San Pawl il-Baħar — Triq J. Quintinus - tneħħija ta' vetturi
Question
Billi fi Triq J. Quintinus, San Pawl il-Baħar, f’parti mit-triq li tgħaqqad l-għelieqi mal-istess triq (wara l-blokk ta' appartamenti, magħrufa bħala Flats Indipendenza, fi Triq it-Turisti) hemm numru ta’ vetturi li qegħdin abbandunati u bħalissa qegħdin ukoll jiġu żarmati, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn il-vetturi jitneħħew minn fejn qegħdin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-azzjoni neċessarja flimkien mal-kunsill lokali sabiex jitneħħew dawn il-vetturi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm spetturi tal-Pulizija nieqsa mill-Korp tal-Pulizija fil-15 ta' Marzu, 2011 u minn liema postijiet kienu nieqsa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi għalkemm il-complement tal-Korp tal-Pulizija jinbidel minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi u l-ħtiġijiet in ġenerali tal-Korp, hemm preżentament għaddej kors għall-ħatra ta' spetturi ġodda.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-ħlasijiet li għad hemm b'lura dovuti lill-Pulizija, mill-Malta Football Association?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi qed isir kull sforz minn naħa tal-Korp tal-Pulizija sabiex il-pagamenti minn naħa tal-Malta Football Association, għas-servizz li membri tal-Korp jaħdmu bħala extra duty mal-istess assoċċjazzjoni, ikun aktar spiss u regolari. Infurmat ukoll illi fil-fatt saru ħlasijiet kemm f’Marzu kif ukoll f’April ta' din is-sena.
Korp tal-Pulizija — pulizija li qed jaqdu ma' dipartimenti oħra
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Pulizija fil-preżent li qed jaqdu d-doveri tagħhom ma' dipartimenti oħra mhux fil-Korp tal-Pulizija u fejn qegħdin jaqdu dawn id-dmirijiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 48 membru tal-Korp li qed jaqdu d-doveri tagħhom f'dipartimenti oħra, li huma l-Qorti, l-Uffiċċju ta’ Avukat Ġenerali, l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, is-Servizz ta’ Sigurtà ta’ Malta u l-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru jew le, li dawk il-pulizija li għal kwalunkwe raġuni mhux qed jattendu ġewwa l-Akkademja, se jittieħdu passi kontrihom quddiem il-Public Service Commission?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li t-taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija, huwa meqjus bħala parti integrali mix-xogħol tal-membri tal-Korp tal-Pulizija u dan peress li n-numru ta' sigħat li wieħed jattendi l-Akkademja tal-Pulizija għal dawn il-korsijiet, huma meħudin mis-sigħat attwali ta' xogħol effettiv.
Għaldaqstant, l-attendenza għal dawn il-korsijiet hija meqjusa bħala waħda obbligatorja.
Passi dixxiplinarji jittieħdu meta, u dan bħal kull post tax-xoghol ieħor, membru tal-Korp jassentixxi ruħu mix-xogħol bla permess skont kif jipprovdi l-Att dwar il-Pulizija (Kap 164).
Fid-dawl ta' dak li ntqal mill-Ministru, illi l-parole se tidħol fis-seħħ sal-aħħar ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid xi strutturi hemm fis-seħħ biex jgħinu f'din l-implimetazzjoni u xi pjanijiet hemm biex jitwaqqfu l-istrutturi neċessarji qabel ma tidħol fis-seħħ il-parole?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Il-Ministeru jinsab fil-proċess li jitwaqqfu l-istrutturi neċessarji sabiex tidħol fis-seħħ is-sistema tal-parole, inkluż it-twaqqif ta’ L-Unita’ tal-Parole fi ħdan is-servizzi tal-Probation. Barra min hekk, għaddej ukoll ix-xogħol sabiex titwaqqaf unita’ oħra fi ħdan l-istess servizzi ta’ Probation, sabiex toffri għajnuna u servizzi ta’ appoġġ lill-vittmi tal-kriminalita’ u se timmaniġja wkoll proċessi ta’ medjazzjoni bejn min iwettaq ir-reat u l-vittma.
