa il-ktejjeb ta' propoganda li jismu Minn Qalbna...Għalik? Kif tqassam u kemm ġie jiswa t-tqassim tiegħu? Kemm-il kopja ġiet imqassma? Jista' jgħid min għamel dan ix-xogħol u jekk ingħatax b'direct order jew le?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.