Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u Heritage Malta — TCNs
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati Third Country Nationals fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u Heritage Malta separatament mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u skont il-pajjiż ta’ oriġini?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li mis-sena 2022, s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali impjegat persuna b’nazzjonalita Sirjana b’kuntratt definittiv għal sena mid-29 ta’ Jannar 2023 li hija specjaliżżata fil-‘World Heitage Studies’ u persuna oħra ta’ nazzjonalita Amerikan fuq bażi part-time ta’ ħmistax -il siegħa fil-ġimgħa b’kuntratt definittiv mill-5 ta’ Diċembru 2023 sal-15 tal Awwissu 2024 b’ispeċiliżżazzjoni fl-‘Underwater Archaeology’. Dan ta’ l-aħħar ingħata kuntratt indefinittiv fuq bażi full-time mid-9 ta’ Settembru 2024.
Ninsab infurmat ukoll li Heritage Malta mill-2022 sal-lum kellha persuna impjegata b’nazzjonalita Kolombjana fuq kuntratt indefinittiv, l-persuna impjegata għandha l-grad ta’ Conservator u n-natura tax-xogħol tagħha hija waħda speċjaliżżata u professjonali.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u Heritage Malta — Persuni minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropeja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropeja fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u Heritage Malta separatament mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u skont il-pajjiż ta’ oriġini?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li mill-2022, s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali impjega 4 persuni ta’ nazzjonalita Taljana, fl-2023 ġie ngaġġat impjegat Taljan ieħor. Fl-2024 ġie mpjegat persuna Olandiża. Il-ħames impjegati Taljani imsemmija huma ingaġġati mal-SCH fuq bażi full-time b’kuntratt indefinit. Il-persuna Olandiża hija ukoll ingaġġata mal–SCH fuq bażi full -time b’kuntratt indefinit. L-impjegati huma kollha grawdati f’ “Cultural Heritage”, b’Degrees, Masters u PhD relatati.
Ninsab infurmat ukoll li Heritage Malta, fl-2022, kien hemm impjegat persuna ta’ nazzjonalità Slovakka fuq kuntratt definit u impjegat Spanjol fuq kuntratt indefinit bħala Conservators, waqt li fl-2024 ġie ngaġġat impjegat Taljan fuq kuntratt indefinit u impjegat ta’ nazzjonalita Griega fuq kuntratt definit ta’ tliet snin bħala Co-ordinators.
Materjal Malti li jindaqq fuq l-istazzjonijiet privati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew id-diskussjonijiet mal-artisti u l-istazzjonijiet tar-radjijiet lokali privati flimkien mal-Kunsill tal-Arti dwar il-possibilità taż-żieda fil-kontenut jew materjal Malti li jindaqq fuq stazzjonijiet privati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-diskussjonijiet mal-artisti, l-istazzjonijiet tar-radjijiet lokali privati flimkien mal-Kunsill tal-Arti dwar il-possibilità taż-żieda fil-kontenut jew materjal Malti li jindaqq fuq stazzjonijiet privati huma skedati li jsiru fl-ewwel kwart tas-sena 2025.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjanijiet biex il-Fortifikazzjonijiet ta’ San Klement jiġu restawrati mill-istat mitluq u abbandunat li preżentement jinsabu fih? Jista’ jgħid ukoll x’qiegħed iżomm lill-Gvern milli jirriġenera dan is-swar li għandu valur storiku?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-proġett tar-restawr tas-swar tal-Kottonera mniedi mid-Dipartment tar-Restawr u Preservazzjoni jinkludi wkoll ir-restawr tal-faċċati tas-sur u il-bastjun ta’ San Klement. Filwaqt li x-xogħol preparatorju qabel ma jsiru l-interventi meħtieġa inbeda, ir-restawr hu ippjanat li jsir fl-2026. Dan hu parti minn proġett li qed jara interventi estensivi ta’ restawr fuq is-Swar tal-Kottonera għall-ewwel darba minn meta inbnew, u li sa llum ġa tlesta ‘l fuq minn kilometru tul ta’ swar.
