Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx impjegati mill-Ministeru tiegħu li jmorru jiftħu u jaħdmu fl-uffiċċju/i tal-kostitwenza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati tas-segretarjat privat huma ingaġġati u jaħdmu b’rispett sħiħ u konsistenti mal-Engagement of Staff for Ministers’ Secretariat maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-2012. Dawn il-linji gwida għadhom fis-seħħ u fil-preżent dawn huma aċċessibbli fil-Manual on Resourcing Policies and Procedures li jikkumplimenta l-Public Service Management Code.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-pilloli Elthroxine 50mg ilhom out of stock għal madwar xahrejn u meta se jerġgħu jkunu in stock?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pilloli Elthroxine 25mg huma in stock.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara? X'inhu l-pjan ta’ xogħlijiet għaċ-ċentru ta' Birkirkara, xahar b'xahar, sat-tlestija tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara ppjanat li jiftaħ il-bibien tiegħu fit-tielet kwart tal-2023.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex f'Jannar ix-xogħlijiet li kienu qed isiru fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara waqfu għal xi ġimgħat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma jirriżultax li x-xogħlijiet li kienu qed isiru fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara waqfu.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8874 u jgħid x'kien in-numru ta' sigħat maħduma sahra fis-snin 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, minn:
a. carers Third Country Nationals (TCN) (kemm li huma mqabbdin direttament kif ukoll permezz ta' aġenzija tax-xogħol);
b. carers Maltin; u
ċ. carers li jiġu minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' sigħat maħduma f’sahra minn carers Maltin tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
2022
2023 (till pay 4)
MDH
78764.95
23180.5
MCH
44208
18400
SAMOC
5196.51
2828.99
RHKG
32453.88
15211.44
GGH
32453.88
15211.44
Ministeru għas-Saħħa – Donazzjonijiet lil Fondazzjoni
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, sena b'sena, mis-sena 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien il-valur finanzjarju ta’ donazzjonijiet li l-Ministeru u/jew l-entitajiet (fosthom awtoritajiet) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, taw lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jispeċifika meta donazzjoni kienet waħda finanzjarja u meta kienet għoti ta' servizz b'xejn jew makkinarju eċċ. u l-valur ta' tali għotja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari li għamlet hi stess numru 16743.
Sptar Mater Dei – post of Emergency Ambulance Responder
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-proċess dwar is-sejħiet li ħarġu dan l-aħħar għal post of Emergency Ambulance Responder? Jista’ jgħid kemm minn dawk li applikaw intgħażlu? Jista’ jgħid min huma? Jista’ jgħid x’kienu l-kriterji tal-għażla? Jista’ jgħid jekk ġewx ippubblikati r-riżultati tal-eżamijiet jew interviews li saru? Jista’ jgħid kemm kien hemm persuni li ma ntgħażlux?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-riżultati ta’ dawk li ġew magħżula ġew ippubblikati. Applikaw 126 persuna u ġew magħżula 56 persuna.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f’liema stadju jinsab il-bini tal-Paola Hub, kemm intefaq s’issa u jekk xi ħadd mill-Ministeru ltaqax mar-residenti in vista tal-volum tat-traffiku li dan se jġib u d-diffikultà fil-parkeġġ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol fuq iċ-Ċentru għas-Saħħa Reġjonali Vincent Moran huwa avvanzat u on target sabiex jilqa’ l-ewwel pazjenti din is-sena. In-nefqa s’issa hi ta’ madwar €29 miljun. Ninformah ukoll illi sar traffic impact assessment minn Transport Malta mal-permess tal-binja, u l-proġett ġie ddisinjat b’parkeġġ inkorporat miegħu li ser jesa' madwar 230 karozza, għall-użu tal-pazjenti, l-istaff, u residenti tal-madwar.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ħin li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm hi twila l-lista ta' stennija f'kull waħda minn dawn l-ispeċjalizzazzjonijiet tal-kirurġija:
a. Cardiac;
b. Dental;
ċ. ENT;
d. Gynae;
e. Neuro;
f. Ophthalmic;
g. Orthopaedic;
h. General Surgery;
i. Paediatric;
j. Plastic; u
k. Urology?
