Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — ħaddiema First Aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan il-Ministeru hemm 29 persuna li huma First Aiders.

Fosos tal-Furjana – Xogħol ta’ manutenzjoni u/jew restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir xi xogħol ta' manutenzjoni jew restawr, jew kwalunkwe xogħliijiet oħrajn li bihom se jirripristinaw il-Fosos tal-Floriana? Jista' jgħid liema entità hi responsabbli għall-manutenzjoni tal-imsemmija Fosos tal-Floriana?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8008 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Imrieħel Bypass — Barriers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li jitwaħħlu barriers jew xi forma ta’ protezzjoni oħra biex ikun hemm separazzjoni adegwata bejn il-Bypass tal-Imrieħel u t-triq man-naħa tal-Imrieħel Industrial Estate, Triq l-Intornjatur, li d-dettalji dwar il-post speċifiku li qed nagħmel referenza għalih qegħdin jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’parti mill-post indikat f’din il-Mistoqsija Parlamentari diġà hemm installati barriers bħala mezz ta’ protezzjoni. Madanakollu diġà beda jsir xogħol fuq il-bażi sabiex jitwaħħlu aktar barriers kif jesiġi l-proġett.

Vetturi tal-Gvern li għandhom polza ta' assikurazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5347, jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura li hi proprjetà tal-Gvern hija koperta b'polza ta' assikurazzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Birkirkara – Triq Kanonku Karm Pirotta

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli minn Triq Kanonku Karm Pirotta, ġewwa Birkirkara, peress li hemm ħsarat estensivi fit-triq u huma ta' periklu serju?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija ntalbet assistenza mill-Kunsill Lokali biex isir rapport fuq ħsarat li ġarrbet din it-triq wara żvilupp fl-inħawi. Dan ir-rapport ġie mgħoddi lill-kunsill biex tittieħed l-azzjoni neċessarja.

Il-Furjana – manutenzjoni taż-żona wara l-Librerija Pubblika Ċentrali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żona li tinsab wara l-Librerija Pubblika Ċentrali ġewwa l-Furjana, faċċata tal-Imsida Bastion Historic Garden, hijiex ser tiġi kkurata u miżmuma tajjeb?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8479 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Raħal Ġdid – Triq Brittanja – xogħol

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5966 dwar xogħol fi Triq Brittanja, f’Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid meta tlestew ix-xogħlijiet u kemm ġew jiswew komplessivament?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Brittanja, f’Raħal Ġdid għadhom ma ġewx iffinalizzati. Parti mix-xogħlijiet fl-istess triq ma setgħux jiġu implimentati minħabba żvilupp minn parti terza. Madanakollu, parti oħra tat-triq hija pprogrammata biex titlesta bit-tqegħid finali tal-asfalt meta x-xogħlijiet tat-toroq li għaddejjin biswit jkunu qed joqorbu lejn it-tlestija.

Il-Gudja – Triq De Warsbergh – xogħol

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5694 dwar xogħol fi Triq De Warsbergh, fil-Gudja, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li x-xogħlijiet fl-imsemmija triq jiġu konklużi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq De Warsbergh, Gudja hu previst li jiġu konklużi fil-jiem li ġejjin.

Raħal Ġdid – Triq Kurvetti – xogħol

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5962, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li jibda x-xogħol neċessarju fi Triq Kurvetti, f’Raħal Ġdid?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fi Triq Kurvetti, f’Raħal Ġdid ser issir bħala parti mill-ħidma tal-Aġenzija b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid. Fl-istess waqt, sakemm tinbena mill-ġdid, peress li r-responsabbiltà tat-tiswijiet u l-manutenzjoni regolari ta’ toroq lokali bħal din imsemmija hija tal-kunsilli lokali, dawn għandhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn żmien għal żmien.

Transport Malta – tneħħija ta’ parkeġġi

Question

B’referenza għall-applikazzjoni PA03215/20, jista’ l-Ministru jgħid għaliex Transport Malta ma talbitx li jsir AADT report meta din iż-żona diġà hija waħda problematika għat-traffiku? Jista’ jgħid kif Transport Malta aċċettat li jitneħħew ukoll ħames parkeġġi, fosthom wieħed għall-persuni b’diżabiltà? Jista’ jagħti r-raġuni għal dan?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’għandha l-ebda talba pendenti mill-Kunsill Lokali sabiex isir parkeġġ riservat għall-persuni b’diżabilità fl-inħawi msemmija.

Siġġiewi – Triq l-Imdina – wiċċ ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tingħata wiċċ ġdid il-parti ta’ Triq l-Imdina ta’ bejn Triq it-Tabib Nikol Zammit u Triq Dun Manwel Zammit, fis-Siġġiewi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq l-Imdina, Siġġiewi, fil-parti bejn Triq it-Tabib Nikol Zammit u Triq Dun Manwel Zammit, bdew fi Frar 2023 u għandhom ikunu lesti sa Awwissu 2023. Dawn ix-xogħlijiet indikati qed isiru minn Infrastructure Malta.

Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet — membri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7809, jista’ l-Ministru jagħti ħjiel dwar meta se jinħatru l-membri tal-Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet għadu fil-proċess biex jiġu maħtura l-membri tal-Bord.