Ninforma lil Onorevoli Interpellant sabiex jindirizza it-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Rapporti ta’ fastidju sesswali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienet l-aġenzija tar-reklamar (advertising agency) li bbukjat ir-reklami għall-Kirkop Music Festival tat-22 ta’ Ġunju 2024 u għall-Għaxaq Music Festival tal-24 ta’ Lulju 2024? Jista’ jgħid ukoll min ħallas għal dawn ir-reklami?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Festivals Malta ma użat l-ebda aġenzija tar-reklamar għall-Kirkop Music Fest u Għaxaq Music Fest għaliex dawn huma festivals privati u mhux organiżżati mill-entità.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20489 u jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità ta’ Ħal Balzan u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew biex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan li hemm tlett spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità. Is-sena l-oħra, il-Kunsill Lokali daħħal applikazzjoni ma’ Project Green iżda dan ma ġietx milqugħa. Il-Kunsill qed jaħdem fuq applikazzjoni oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20488 u jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità ta’ Ħ’Attard u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew biex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard li fil-lokalità hemm 12-il ġnien jew spazju miftuħ. Il-Kunsill kien applika għal żewġ proġetti ma’ Project Green (tisbiħ ta’ Ġnien Tumas Dingli u l-Pjazza kif ukoll upgrading fi Ġnien l-Istazzjon) u qed jitenna l-eżitu ta’ dawn l-applikazzjonijet.
Ġnien il-Kottonera — Sistema aħjar ta’ drip irrigation
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li jkun hemm sistema aħjar ta’ drip irrigation fi Ġnien il-Kottonera sabiex jissaqqew aħjar is-siġar u l-arbuxelli li hemm u senjatament is-siġar taż-żebbuġ li huma kważi abbandunati totalment?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx diġà impjegat mal-Arts Council u jekk iva minn meta? Jista’ jgħid ukoll jekk il-call għal kariga ta’ Chief Operations Officer mal-istess entità kinitx interna biss jew le? Hemm il-ħsieb illi jinfetħu aktar calls għal pożizzjonijiet diversi fi ħdan l-istess entità u jekk dawn hux ħa jiġu mnedija bl-istess mod?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament iffirma l-ewwel kuntratt tiegħu mal-Arts Council fis-6 ta’ Ottubru 2014 wara li għadda mill-għarbiel ta ‘public call’ b’żewġ interviews għall-pożizzjoni ta’ Legal Officer.
Wara għaxar snin fil-pożizzjoni ta’ legal officer, fi ħdan il-Kunsill ħarġet sejħa għal Chief Operations Officer, kif inhi l-prassi mitluba mill-PSMC ħarġet l-ewwel b’mod intern. Il-persuna indikata applikat għal din is-sejħa billi kien jissodissfa ir-rekwi¿iti mitluba. Wara li ġew sodisfatti r-rekwiżiti proċedurali kollha anke f’dan ir-rigward, u wara li bord indipendenti evalwa l-intervisti, il-persuna msemmija ġie mogħti l-pożizzjoni fl-ewwel ta’ Settembru 2024.
Ninsab infurmat ukoll li bħal kull entità oħra li tikber u tiġġedded maż-żmien jaf jkun hemm lok fejn jinfetħu iktar pożżizjonijiet interni kif ukoll esterni.
Jista’ l-Ministru jgħid kif l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ingħata t-titlu ta’ ‘founder’ tal-Malta Biennale, meta l-kariga tiegħu hija ta’ chairman ta’ Heritage Malta li teħtieġ responsabbiltà li kull ħaġa li ssir f’din l-istituzzjoni, tibqa’ għan-nom tal-istituzzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ‘founder’ mhux titlu imma fatt. L-idea ta’ biennale u l-ewwel attentati biex l-idea titwettaq saru mill-persuna li l-interpellanta għamlet referenza għalih separatament matul il ħatra li kellu qabel ġie maħtur Chairperson ta’ Heritage Malta.
