Fid-dawl tal-kampanja li għaddejja bħalissa 'Sib Job fil-Films’, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qed iwiegħed lill-ħaddiema hux ser ikun impieg permanenti garantit għal medda ta' snin jew xogħol temporanju għal ftit xhur?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fis-sena 2022 il-qasam tal-films ħaddem kważi elfejn ruħ bi ftit aktar minn 900 crew ikunu Maltin. Dan ifisser li s-settur jiflaħ iħaddem aktar Maltin. Għalkemm il-jobs fil-films jiġu offruti mis-settur privat, il-Kummissjoni Maltija tal-Films ħasbet biex tinvesti fit-taħriġ ta’ aktar Maltin u Għawdxin biex ikollhom l-opportunità jagħżlu job fil-films.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru għat-Turiżmu, jew l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), jew xi entità oħra li taqa’ taħtu, huma għaddejjin bħalissa? Liema xogħlijiet li għaddejjin bħalissa, jew li mistenni jinbdew fil-futur qarib, ħarġu t-tenders għalihom? Fejn il-proċess ta' evalwazzjoni ġie konkluż, min hu l-kuntrattur/i li ġie magħżul u kemm hu l-valur tax-xogħol li ġie aġġudikat? Fejn il-proċess ta' evalwazzjoni għadu mhux konkluż, meta hu mistenni li jiġu evalwati dawn it-tenders u kemm hi l-istima għal kull proġett?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet fil-lokalità tal-Mellieħa li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru għat-Turiżmu, jew l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), jew xi entità oħra li taqa’ taħtu, huma għaddejjin bħalissa? Liema xogħlijiet li għaddejjin bħalissa, jew li mistenni jinbdew fil-futur qarib, ħarġu t-tenders għalihom? Fejn il-proċess ta' evalwazzjoni ġie konkluż, min hu l-kuntrattur/i li ġie magħżul u kemm hu l-valur tax-xogħol li ġie aġġudikat? Fejn il-proċess ta' evalwazzjoni għadu mhux konkluż, meta hu mistenni li jiġu evalwati dawn it-tenders u kemm hi l-istima għal kull proġett?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet fil-lokalità tan-Naxxar li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru għat-Turiżmu, jew l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), jew xi entità oħra li taqa’ taħtu, huma għaddejjin bħalissa? Liema xogħlijiet li għaddejjin bħalissa, jew li mistenni jinbdew fil-futur qarib, ħarġu t-tenders għalihom? Fejn il-proċess ta' evalwazzjoni ġie konkluż, min hu l-kuntrattur/i li ġie magħżul u kemm hu l-valur tax-xogħol li ġie aġġudikat? Fejn il-proċess ta' evalwazzjoni għadu mhux konkluż, meta hu mistenni li jiġu evalwati dawn it-tenders u kemm hi l-istima għal kull proġett?
Ministeru għat-Turiżmu — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali ma ġewx imwieġba mill-Ministeru tiegħu, u l-entitajieti/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-emails bil-mistoqsijiet kollha li ġew mibgħuta mill-online news portals jew media houses, li ma ġewx imwieġba, għall-perjodu msemmi?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Bħala membri tal-Kabinett tal-Ministri norganizzaw b’mod regolari diversi konferenzi tal-aħbarijiet li matulhom mhux biss nispjegaw inizjattivi ġodda u nagħtu dettalji dwar il-kisbiet li jkun qed jagħmel il-pajjiż, iżda nagħtu wkoll opportunità lill-ġurnalisti jistaqsu dwar liema tema jridu. Irrid ngħid li l-ġurnalisti jikkonkorru u d-domandi jkunu diversi.
Dan fl-istess ħin li jitwieġbu l-bosta domandi li jintbagħtu lill-Ministeru, liema risposti mbagħad jirrapportaw dwarhom il-mezzi tax-xandir. Isir sforz li sa fejn hu possibbli d-domandi kollha li jidħlu jitwieġbu.
Inżid li mhux l-ewwel darba li domandi li jkunu daħlu bil-kitba jkunu eventwalment indirizzati fil-konferenzi tal-aħbarijiet li semmejt qabel.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux pjanijiet sabiex il-Bajja tar-Rinella tingħata l-attenzjoni qabel jibda l-istaġun tas-sajf?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1279, ninfurmah li t-tindif min-naħa tad-Dipartiment tat-Tindif u Manutenzjoni jsir matul is-sena kollha.
Xemxija – Dawret in-Nawfraġju – manutenzjoni ta’ turġien
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi rranġat it-taraġ tal-ħadid minn Dawret in-Nawfraġju, fix-Xemxija, għall-boat houses peress li ilhom fi stat deterjorat u ma jistgħux jintużaw għal snin sħaħ? Jista’ jgħid ukoll meta l-promenade ta’ Dawret in-Nawfraġju se jkun irranġat kif imwiegħed mill-kunsill lokali?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jistgħux jiġu assenjati ħaddiema mill-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi (FTZD) sabiex ix-xtut tal-Cottonera jinżammu fi stat aħjar?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi (FTZD) qiegħda f’taħditiet mal-istakeholders ikkonċernati biex jaraw liema xogħlijiet jistgħu jsiru sabiex tissebbaħ iż-żona msemmija.