Rabat, Ħad-Dingli, Tas-Sliema u Gżira – toroq li ngħataw it-tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta lista tat-toroq kollha li ngħataw it-tarmak mill-2013 sad-data ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari ġewwa r-Rabat Malta, Ħad-Dingli, Tas-Sliema u l-Gżira?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Konċessjonijiet għall-Port il-Kbir u l-Port ta' Marsaxlokk

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8280 dwar il-pubblikazzjoni tal-ftehim ta' konċessjoni tal-Port il-Kbir u l-Port ta' Marsaxlokk, jista' l-Ministru jneħħi dak kollu (ammonti/figuri) kummerċjalment sensittiv u jissottometti dawn il-konċessjonijiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-materjal tal-konċessjoni tal-Port il-Kbir u l-Port ta’ Marsaxlokk jitqies kollu bħala ta’ natura kummerċjalmnet sensittiva, għaldaqstant ma nistgħux nipprovdu d-dokumenti rikjesti.

Ħamrun/Santa Venera – Triq il-Kbira San Ġużepp – culverts mgħoddija minn taħt it-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ser jsiru culverts fi Triq il-Kbira San Ġużepp, f'Santa Venera u fil-Ħamrun, sabiex jiskula l-ilma minn taħt it-triq, peress li bħalissa hemm ix-xogħol qed isir f'din it-triq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta dejjem timxi mal-proċeduri standard qabel jibdew ix-xogħlijiet billi ssir koordinazzjoni mal-entitajiet responsabbli mill-immaniġġar tal-ilma tax-xita u entitajiet oħrajn li jipprovdu servizzi ta’ telekomunikazzjoni, mal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma u mal-Enemalta. Fil-każ ta’ xogħol fi Triq il-Kbira San Ġuzepp fil-Ħamrun u Santa Venera, irriżulta illi l-entità reponsabbli mill-immaniġġar tal-ilma tax-xita talbet li jitranġaw il-livelli f’żona partikolari, u ma ratx il-bżonn ta’ introduzzjoni tal-ebda sistema u b’hekk dawn mhux qed jiġu inklużi fix-xogħlijiet.

Wires tad-dawl li jgħaddu minn taħt l-art

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' xi żvilupp sar dwar il-pjan li l-wires tad-dawl jgħaddu minn taħt l-art, u meta hi l-mira li l-wires kollha jkunu għaddew minn taħt l-art?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Rabat – xogħlijiet fi Triq ta’ Bieb ir-Ruwa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlestew ix-xogħlijiet fi Triq ta’ Bieb ir-Ruwa, limiti tar-Rabat (Malta), li d-dettalji dwar il-post eżatt qegħdin jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8211 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Rabat – xogħlijiet fi Triq il-Kbira

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlestew ix-xogħlijiet fi Triq il-Kbira, fir-Rabat Malta, u jagħti rendikont tax-xogħlijiet kollha li saru u dawk li hemm ippjanati li jsiru u li s’issa għadhom ma twettqux?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq il-Kbira, Rabat mistenni li jkunu lesti f’Awwissu ta’ din is-sena. Ix-xogħlijiet f’din it-triq inqasmu fi tliet fażijiet biex b’hekk dejjem ħallejna aċċess għall-ħwienet u restaurants. F’kull fażi, ix-xogħol jikkonsisti f’tibdil fis-sistema eżistenti tad-drenaġġ u tal-ilma tul it-triq kollha, ġiet mibdula l-infrastruttura eżistenti tat-telekomunikazzjoni u saru sleeves taħt l-art biex jitneħħew il-wires li jaqsmu t-triq, saru bankini ġodda bil-pavimentar bħala tkomplija mal-pavimentar li kien sar fi Triq Cosmana Navarra filwaqt li ngħata bażi ta’ asfalt ġdid. Fl-aħħar tal-proġett jingħata l-wiċċ ġdid tal-asfalt lit-triq kollha. Ix-xogħol fuq l-ewwel fażi huwa lest filwaqt li x-xogħol fuq it-tieni fażi miexi ġmielu u x-xogħlijiet fuq is-sistema tad-drenaġġ, ilma u dawk fuq l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni waslu fl-aħħar fażi tagħhom. Ta’ min jinnota li ħafna mix-xogħol sar bl-idejn minħabba s-sensittività tas-sit filwaqt li parti mix-xogħol ġie mressaq għax-xhur tas-sajf minħabba numru ta’ kantini antiki li jinsabu f’din it-triq biex jiġi evitat ir-riskju li jidħol ilma tax-xita u ssir ħsara fi proprjetajiet ta’ terzi. Ix-xogħol kellu jieqaf ħmistax għall-festa ta’ San Gużepp u se jkun hemm waqfa ta’ tliet ġimgħat għall-festi ta’ Corpus u San Pawl.

San Pawl il-Baħar – Triq it-Trunċiera – talba għal zebra crossing jew pelican lights

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta rċevietx talba biex issir zebra crossing, pelican lights jew xi forma ta' mezz ieħor sabiex persuni jkunu jistgħu jaqsmu t-triq b'mod sigur fi Triq it-Trunċiera, San Pawl il-Baħar, fiż-żona ta' Triq il-Klamari, hekk kif hawnhekk hawn numru ta' postijiet ta' parkeġġ li jintużaw minn diversi li jkunu jridu jimxu max-xatt tal-Qawra? Jekk le, jista' jikkonsidra din it-talba?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta fi ħdan il-Ministeru ma rċevietx talba sabiex ikun hemm xi mezz ta’ crossing fiż-żona msemmija. Transport Malta ser tkun qed tirreferi għand il-kunsill biex tara x’inhuma l-bżonnijiet.