Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li uħud mill-istudenti li spiċċaw il-Form 3 Junior Lyceum is-sena l-oħra rċevew iċ-ċertifikat tal-profile tagħhom mhux komplut, fis-sens li dawn ma ngħataw l-ebda marka għas-sezzjonijiet intitolati Non-Formal Educationu/jew Informal Education? Tista’ tara li din il-problema tkun indirizzata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Iċ-ċertifikat se jkopri l-profil tat-tfal minn Form 1 sa Form 5. Is-sena l-oħra ingħatat concession lill-istudenti tal-Form 2 u Form 3 biex jinħadmilhom dan iċ-ċertifikat fuq tlett snin u erba` snin rispettivament.
Uħud mill-istudenti li spiċċaw il-Form 3 Junior Lyceum is-sena l-oħra ma ngħatawx marki għall-
non formal/informal education
għaliex dawn il-marki ma kienux imdaħħlin fid-
database
tal-iskola. Din is-sitwazzjoni qed tiġi ndirizzata mal-iskejjel rispettivi.
Tista’ l-Ministru tara jekk hux possibli li min diġà għadda bord quddiem it-tobba tal-Bord tal-Invalidità għal iktar minn tliet darbiet jiġi meqjus bħala persuna li hija mgħoddija bord permanenti? Taf il-Ministru li dawn in-nies vulnerabbli qed ikollhom jonfqu ħafna flus kull darba li jiġu biex iġeddu ż-żmien minħabba li jkollhom jagħmlu ċertifikati ġodda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali bħalissa jitlob li talba għal Pensjoni Għal Invalidità tiġi riveduta mill-anqas kull tliet snin. Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bħalissa qed jistudja kif is-sistema ta’ boarding-out tista’ tkompli titjieb għal benefiċċju taċ-ċittadini li jkunu qed jagħmlu talbiet għal din il-pensjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti Għawdxin iggradwaw fl-aħħar tas-sena akkademika 2010/2011? Tista’ tgħid kemm minnhom bdew jaħdmu għall-ewwel darba jew sabu xogħol ġdid f’Malta u Għawdex separatament minn meta ggradwaw ‘l hawn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba dwar gradwati mill-Università ta’ Malta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tgħix f'dar li ngħatat lilha b'Housing Soċjali b'titlu ta' kera, liema dar hija litteralment ikkundannata u ta' periklu kbir u mhix abittabbli? Għaliex din ix-xwejħa, li tgħix weħedha ma tingħatalhiex residenza iktar addattata ta' Housing Soċjali qabel ma tiġri xi traġedija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-2001 id-Department tal-Bini u Tiswija ta’ Djar għamel xi xogħlijiet biex jittranġa l-periklu strutturali fil-post fejn toqgħod il-persuna li għalija qegħda ssir referenza. Fl-2003, is-sezzjoni tal-care and repair fi ħdan l-Awtorità tad-Djar reġgħet għamlet żjara f’dan il-post sabiex isir xi xogħol tat-titjib u rranġar f’din ir-residenza iżda din il-persuna ma kienitx interessata fit-titjib u rranġar tal-fond fejn toqgħod iżda riedet biss akkomodazzjoni alternattiva. Għaldaqstant hija ġiet offruta tlett postijiet ġewwa l-Mosta, Bormla u l-Belt Valletta liema postijiet ġew kollha rrifjutati.
L-Awtorità tad-Djar qegħda tipprova tiddentifika post ieħor bit-tama li din id-darba jkun aċċettat mill-applikant.
Tista' l-Ministru tgħid kemm mill-bini u postijiet pubbliċi huma aċċessibbli u kemm għad hawn bini pubbliku li mhuwiex aċċessibbli?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru m'għandux lista komprensiva ta' bini u postijiet pubbliċi li huma aċċessibli għal kulħadd.
Qed inpoġġi lista fuq il-Mejda tal-Kamra ta’ liema bini sar aċċessibli sal-massimu possibli wara li l-KNPD irċeviet ilmenti dwar nuqqas ta' aċċessibilità u intervjeniet.