Jista' jgħid kemm minnhom huma stennija għal interventi fl-Isptar Mater Dei u kemm minnhom għall-Isptar ta' Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x’inhu n-numru totali ta' pazjenti li llum qed jistennew biex jagħmlu intervent kirurġiku f'pajjiżna?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni li talbet tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
Number of Surgical Procedures/Interventions waiting for more then stipulated in the Patient Charter
Cardiothoracic Surgery
2
Dental
19
Gynae
30
Ophthalmic
686
Orthopaedics
3582
ENT
571
General Surgery
2949
Neurosurgery
44
Paediatric Surgery
288
Plastic Surgery
179
Urology
104
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8605, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-indirizz elettroniku jew il-ħolqa (link) li jwasslu biex il-pubbliku jara liema mediċini huma "out of stock" u dan minħabba li bħalissa l-link mhux qed iwassal għall-website tal-mediċini out of stock kif kienet sa ftit ġimgħat lilu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’konformità mal-inizjattiva tal-Amministrazzjoni Pubblika, health.gov.mt, saħħa.gov.mt u deputyprimeminister.gov.mt tmexxew għal healthservices.gov.mt.
Sptar Mount Carmel – pazjenti admitted fuq abbuż mid-droga
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il resident ġie admitted fl-Isptar Mount Carmel wara li nstab li kien abbuża minn droga u kien f'overdose?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-isptar Monte Karmeli ma jiġux ammessi persuni b’overdose. Pazjenti b’overdose jiġu riferuti u trattati ġewwa l-Isptar Mater Dei.
Sptar Mount Carmel – pazjenti admitted fuq programm dwar abbuż ta’ droga
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il resident ġie admitted fl-Isptar Mount Carmel fuq programm relatat ma’ abbuż ta' droga?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġewwa Mount Carmel ma hemm l-ebda ammissjoni ta’ pazjenti għall-programm relatat ma’ abbuż ta’ droga.
Sptar Mount Carmel – pazjenti admitted fuq programm dwar abbuż ta’ logħob tal-ażżard
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il resident ġie admitted fl-Isptar Mount Carmel fuq programm relatat ma’ abbuż ta' logħob tal-ażżard?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm l-ebda ammissjoni f’Mount Carmel relatata ma’ abbuż ta' logħob tal-ażżard.
Sptar Mount Carmel – każijiet ta’ overdose waqt li pazjenti kienu admitted
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx hemm każijiet ta' overdose mid-droga waqt li persuna kienet admitted fl-Isptar Mount Carmel f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm 2 każijiet ta’ overdose ġewwa Mount Carmel.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il suwiċidju kien rapportat, sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin? Jista’ jgħid x’kienu l-etajiet tal-vittmi ta' suwiċidju?
Sptar Mount Carmel – pazjenti admitted fuq każ ta’ abbuż sesswali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk meta jiġu admitted pazjenti fl-Isptar Mount Carmel minħabba każ ta' abbuż sesswali (rape) jintużawx l-istess metodi ta' admission u jkunux trattati fl-istess swali ma’ pazjenti li jbatu minn nuqqas ta' saħħa mentali mhux marbuta ma’ abbuż sesswali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi biex persuna tiddaħħal Mount Carmel irid ikun hemm mard psikjatriku.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif jintgħażlu l-carers biex jagħmlu sahra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawk il-Carers li jitolbu li jagħmlu sahra, jiktbu isimhom fuq formola li tinżamm ġewwa l-uffiċċju tal-SNO u jiġu mogħtija prijorità dawk li jkollhom l-inqas numru ta’ sigħat maħduma fix-xahar.
Carers impjegati direttament mal-Gvern – kors ta’ sentejn
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-carers li huma Third Country Nationals (TCN) u dawk il-carers li jaħdmu permezz ta' aġenzija tax-xogħol humiex se jkollhom jagħmlu l-kors ta' sentejn li qed jiġi introdott u li hu obbligatorju għal carers impjegati direttament mal-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kors ta' sentejn li qed jirreferi għalih mhux obbligatorju.