Is-servizzi ta’
Probation
li se jkunu magħrufa bħala Dipartiment għall-
Probation
u
Parole
, b’hekk se jkunu magħmulin minn tlett sezzjonijiet, jiġifieri dik eżistenti tas-Servizzi tal-
Probation
, u tnejn ġodda, dik tal-Unita’ tal-
Parole
u l-Unità ta’ Appoġġ għal-Vittmi. Se jkun hemm ukoll Direttur responsabbli minn dan id-Dipartiment; b’hekk il-
Probation
mhux ser tibqa' taqa taħt ir-responsabilità tad-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Fl-istess ħin il-Ministeru wettaq miżuri sabiex ikun hemm titjib fl-amministrazzjoni tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u fil-provvediment ta’ servizzi li jwasslu għar-rijabilitazzjoni, li hija essenzjali għall-proċess tal-
Parole
. F’dan ir-rigward inħatru tlett
managers
fil-faċilità, inkluż
manager
responsabbli mill-kura u reintegrazzjoni. Inħatar ukoll
Education Co-ordinator
sabiex iwettaq programmi ta’ edukazzjoni ġodda, inklużi programmi bi sħab ma’ istituzzjonijiet edukattivi u oħrajn ta’ taħriġ.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-Korp tal-Pulizija jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom apparat sabiex isir video-recording tal-interrogazzjonijiet tal-persuni arrestati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi qed isiru l-preparamenti meħtieġa sabiex tinħareġ sejħa għall-offerti għall-istallazzjoni neċessarja sabiex l-interrogazzjoni ta' persuni arrestati jiġu reġistrati bil-video-recording.
Persuni akkużati li jgawdu mill-benefiċċju tal-ħelsien
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna akkużata, u li kienet tgawdi l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest, instabet ħatja li kisret il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest sena b'sena, mis-sena 2008 sal-lum?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-persuni misjuba ħatja li kissru l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest mis-sena 2008 sat 12 ta’ Arpil ta’ din is-sena, kienu kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:-
2008
2009
2010
2011*
46
43
57
14
* sat’12/04/11
Persuni li jgawdu minn benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna akkużata u li kienet tgawdi l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest ħarbet minn dawn il-gżejjer mis-sena 2005 sal-lum? Jista' jgħid kemm minn dawn il-persuni kienu ta' nazzjonalità Maltija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi kien hemm 29 persuna li kienu jgawdu l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest li ma jistgħux jinstabu u li huwa maħsub li ħarbu minn dawn il-Gżejjer. Minn dawn 3 huma Maltin.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24495, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom il-ħabs il-168 persuna li qegħdin taħt arrest preventiv? X’każijiet allegatament wettqu dawn il-persuni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24495, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25259, fejn jingħad li l-pulizija għandha 798 vettura miżmuma minħabba xi investigazzjoni, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi proċedura stabbilità biex tali vetturi jiġu rilaxxati u mogħtija lura lis-sidien tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Il-proċedura stabbilita` biex vetturi miżmuma minħabba xi investigazzjoni mill-Pulizija jiġu rilaxxati u mogħtija lura lis-sidien tagħhom, hi dik stabbilita` mill-Liġi fil-Kodici Kriminali u l-Att dwar il-Pulizija.
Is-sid tal-vettura għandu jagħmel talba permezz ta’ rikors lill-Maġistrat biex dik il-vettura tiġi ritornata lilu. Il-Maġistrat jista’, wara li jisma’ wkoll lill-Pulizija, b’digriet jordna r-rilaxx tal-vettura jew mingħajr ebda kundizzjoni, jew taħt dawk il-kundizzjonijiet li jistgħu jenħtieġu sabiex jiġi konservat il-valur probatorju tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm preżentement hawn nies li għandhom il-warrant sabiex jipprattikaw ta’ avukat? Jista’ jgħid kemm preżentement hawn nies li għandhom il-warrant sabiex jipprattikaw ta’ prokuratur legali? Jista’ jgħid kemm preżentement hawn nies li għandhom il-warrant sabiex jipprattikaw ta’ nutar pubbliku?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 65 persuna li għandha l-warrant biex tipprattika bħala Prokuratur Legali u 284 Nutara prattikanti.
Għar-rigward tal-Avukati, infurmat illi tali statistika ma tinżammx.
Jista' l-Ministru jgħid x’qed iżomm lill-Gvern Malti milli jġib fis-seħħ il-leġislazzjoni sħiħa tal-Freedom of Information Act li kellha tiġi attwata minn tmiem Awwissu li għadda?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Bħal ma jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant l-introduzzjoni ta’ leġislazzjoni dwar Freedom of Information kienet wegħda elettorali li effettivament twettqet mill-Amministrazzjoni meta għaddiet il-Liġi dwar l-Att dwar il-Liberta' tal-Informazzjoni madwar sentejn ilu. Bħalissa għaddej il-proċess amministrattiv biex l-istituzzjonijiet kollha fis-Settur Pubbliku jiġu attrezzati kif jixraq biex ikunu jistgħu jimplimentaw il-provvedimenti ta’ din il-Liġi bl-aktar mod effettiv. Dan hu eżerċizju twil u kumpless li jirrikjedi taħriġ intensiv lil numru kbir ta’ uffiċjali kif ukoll investiment f’sistemi ta’ informatika biex jiffaċilitaw il-proċess u jassiguraw implimentazzjoni uniformi għas-sodisfazzjon tal-pubbliku in ġenerali.
Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-ewwel każ meta l-qorti ppronunzjat li xi ħadd li twieled bis-sess maskil għandu jkollu ċ-ċertifikat tat-twelid tiegħu korrett biex is-sess jinbidel għal mara? Meta kien l-ewwel każ meta l-Qorti ppronunzjat li xi ħadd li twieled bis-sess feminil għandu jkollu ċ-ċertifikat tat-twelid tiegħu korrett biex is-sess jinbidel għal raġel? Jista' jgħid kemm kellna każijiet b'kollox minn dakinhar 'l hawn skont is-sess kif inqaleb?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-Qrati ta' Malta kif ukoll fil-Qrati t'Għawdex ma tinżammx statistika dwar każijiet msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
B'referenza għall-vetturi li nsterqu matul l-aħħar ħames snin, jista l-Ministru jgħid:
a) kemm hu n-numru totali;
b) kemm minnhom huma vetturi kummerċjali;
ċ) x'inhu n-numru tal-vetturi privati li jaqbżu l-valur ta' €23000 ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn l-2006 u l-2010 in-numru ta' vetturi, inkluż il-muturi, li ġew irrapurtati nieqsa kien ta' 2,139. Infurmat ukoll illi statistika dwar informazzjoni rigward it-tip ta' vettura ilha tinżamm mis-sena 2008 mal-introduzzjoni tal-PIRS 2. F'dan ir-rigward in-numru ta' vetturi kummerċjali irrapurtati nieqsa mill-2008 sal-2010 kien ta' 148.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi fl-uffiċċju tal-istatistika ma tinżammx informazzjoni kompjuterizzata dwar il-valur attwali tal-vettura u trid issir riċerka mannwali każ, każ.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-2008 sal-lum minn uffiċjali li jaqgħu fi ħdan ir-responsabiltà tiegħu, jiġifieri minn uffiċjali fl-awtoritajiet, dipartimenti governattivi u oħrajn? Jista' jagħti d-destinazzjoni u l-iskop tas-safra?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 23829, 16759,15464,13831,6456, 5024 u 2798, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar safar li sar mid-dipartimenti u minn entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru li huma s-segwenti:-
L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali
L-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati
Uffiċċju tal-Manager tas-Sigurtà tal-Ajruport
Aġenzija għal Ħarsien ta' Persuni li jkunu qed ifittxu l-Ażil
Faċilita' Korrettiva ta' Kordin
Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili
Diviżjoni Qrati tal-Ġustizzja
Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali
Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija
Attachments:Template PQ 25241 - Safar MJHA Dipartimenti.xlsTemplate PQ 25241 Safar AWAS.xlsTemplate PQ 25241 CCF.xlsTemplate PQ 25241 - Safar Data Protection.xlsTemplate PQ 25241 - Safar CPD.xlsTemplate PQ 25241 Safar Law Courts.xlsTemplate PQ 25241 - Safar AG.xlsTemplate PQ 25241 Safar Police.xls
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija, li għandhom iktar minn 25 sena servizz, preżentement? F’liema livell tal-korp jaħdmu dawn l-istess membri tal-korp u meta għalqu l-25 servizz?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi preżentament hemm 202 membru tal-Korp tal-Pulizija li għandhom aktar minn 25 servizz. Il-gradi ta' dawn il-membri huma s-segwenti:-
Grad
Għandhom 25 sena servizz jew aktar sat-12 ta’ April 2011
Kummissarju tal-Pulizija
1
Deputat Kummissarju
1
Assistant Kummissarju
6
Suprintendent
5
Spettur tal-Pulizija
5
Surġent Maġġur tal-1 klassi
1
Surġent Maġġur tat-2 klassi
19
Surġent
20
Kuntistabbli
144
Total
202
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm vetturi li kienu nvoluti f’xi att kriminali li jinsabu taħt il-kontroll tal-pulizija wara li nqabdu mill-istess pulizija waqt l-investigazzjonijiet tagħha?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 798 vettura miżmuma għand il-Pulizija b’konnessjoni ma' xi reati kriminali.