Tista' il-Ministru tgħid jekk jeżistix xi pjan biex il-bini u postijiet pubbliċi kollha jsiru aċċessibbli ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità ma jkollix l-informazzjoni kollha dwar pjani u xogħolijiet li għandhom Ministeri differenti biex bini u postijiet pubbliċi jsiru aċċessibbli.
Bħalissa l-KNPD qed taħdem fuq dawn il-postijiet sabiex isiru aċċessibbli għal kulħadd:
Aċċessibilità fit-toroq
Aula Magna fl-Università l-Antika
Belvedere tas-sur tal-Imdina
Evans Building
Kumpless Sportiv f'Tal-Qroqq
Kunsill Lokali Mġarr
Numru ta' Ċentri tas-Saħħa u Bereġ
Numru ta' Uffiċini Distrettwali tas-Sigurta' Soċjali
Skejjel f'Għawdex
Persuni fuq assistenza soċjali u issa fuq pensjoni
Question
Tista' l-Ministru tipprovdi statistika ta’ kemm kienu dawk li kienu jirregistraw taħt Part 1 u Part 2 matul ix-xhur ta’ Gunju u Lulju 2011 li inqelbu fuq l-assistenza soċjali u kemm minnhom spiccaw jieħdu xi forma ta’ pensjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn dawk li jirreġistraw taħt l-ewwel parti tar-Reġistru matul ix-xhur ta’ Ġunju u Lulju;
1. Kien hemm 15-il persuna li qalbu minn Għajnuna Soċjali għad-Diżimpieg/Benefiċċju għad-Diżimpieg/ Benefiċċju Speċjali għad-Diżimpieg għal Pensjoni tal-Età (mhux Kontributorja).
2. Kien hemm 214-il persuna li qalbu minn Għajnuna Soċjali għad-Diżimpieg/Benefiċċju għad-Diżimpieg/ Benefiċċju Speċjali għad-Diżimpieg għal Għajnuna Soċjali.
3. Kien hemm 20 persuna li qalbu minn Għajnuna Soċjali għad-Diżimpieg/Benefiċċju għad-Diżimpieg/ Benefiċċju Specjali għad-Diżimpieg għal Pensjoni taż-Żewġ Terzi.
4. Kien hemm 1505 persuna li qalbu minn Benefiċċju għad-Diżimpieg/Benefiċċju Speċjali għad-Diżimpieg għal Għajnuna Soċjali għad-Diżimpieg.
Minn dawk li kien hemm taħt it-tieni parti tar-reġistru ma kien hemm ħadd li inqaleb fuq l-assistenza soċjali jew li spiċċa jieħu xi forma ta’ pensjoni għall-istess perjodu.
Tista' l-Ministru tara li student li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ikollu servizz ta' facilitator fil-Year 1 bħalma kellu fil-kindergarden?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tifel ingħata shared same class support fi Frar 2010 u sakemm ma ssirx talba għar-review dan is-support jibqa’ jingħata lit-tifel.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il ħaddiem li jaqla' paga minima mix-xogħol full-time jew part-time ibbenefika mill-opportunità biex jirċievi ħlas ta' €25 fil-ġimgħa talli jattendi taħriġ organizzat mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ ħaddiema li bbenefikaw mill-opportunità biex jirċievu ħlas ta' €25 fil-ġimgħa talli jattendu taħriġ hu ta’ ħamsa (5). Dan in-numru se jiżdied għaliex hemm oħrajn li bħalissa qed jattendu għal taħriġ u għadhom ma applikawx għaliex għadhom ma lestewx il-programm.
Jirriżulta li mis-sena skolastika 2011-2012 l-iskola sekondarja fil-Kullegg St Thomas Moore se tibda 7.45am, tista' l-Ministru tgħid fi x'ħin se jibdew jinġabru t-tfal mill-karozza biex jittieħdu l-iskola meta diga' kienu jingabru fis-6.30am u l-iskola kienet tibda fit-8.00am?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-ftehim il-ġdid fil-maġġoranza tal-każijiet it-tfal ma jistgħux jinġabru aktar minn siegħa qabel ma tibda l-iskola. Wieħed irid jifhem li ċ-ċokon ta’ pajjiżna u n-numru ta’ vetturi li jifilħu t-toroq jagħmilha impossibli li l-iskejjel jiftħu kollha fl-istess ħin.