Il-maltabiennale.art huwa ta’ Heritage Malta, illum parti mill-istruttura tagħha u hekk jidher ċar ukoll mill-kommunikazzjonijiet u s siti elettroniċi tal-istess biennale, tant li l aġenzija tqis il-biennale bħala parti minn ħidma usa li trid titwettaq biex il mużewijiet u s-siti ta’ Heritage Malta ikunu iktar rilevanti għall-udjenzi kontemporanji u żagħżagħ.
Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament inħatar bħala d-Direttur ta’ MUŻA?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-pożizzjoni ta' Direttur mhux waħda kuratorjali. Ix-xogħol huwa li wieħed jippilota t-tibdiliet meħtieġa, u li fil-fatt qed isiru fil-mużew imsemmi biex jiġbed udjenzi usa'. Il-viżitaturi f'dan il-mużew żdiedu f'dawn l-aħħar sentejn. Il-ħatra saret mill-Bord tad-Diretturi ta' Heritage Malta fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta' Settembru 2021.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il impjegat għandu l-Kunsill Malti għall-Arti? Jista’ jipprovdi d-dati li fihom ġew ingaġġati u l-iskala ta' ħlas li qegħdin fuqha dawn l-impjegati wieħed wieħed?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Malti għall-Arti għandu 49 impjegat. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Attachments:PQ 19404 - Tabella Finali - 16.10.2024.pdf
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-persuni li huma impjegati fuq bażi full-time mal-Kunsill Malti għall-Arti humiex kollha persuni li jirrappurtaw għal 40 siegħa fuq il-post tax-xogħol, jew hemmx minnhom li għandhom kundizzjonijiet differenti li jaħdmu minn post ieħor? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-ħaddiema huma eleġibbli li jaħdmu minn post ieħor?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Malti għall-Arti isegwi il-gwidi u l-miżuri tal-Manual for Work-Life Balance Measures.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Public Service Expo 2024 - Stands
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-istess Segretarjat Parlamentari fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra din l-istand kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt l-istess Segretarjat Parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali tellajna stand waħda amalgamata waqt il-Public Expo 2024, għalhekk nixtieqek tagħmel referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19981.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità tal- Belt Valletta u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? U jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li hemm ħdax-il pjazza u ħames ġonna li huma meqjusa bħala spazji miftuħa fil-lokalità. Il-kunsill ssottometta żewġ applikazzjonijiet lil Project Green, iżda dawn ma ġewx aċċettati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità tax-Xgħajra u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? U jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li hemm sitt żoni li huma meqjusa bħala spazji miftuħa fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali għandu diversi pjanijiet biex jiġu maħluqa spazji oħra fix-Xgħajra, il-kunsill ssottometta applikazzjoni ma’ Project Green għal Jogging track u embellishment ta' Fort park iżda din ma ġietx aċċettata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità tà Ħaż-Żebbuġ u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? U jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ li hemm tliet pjazez u seba’ żoni oħra li huma meqjusa bħala spazji miftuħa fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali għandu pjan biex jiġi maħluq spazju ieħor f’Ħaż-Żebbuġ fi Triq Dun Luret Cutajar u li dwar dan saru diversi diskussjonijiet. Il-Kunsill Lokali ma ssottomettiex applikazzjonijiet ma’ Project Green.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità taż-Żejtun u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? U jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Zejtun li hemm disa’ pjazez u tmien zoni oħra li huma kkunsidrati bħala spazji miftuħa fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali inawgura riċentament wieħed mill-proġetti f’Qasam Ħal Tmin. Il-Kunsill Lokali ssottometta 4 applikazzjonijiet ma’ Project Green, li tnejn minnhom ġew integrati fir-riġenerazzjoni sħiħa taż-żona ta’ Ġebel San Martin.