Financial Incentives for the Audiovisual industry — għoti ta' inċentivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4339, 4896, 5647, 5844, 6251, 6478 u 6774 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal-2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?
MTA — infiq fuq il-lokaltajiet ta' Marsaskala u Marsaxlokk
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fil-lokalitajiet ta’ Marsaskala u Marsaxlokk mill-Awtorità tat-Turiżmu fis-sena 2021 u fis-sena 2022? Fuqiex intefqu dawn il-flus?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2021 u 2022 l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu nefqet €126,921 fil-lokalità ta’ Marsaskala. Dan apparti t-€3.2 miljun b’kofinanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea biex flimkien mal-Fondazzjoni Wirt Artna jiġi restawrat it-Torri ta’ San Tumas.
Fil-lokalità ta’ Marsaxlokk, l-Awtorità nefqet total ta’ €15,326. Min-naħa tal-Ministeru saru u għadhom għaddejjin xogħlijiet fiż-żona tal-Magħluq f’Marsaxlokk bl-ispiża s’issa telgħet għal aktar minn €130,000. Il-proġett jikkonsisti f’toroq ġodda, bankini ġodda, arranġamenti ġodda tat-traffiku, żona ta’ parkeġġ, uffiċċju tal-Informazzjoni għat-Turisti ġdid fjamant, u faċilitajiet pubbliċi rranġati fost l-oħrajn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ż-żewġ karozzi li, skont il-Manwal, jintużaw mis-segretarjat privat huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt.
Għamla
Mixtrija/Mikrija
Data
Prezz
Daihatsu Terios
Mixtrija
Diċembru 2012
€11,550
Nissan Juke
Mixtrija
Diċembru 2012
€16,305
Financial Incentives for the Audiovisual industry — għoti ta' inċentivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4339, 4896, 5647, 5844, 6251 u 6478 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal-2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?
Ministeru għat-Turiżmu — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għat-Turiżmu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għat-Turiżmu u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa min qed jokkupa l-kariga ta’ CEO tal-Istitut għall-Istudji tat-Turiżmu (ITS), minn meta beda jservi u kif ġie reklutat? X’inhuma l-kundizzjonijiet li jgawdi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar kuntratt ta’ xogħol li ngħata?
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa min qed jokkupa l-kariga ta’ CEO ta' Dar tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC), minn meta beda jservi u kif ġie reklutat? X’inhuma l-kundizzjonijiet li jgawdi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar kuntratt ta’ xogħol li ngħata?
Ministru għat-Turiżmu — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-karozza uffiċjali tiegħi hija Mercedes-Benz EQC 400 li hija mikrija mingħand Burmarrad Commercials għal €33.67-il ġurnata. Il-karozza ntgħażlet wara li nġabru 3 stimi minn fornituri differenti.
Ninfurmaha wkoll li m’għandi l-ebda second car.
Financial Incentives for the Audiovisual industry — għoti ta' inċentivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4339, 4896, 5647, 5844 u 6251 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal-2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?
Ministeru għat-Turiżmu – persuna li sservi bħala CEO ta’ żewġ entitajiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6366, fid-dawl li l-Ministru ma poġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-persuna, li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament mal-istess mistoqsija, li sservi bħala CEO tal-ITS u tal-MCC, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg ta’ din il-persuna maż-żewġ entitajiet indikati u dan kif ġie mitlub jagħmel fil-mistoqsija oriġinali?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sajf tal-2014 l-ITS kienet ħarġet sejħa pubblika għal post ta’ CEO, għal liema sejħa l-persuna msemmija ġie klassifikat fit-tieni post mill-Bord tal-Għażla. F’Marzu 2015, huwa ġie maħtur bħala interim Executive Director wara r-riżenja tas-CEO ta’ dak iż-żmien (li kien inħatar fl-2014). Wara riżultati eċċellenti, huwa baqa’ jiġi kkonfermat bħala CEO tal-ITS minn bordijiet sussegwenti.
Fir-rigward tal-ħatra tiegħu bħala CEO ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Frar 2015 saret sejħa pubblika li għaliha urew interess u ġew intervistati 30 kandidat. Il-persuna msemmija ġie magħżul mill-Bord tal-Għażla wara proċedura ta’ selezzjoni rigoruża.
Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti, ninforma lill-Onor. Intepellant li l-kundizzjonijiet tax-xogħol huma mfassla skont il-Grading Structure tal-ITS u tal-MCC rispettivament.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6302, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx allowances, benefiċċji u perkaċċi oħra (inkluż karozza, mobile eċċ), apparti mis-salarju bażiku, u jekk iva dawn x'inhuma u għal kemm jammontaw?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6302, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija għandha wkoll:
20% management allowance,
communication allowance,
car allowance, u
performance bonus sa massimu ta’ 15% tas-salarju bażiku.