Tista' l-Ministru tgħid x'arrangamenti saru għas-sena skolastika 2011-2012 biex it-tfal ikunu sorveljati qabel ma tibda l-iskola jekk jitwasslu kmieni fil-bini tal-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għal snin twal issa d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi offra l-possibiltà li għalliema u ħaddiema oħra fl-iskejjel jagħmlu superviżjoni qabel u wara l-ħin tal-iskola bi ħlas. Huwa ppjanat li dan is-servizz ikompli. Ma’ dan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ħareġ sejħa għall-applikazzjoni għall-għalliema rtirati u uffiċjali pubbliċi oħra biex juru l-interess tagħhom biex jagħtu dan is-servizz. Wara diskussjonijiet mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, se tiġi mnedija skema sabiex jiġu ngaġġjati persuni sabiex jagħmlu is-superviżjoni qabel u wara l-ħin tal-iskola.
Id-diskussjonijiet dwar din it-tieni skema ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar xhur.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se jibda din is-sena l-kors Diploma In Management, Evening Classes, fl-Università ta' Malta għax studenti li qed jagħmlu dan il-kors ċemplu biex isiru jafu meta se jibda l-kors u rrispondewhom li għadhom ma jafux meta se jibda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kors li kien iwassal għad-Diploma in Management Studies ġie ristrutturat u mgħolli għall-Higher Diploma.
Dan il-kors ġie offrut għall-ewwel darba biex jibda f’Ottubru 2011 bit-titlu ta’ Higher Diploma in Administration and Management.
Kien hemm 118 applikazzjoni (bejn l-ewwel u t-tieni preferenza). Minnhom 91 applikanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġew infurmati li huma aċċettati.
Il-lekċers tal-kors beda it-Tnejn 10 ta' Ottubru, 2011.
Tista’ l-Ministru tgħid fl-aħħar ħames snin skolastiċi kemm ipprovdew postijiet għat-
teaching practice
tal-BEd u PGCE:
i) l-iskejjel statali – primarji u sekondarji
ii) l-iskejjel tal-Knisja – primarji u sekondarji
iii) l-iskejjel indipendenti – primarji u sekondarji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-politika tal-Istitut għall-Istudji Turistici dwar politika inklussiva? Tista’ tghid kemm hemm żgħażagħ b’diżabilità bħalissa jattendu xi kors tal-ITS u fil-każ liema kors qed jattendu? Tista’ tgħid xi pjan hemm għas-sena 2011-2012 dwar studenti b’diżabilità? Xi preparamenti qed isiru biex jidħlu studenti ġodda b’diżabilità u liema korsijiet se jsegwu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kull student/a ammessa fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi jingħata/tingħata dik l-għajnuna kif rakkommandat mill-iStatementing Board matul il-kors kif ukoll waqt is-sessjonijiet tal-eżamijiet. Bħal ma kien isir qabel l-Istitut ta’ l-Istudji Turistici se jibqa’ jagħti dik l-għajnuna kif rakkmandata mill-iStatementing Board.
Lista tan-numru ta’ studenti u liema kors qed jattendu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — xiri ta' karozzi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ karozzi ġodda li nxtraw mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru matul l-ewwel disa’ xhur tas-sena 2011 huwa hekk:
Edukazzjoni 1
Social Affairs 1
ITS 1
DSWS 1
Awtorità tad-Djar 2
KMS 1
Arkivji Nazzjonali 1
EUPA 1
Tista' l-Ministru tara li tingħata l-ismart card lill-istudenti fil-bidu tas-sena skolastika u mhux xi xahar wara għax l-akbar spejjeż tal-istudenti jkunu proprju fil-bidu tas-sena biex jixtru l-kotba u materji oħra edukattivi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li studenti li jidħlu f’istituzzjonijiet edukattivi Post Sekondarji, u allura jkollhom bżonn jagħmlu l-smart card għall-ewwel darba, jingħataw appuntament biex jagħmlu din il-card, appena jkunu aċċettati mill-istituzzjoni edukattiva. Il-card tingħata lilhom, fi żmien 10 minuti minn meta jidħlu għall-appuntament u jkunu jistgħu jużawha minn dak il-ħin stess.
