Awtorità tal-Ippjanar – fondi miġbura minn skemi diversi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha fondi l-Awtorità tal-Ippjanar li huma miġbura permezz tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS), id-Development Planning Fund jew xi skemi oħra ta' ġbir ta' fondi mill-istess Awtorità, lokalità lokalità? Kemm minn dawn il-fondi huma committed ma' kunsilli lokali, jew xi għaqdiet volontarji oħra, lokalità lokalità, u f'kull każ għal liema żviluppi huma committed dawn il-fondi, kemm hu l-valur approvat committed u minn liema kunsill lokali jew għaqda saret l-applikazzjoni? Meta ġew approvati u meta ġie ffirmat kull ftehim li għad irid jitħallas?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minħabba n-natura dettaljata tal-PQ ngħarraf li t-tagħrif mitlub se jingħata f’seduta oħra.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza uffiċjali tal-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar hi tal-għamla Mercedes E Class 220D, li tinkera għal €29.66 (eskluż il-VAT) kuljum, b’direct order fl-2018, mingħand Queen Garage Car Rental. Il-Ministru tax-Xogħolijiet Pubbliċi u l-Ippjanar m’għandux second car.
Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – laqgħat in konnessjoni max-xogħol ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda laqgħat barra minn pajjiżna in konnessjoni max-xogħol Ministerjali tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid ukoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi attendejt għal laqgħa waħda barra minn pajjiżna fejn kont akkumpanjat minn advisor. L-ispiża sħiħa kienet ta’ €3,300.60c.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ multi pendenti relatati mal-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li infurmat li l-multa tammonta għal € 50,000, liema ammont għadu pendenti, u laħaq il-massimu skont il-Liġi rispettiva.
Entità responsabbli minn regoli ta' Health & Safety u Fire Exits fil-komun ta' binjiet residenzjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema entità hija responsabbli li tinforza regoli relatati ma' Health & Safety u Fire Exits tal-komun ta' binja residenzjali, inkluż tal-area ta' garaxxijiet li jkunu taħt l-art?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-proċess ta’ kull applikazzjoni, l-Awtorità tal-Ippjanar għandha l-obbligu li tikkonsulta ma’ entitajiet oħrajn, biex l-iżvilupp konċernat ikun regolat f’dan ir-rigward.
Kull entità tingħata 30 ġurnata biex tirrispondi u fin-nuqqas ta’ risposta jitqies bħala li mhemmx oġġezzjoni għal dak propost fl-iżvilupp. F’każ li jintalbu miżuri addizzjonali jew emendi għal dak propost, tali rakkomandazzjonijiet jittieħdu mill-Awtorità biex jiddaħħlu parti mill-permess. L-infurzar ta’ tali miżuri tkun responsabbiltà tal-entità konċernata li talbithom.
Ħal Qormi – Triq l-Imdina – fawran tad-drenaġġ kawża tal-ilma tax-xita
Question
Peress li fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi hemm problema kbira għax malli tagħmel ħalba xita, ifur id-drenaġġ b’detriment lejn is-saħħa tar-residenti Qriema, lejn il-komunità kummerċjali u kull min jaħdem u jiffrekwenta din iż-żona, u billi ta’ min jinnota li fl-aħħar snin il-Ministeru responsabbli mit-Trasport u l-Infrastruttura wettaq xogħol ġdid f’din it-triq, jista’ l-Ministru jispjega x’tip ta’ xogħol qed isir biex din il-problema tiġi indirizzata? Jista’ jindika wkoll meta din il-problema se tiġi riżolta?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali tal-Ministeru marrux jaraw it-tappiera li hemm fil-bidu ta’ Triq Ninu Cremona, Raħal Ġdid billi qiegħda tagħti fastidju bil-ħoss kull darba li jgħaddu l-karozza minn fuqha?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5429 u għall-proġett tal-mina taħt l-art mis-Swieqi/Pembroke għal Paceville, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-kundizzjonijiet kollha mogħtija mill-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub sar disponibbli għall-pubbliku fit-23 ta’ Ġunju 2021. Dan id-dokument li qiegħed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra jinkludi l-kundizzjonijiet kollha mogħtija mill-Awtorità tal-Ippjanar, kif ukoll kundizzjonijiet hekk kif imposti u infurzati minn entitajiet oħra dwar il-kumpanija msemmija.
Building Construction Agency – periti mqabbda biex jirrevedu l-method statements
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4092 u 5154 u jgħid min huma l-periti u/jew ditti tal-periti li huma mqabbdin mill-Building Construction Authority (BCA) sabiex jirrevedu l-method statements li jiġu sottomessi u jekk humiex imqabbdin permezz ta’ direct orders jew b’mod ieħor, kif ukoll ir-rata ta’ remunerazzjoni tagħhom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.
Żejtun – Triq Ħal Tarxien –ħitan imwaqqa’ bil-maltemp
Question
Jista’ l-Ministru jara jekk hux possibbli li xi ħitan li waqgħu minħabba l-maltemp ta’ xi ġranet ilu fi Triq Ħal Tarxien, iż-Żejtun jiġu rranġati minħabba li huma ta’ periklu għas-sewwieqa li jgħaddu minn din it-triq?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fejn kien meħtieġ, id-Dipartiment tax-Xogħlijet Pubbliċi ħa ħsieb ineħħi kull ostaklu li seta’ kien hemm għat-traffiku.
Skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti – risk assessment
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ kemm skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti għandhom risk assessment validu, qegħdin fil-proċess li jġeddu l-valutazzjoni tar-riskju tagħhom u qegħdin taħt investigazzjoni mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) għal xi raġuni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-OHSA m’għandux l-irwol li jżomm tali records u li fil-preżent hemm żewġ skejjel, waħda tal-Istat u l-oħra privata, li qegħdin taħt investigazzjoni mill-OHSA.
(Korrezzjoni: Ara dokument PL 1397, li tpoġġa fuq il-Mejda fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 92 tat-Tnejn, 27 ta' Frar 2023)
Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – korrispondenza mibgħuta lil periti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’hini r-raġuni li korrispondenza mibgħuta mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) lil periti fir-rigward ta’ method statements u korrispondenza oħra relatata, tkun anonima u ħadd ma qiegħed jerfa’ r-responsabbiltà ta’ tali korrispondenza?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li korrispondenza mibgħuta mill-portal tal-BCA dejjem ikollha l-isem tal-uffiċjal li qed jibgħatha, dan minħabba n-natura amministrattiva tal-korrispondenza. Korrispondenza oħra li tintbagħat mis-sistema CRM tkun mingħajr l-isem tal-uffiċjal minħabba li l-uffiċjal tal-Awtorità jkun qed iwassal il-messaġġ tal-assessur.
Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – ħruġ ta’ clearances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’termini ta’ skadenzi hemm minn meta jiġi sottomess method statement mal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) sa meta toħroġ il-’clearance’ neċessarja? Hemm xi tip ta’ relazzjoni fid-dewmien ta’ ħruġ ta’ clearances mal-kobor tal-proġett meta ġieli proġetti kbar tinħarġilhom clearance fi tlett ijiem ta’ xogħol (3 working days) u proġetti żgħar ġieli jdumu ġimgħat jistennew li toħroġilhom il-clearance?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jeżistu l-ebda termini ta’ skadenzi minn meta jiġi sottomess method statement lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni sa meta toħroġ il-clearance neċessarja. Lanqas issir distinzjoni bejn proġett kbir u proġett żgħir fi ħruġ ta’ clearance. L-Awtorità tagħmel l-almu tagħha sabiex tapprova fl-inqas żmien possibbli. Ħafna drabi l-kawża tad-dewmien biex joħroġ clearance tkun minħabba li l-method statement li ġie pprovdut lill-Awtorità ma jkunx konformi mal-liġi u b’hekk l-Awtorità titlob lill-perit konċernat sabiex jemenda l-method statement. Drabi oħra tkun minħabba li l-Awtorità titlob xi dokumentazzjoni oħra li toħroġ mil-liġi u l-periti konċernat iddum ma jibgħat risposta.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kompetenzi għandhom l-assessors tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) li jassesjaw il-method statements ta’ diversi proġetti peress li qed jitolbu informazzjoni mingħand periti li tkun diġà sottomessa fil-method statements u korrispondenza oħra relatata u b’hekk ikunu qed itawlu ż-żmien biex toħroġ il-clearance neċessarja bla bżonn? X’hini r-raġuni li kull korrispondenza minn dawn l-assessors tkun anonima u mhux iffirmata biex b’hekk ikun hemm it-trasparenza neċessarja?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-assessuri tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni kellhom il-Warrant biex jippratikaw ta’ Perit flimkien ma’ sentejn esperjenza relevanti minn meta rċevew il-warrant; kif kien mitlub mill-istess Awtorità meta ħarġet is-sejħa tal-assessuri u ġew ingaġġati. Għat-tieni parti tal-mistoqsija tiegħek ġentilment ninfurmak li l-assessuri ma jibgħatu l-ebda korrispondenza.
Awtorità tal-Ippjanar – approvazzjoni ta’ permessi fuq art ODZ
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6117 u jgħid kemm-il permess ġie approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq art ODZ matul is-sena 2022?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li aktar minn 67% tal-permessi maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar, kif indikat minnu fl-2022, saru għal skop ta’ biedja jew sajd, faċilitajiet rikreattivi jew sportivi, għal servizzi komunitarji u mediċi, għall-immaniġġar tal-iskart u f’alterazzjonijiet fuq bini diġà eżistenti, li jinsab kompletament jew għandu biċċa mill-art ’il barra miż-żona tal-iżvilupp (ODZ).
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tat-tip ta’ żviluppi li ġew approvati f’dan ir-rigward matul is-sena li għaddiet.
Kerċem, Għawdex – Għadira ta’ San Rafflu — xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 3368, 4095 u 6355, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fl-Għadira ta’ San Rafflu fil-limiti ta’ Kerċem? Jista’ jgħid liema awtorità hija inkarigata sabiex iżżomm l-ambjent tal-istess għadira nadif?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.