L-istudenti li jkollhom diġà smart card, ma għandhomx għalfejn jibdluha u tista’ tibqa’ sservihom sa tmiem il-kors tagħhom. Fil-każ ta’ dawn l-istudenti li qed ikomplu bl-istudji tagħhom, is-smart card tagħhom tinfetaħ u tkun tista’ tiġi użata appena l-istituzzjoni edukattiva li jattendu fiha tinforma lill-Bord responsabbli mit-tmexxija tas-sistema, li l-istudent ikun għadda għas-sena akkademika li jmiss. Dan għaliex studenti li jkunu qed jirrepetu l-istess sena ma jkollhomx dritt għall-istipendju tul dik is-sena partikolari.
Università ta' Malta — informazzjoni dwar Dar l-Istudent
Question
Tista' l-Ministru tinforma lill-Parlament min hu l-proprjetarju tal-blokka tal-Università ta' Malta li jisimha "Dar l-Istudent" (Student House) u jekk il-pussess tal-istess blokka huwiex mogħti lil terzi, senjatament il-Kunsill Studenti Universitarji? B'liema titlu dawn it-terzi għandhom il-pussess ta' Dar l-Istudent u xi drittijiet għandhom fuq din il-binja? Tista' tgħid jekk din ir-relazzjoni ġietx regolata b'xi kuntratt pubbliku/privat jew inkella b'xi xorta oħra inskritt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proprjetarjà tal-blokka tal-Università ta’ Malta illi qed tiġi msemmija fil-mistoqsija parlamentari hija tal-istess Università ta’ Malta.
Il-pussess tal-istess blokka ma ġiex mogħti lil terzi.
Iżda, qed jiġi konċess lill-Kunsill tal-Istudenti Universitarji, b’mera tolleranza, sabiex jamministraw parti mill-blokka hekk imsejħa ‘Students’ House’.
Dan sar permezz tad-deċizjoni tal-Kunsill tal-Università tat-30 ta’ Marzu 1994.
Tista' l-Ministru tgħid kemm jiswa lill-Istat Malti kull programm ta' Bondi+ li jixxandar fuq il-Public Broadcasting Services u kemm swiet is-sensiela fl-iskeda tas-sena li għaddiet? Kemm mistennija tiswa f'din l-iskeda kurrenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-aħħar sena awditjata hija s-sena Ottubru 2009/Settembru 2010. Tul dik is-sena l-programm Bondi + ma sewa xejn lill-Istat Malti għax ma ngħata l-ebda somma mill-fondi EPSO (Pubbliċi). Huwa mistenni wkoll li għas-sena li għaddiet (Ottubru 2010/Settembru 2011) kif ukoll għall-iskeda kurrenti, il-programm Bondi+ mhu se jerġa jiswa xejn lill-Istat Malti għax probabbli, għal darba oħra mhux se jkun hemm il-ħtieġa li jingħata fondi EPSO.
Tista' l-Ministru tgħid kemm jiswa lill-istat Malti kull programm ta' Dissett li jixxandar fuq il-Public Broadcasting Services u kemm swiet is-sensiela fl-iskeda li għaddiet? Kemm mistennija tiswa f'din l-iskeda kurrenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fis-sena finanzjarja Ottubru 2009/Settembru 2010 li hija awditjata, kull program ta’ Dissett sewa lill- istat Malti 1,926.12 Euro. Malli l-awditjar għas-sena Ottubru 2010/Settembru 2011 ikun lest, inkunu nistgħu nipprovdu l-figura ta kemm sewa lill-Istat Malti l-programm Dissett. F’din l-iskeda kurrenti il-programm DISSETT mistenni jiswa 66,104.44 Euro li jfisser 1,694.98 Euro għal kull programm. Iżda din il- figura hija indikattiva u mhux finali għax matul is-sena fost affarijiet oħra jista’ jiġri li d-dħul mir-reklamar jonqos jew jiżdied minn dak li jkun ippjanat.